Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006

From Wikipedia, the free encyclopedia

Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006
Remove ads

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 kienet it-tmintax-il edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol, li hu avveniment mondjali tal-futbol li jsir kull erba' snin. Dan sar bejn id-9 ta' Ġunju u d-9 ta' Lulju 2006 ġewwa l-Ġermanja, li kisbet id-dritt li tospita dan it-turnew f'Lulju tas-sena 2000. Kien hemm 198 tim nazzjonali li ħadu sehem fil-fażi ta' kwalifikazzjoni mis-sitt konfederazzjonijiet, fażi li bdiet f'Settembru tal-2003. Wieħed u tletin tim ikkwalifikaw għall-fażi finali, flimkien mal-pajjiż ospitu tal-Ġermanja.

Quick Facts FIFA Fussball Weltmeisterschaft Deutschland 2006, Dettalji tal-kompetizzjoni ...
Remove ads

Dan it-turnew ġie mirbuħ mill-Italja wara li fil-finali għelbu lil Franza 5–3 wara l-għoti tal-penalties, wara li l-partita sal-ħin supplementari baqgħet fissa 1–1. B'hekk l-Italja kisbet ir-raba' titlu mondjali. Fil-partita ta' spareġġ għat-tielet u r-raba' post, il-Ġermanja rebħet lill-Portugall bl-iskor ta' 3–1 biex kisbet it-tielet post.

It-Tazza tad-Dinja 2006 tibqa' fost l-iktar avvenimenti qatt segwiti fuq it-televiżjoni hekk kif laħqet kwota ta' 26.29 biljun spettatur (mhux uniku), matul il-kampjonat kollu. Il-finali attirat udjenza rekord ta' 715.1 miljun persuna.[1] Bħala r-rebbieħ, l-Italja rrapreżentat lid-Dinja fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009.

Remove ads

L-għażla tal-ospitu

Thumb
Il-Bieb ta' Brandeburg f'Berlin, kapitali tal-Ġermanja u sede tal-finali tat-turnew

L-idea tat-tieni Tazza tad-Dinja fil-Ġermanja ħarġet waqt il-kumitat ġenerali tad-Deutscher Fußball-Bund, f'Novembru tal-1992. Il-president ta' din l-assoċjazzjoni Egidius Braun, u d-direttur tal-istampa Wolfgang Niersbach kienu l-promoturi ewlenin ta' din l-idea, li attirat is-sosten kemm min-nazzjon sħiħ kif ukoll mill-assoċjazzjonijiet ġiriena. Lejn tmiem l-1996, wieħed mill-ikoni tal-isports fil-Ġermanja, Franz Beckenbauer, issieħeb mat-tim u mill-1998 mexxa l-kumitat għall-kandidatura.

Il-Ġermanja ppreżentat uffiċjalment l-offerta tagħha flimkien mal-Brażil, l-Ingilterra, il-Marokk u l-Afrika t'Isfel. L-approċċ ta' rotazzjoni kontinentali wassal biex l-Afrika t'Isfel tidher bħala l-favorita għat-Tazza tad-Dinja. Bl-istess approċċ, il-Ġappun u l-Korea t'Isfel ġew preċedentament eletti biex jorganizzaw l-edizzjoni tal-2002 għall-ewwel darba fuq art Ażjatika.

L-għażla tal-ospitu għall-edizzjoni tal-2006 saret fis-7 ta' Lulju 2000 ġewwa Żurigu, fl-Iżvizzera. Il-Brażil irtiraw mill-kandidatura tliet ijiem qabel u uffiċjalment taw is-sapport tagħhom lill-Afrika t'Isfel, fejn dan tal-aħħar irċieva wkoll is-sosten tal-president tal-FIFA Sepp Blatter.[2] Mumenti qabel it-tfigħ tal-vot, Blatter stqarr "Ejjew nagħmlu l-istorja! Inġibu id-Dinja Lejn l-Afrika". Fl-ewwel rawnd il-Marokk irċieva 3 voti, l-Ingilterra 5, l-Afrika t'Isfel 6 u l-Ġermanja 10, b'ta' l-ewwel jiġi eliminat. Fir-rawnd suċċessiv l-offerta tal-Ingilterra ġiet imwaqqa' wara li rċiviet 2 voti, waqt li ż-żewġ kontendenti l-oħra ppareġġaw bi 11-il vot.[3] Fl-aħħar sett ta' votazzjoni, ħafna pprevedew li kien se jkun hemm parità ta' 12-il vot, li kellha tħalli d-deċiżjoni f'idejn Blatter, li preżumibbilment kien jagħżel l-offerta Sud-Afrikana.[4][5] Madanakollu, il-votazzjoni ntemmet bi 12-il vot f'favur il-Ġermanja, 11 f'favur l-Afrika t'Isfel u astensjoni waħda li waslet mir-rappreżentat ta' New Zealand, Charles Dempsey.

More information Riżultati tal-votazzjoni, Pajjiż ...

L-għażla tal-Ġermanja bħala s-sede tal-kompetizzjoni, minflok l-Afrika t'Isfel (li eventwalment ingħatat l-organizzazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2010), kienet dipendenti fuq diversi fatturi. Waħda minnhom kienet, il-kunflitt fuq in-numru ta' postijiet għall-Asja fit-Tazza tad-Dinja 2002, bi Blatter ikompli jsaħħaħ l-idea li jinżammu l-erba' postijiet waqt li l-president tal-UEFA ippropona logħba eliminatorja bejn it-tim klassifikat fil-ħames post fiż-Żona Ażjatika u tim nazzjonali ieħor mill-UEFA, proposta li finalment ġiet aċċettata. Matul il-votazzjoni, l-erba' rappreżentati Ażjatiċi unanimament sostnew l-kandidatura Ewropea għad-detriment tal-pożizzjoni li ttieħdet minn Blatter. Aktar minn hekk, Dempsey, li kien ivvotta lill-Ingilterra, kien rappurtat li ġiet persważ mid-delegati Ażjatiċi biex jastjeni.[6]

Il-kontroversja fuq id-deċiżjoni li kien ħa Dempsey kibret aktar meta xi għajdut infiltra li hu kien irċieva rikatti mill-Ġermaniżi. Is-sitwazzjoni ġiet finalment kjarifikata: is-sors tal-għajdut milli jidher kienet ittra mingħand ir-rivista satirika Ġermaniża Titanic li ntbagħtet lil diversi delegati (fosthom 'l Dempsey) fejn offrewlhom arloġġ tal-kuku u perżut jekk jivvutaw lill-Ġermanja.[7]

Remove ads

Kwalifikazzjoni

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Thumb
Pajjiżi kwalifikati

198 tim daħlu fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006.[8] Il-Ġermanja ngħatat post garantit bħala l-ospitu tal-kompetizzjoni, filwaqt li l-31 post li kien għad baqa' kienu maqsuma bejn il-konfederazzjonijiet kontinentali. Din kienet l-ewwel darba li r-rebbieħ tal-edizzjoni preċedenti ma ngħatax id-dritt ta' kwalifikazzjoni awtomatika. Tlettax-il post kienu affiljati għat-timijiet tal-UEFA (Ewropa), ħamsa għat-timijiet tal-CAF (Afrika), erbgħa għat-timijiet tal-CONMEBOL (Amerika t'Isfel), erbgħa għat-timijiet tal-AFC (Asja), u tlieta għat-timijiet tal-CONCACAF (Amerika ta' Fuq, Ċentrali, u l-Karibew). Il-żewġ postijiet li kien għad baqa' kienu deċiżi minn partita ta' spareġġ bejn tim miż-Żona Ażjatika u dik tal-CONCACAF u oħra bejn il-Konfederazzjoni Sud-Amerikana u dik tal-OFC (Oċeanja).

Din l-edizzjoni rat tmien timijiet nazzjonali li rnexxielhom jikkwalifikaw għall-ewwel darba għall-fażi finali. Dawn kienu l-Angola, il-Gana, il-Kosta tal-Avorju, ir-Repubblika Ċeka, it-Togo, it-Trinidad u Tobago, l-Ukrajna u s-Serbja u Montenegro. Ir-Repubblika Ċeka u l-Ukrajna kienu qed jagħmlu l-ewwel preżenza tagħhom bħala pajjiżi indipendenti, imma qabel kienu ġew rappreżentati miċ-Ċekoslovakkja u l-Unjoni Sovjetika rispettivament; is-Serbja u Montenegro kkompetew bħala r-Repubblika Federali tal-Jugożlavja lura fl-1998, kif ukoll għamlu parti mit-tim Jugożlav tal-1930 u l-1990. Għall-ewwel darba mit-1982, is-sitt konfederazzjonijiet ġew rappreżentati fil-fażi finali.

Remove ads

Organizzazzjoni

Thumb
Il-ballun uffiċjali tal-kompetizzjoni fuq skala kbira quddiem il-Palazz tar-Reichstag

L-organizzazzjoni tat-turnew kien f'idejn kumitat (Organisationskomitee, imqassar bħala OK) immexxi minn Franz Beckenbauer. Horst Schmidt, l-ewwel viċi-president, kellu f'idejh l-organizzazzjoni tal-impjanti u l-istadji, is-sigurta, il-finanzi, it-trasport u l-amministrazzjoni. Wolfgang Niersbach, it-tieni viċi-president, serva bħala l-kap tal-istampa u nkarigat għall-pubbliċità, l-informazzjoni u t-teknoloġija. Theo Zwanziger mexxa l-ħwejjeġ legali u r-riżorsi umani, waqt li l-affarijiet li kienu jikkonċertnaw l-arti u l-kultura, it-turiżmu u l-akkomodazzjoni kienu f'idejn Fedor Radmann.

Dan il-kumitat organizzattiv kien magħmul minn 14-il membru u kumitat ta' superviżjoni ta' 10 persuni. Mal-grupp ingħaqdu ambaxxaturi sportivi Ġermaniżi: Jürgen Klinsmann, Oliver Bierhoff, Karl-Heinz Rummenigge u Rudi Völler. Sussegwentament, 15-il ambaxxatur irrappreżentaw l-ibliet ospiti differenti.

Impjanti

Tnax-il belt minn 20 kandidat ġew magħżula bħala s-sede tal-partiti tat-Tazza tad-Dinja, fejn bliet bħal Bremen, Düsseldorf, Mönchengladbach, Bochum u Duisburg ma kienux fost il-lista finali. Fil-bliet magħżula, l-istadji bdew bil-preparamenti neċessarji. Waqt li uħud minnhom sarilhom manutenzjoni żgħira, oħrajn ġew kompletament restawrati u oħrajn speċifikament mibnija.

Kull fażi kellha bżonn ta' investiment li varja bejn it-48 u l-280 miljun ewro. Aktar minn hekk, intefqu 1,380 miljun ewro iktar fuq il-bini ta' stadji ġodda. Din l-ispiża qabżet dik li ntefqet matul it-turnew tal-1974, liema edizzjoni rat jintefqu 242 miljun Mark Ġermaniż (madwar 121 miljun ewro) għat-titjieb ta' kull faċilità sportiva.

Matul it-turnew, ħafna mill-grawnds ġew msemmijin b'ismijiet differenti, hekk kif il-FIFA tipprojbixxi l-isponsorizzazzjoni ta' stadji sakemm l-isponsors tal-istadju jkunu wkoll sponsors uffiċjali tal-FIFA.[9] Dawn l-ismijiet il-ġodda jidhru bejn il-parentesi fit-tabella segwenti.

Thumb Thumb Thumb
Olympiastadion

(Olympiastadion)
Lokalità: Berlin
Kapaċità: 74,176
Klabb: Hertha BSC

Signal Iduna Park

(FIFA World Cup Stadium, Dortmund)
Lokalità: Dortmund
Kapaċità: 67,000
Klabb: Borussia Dortmund

Allianz Arena

(FIFA World Cup Stadium, Munich)
Lokalità: Munich
Kapaċità: 66,016
Klabbs: Bayern München, TSV 1860 München

Thumb Thumb Thumb
Gottlieb-Daimler-Stadion

(FIFA World Cup Stadium, Stuttgart)
Lokalità: Stuttgart
Kapaċità: 54,267
Klabb: VfB Stuttgart

Veltins-Arena

(FIFA World Cup Stadium, Gelsenkirchen)
Lokalità: Gelsenkirchen
Kapaċità: 53,804
Klabb: FC Schalke 04

AOL Arena

(FIFA World Cup Stadium, Hamburg)
Lokalità: Amburgu
Kapaċità: 51,055
Klabb: Hamburger SV

Thumb Stampa:Awdarena.jpg
Commerzbank-Arena

(FIFA World Cup Stadium, Frankfurt)
Lokalità: Frankfurt
Kapaċità: 48,132
Klabb: Eintracht Frankfurt

RheinEnergieStadion

(FIFA World Cup Stadium, Cologne)
Lokalità: Kolonja
Kapaċità: 46,134
Klabb: 1. FC Köln

AWD-Arena

(FIFA World Cup Stadium, Hanover)
Lokalità: Hanover
Kapaċità: 44,652
Klabb: Hannover 96

Thumb Thumb
Zentralstadion

(Zentralstadion)
Lokalità: Leipzig
Kapaċità: 44,199
Klabb: FC Sachsen Leipzig

Fritz-Walter-Stadion

(Fritz-Walter-Stadion)
Lokalità: Kaiserslautern
Kapaċità: 43,450
Klabb: 1. FC Kaiserslautern

EasyCredit-Stadion

(Frankenstadion)
Lokalità: Nuremberga
Kapaċità: 41,926
Klabb: 1. FC Nuremberg

Thumb
Il-Bieb ta' Brandeburg ta' Berlin matul il-kors tat-turnew

Thumb

Gelsenkirchen
Hanover
Kaiserslautern
Kolonja
Leipzig
Nuremberga
Stuttgart

Referis

Il-FIFA eleġġiet 23 referi professjonali minn total ta' 44. Minn dawn, il-Gwatemalan Carlos Batres, il-Grieg Kyros Vassaras u l-Ispanjol Manuel Mejuto Gonzalez irtiraw minħabba raġunijiet ta' saħħa, u posthom ħaduhom it-Taljan Roberto Rosetti, l-Ispanjol Luis Medina Cantalejo u l-Messikan Marco Antonio Rodriguez. Min-naħa l-oħra, ir-referi Taljan Massimo de Santis ġie sospiż mill-FIFA wara irregolaritajiet li ġraw fl-istaġun 2005–06 tal-kampjonat Taljan, fl-iskandlu famuż tal-Calciopoli. Ir-referi Ġamajkan Peter Prendergast ġie mweġġa' ftit jiem qabel il-bidu tal-kompetizzjoni. L-ebda minn dawn ir-referis ma ġew sostitwiti, biex b'hekk il-lista baqgħet ta' 21 uffiċjal.

  • Arġentina Horacio Elizondo
  • Awstralja Mark Shield
  • Belġju Frank de Bleeckere
  • Benin Coffi Codjia
  • Brażil Carlos Simon
  • Eġittu Essam Abd El Fatah
  • Franza Eric Poulat
  • Ġappun Toru Kamikawa
  • Ġermanja Markus Merk
  • Ingilterra Graham Poll
  • Italja Roberto Rosetti
  • Kolombja Óscar Julián Ruiz
  • Messiku Armando Archundia
  • Messiku Marco Antonio Rodríguez
  • Paragwaj Carlos Amarilla
  • Russja Valentin Ivanov
  • Singapor Shamsul Maidin
  • Slovakkja Luboš Michel
  • Spanja Luis Medina Cantalejo
  • Urugwaj Jorge Luis Larrionda
  • Żvizzera Massimo Busacca
Remove ads

Timijiet

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Timijiet parteċipanti fit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.

Gruppi

Tlugħ tal-poloz

L-aqwa tmien timijiet nazzjonali tat-Tazza tad-Dinja 2006 ġew magħżula mill-FIFA fuq diversi kriterji, fosthom skont il-pożizzjoni fil-klassifika mondjali tal-FIFA, u ġew imħabbra fis-6 ta' Diċembru 2005. Dawn it-timijiet kienu jifformaw Urna A. Urna B kellha timijiet li ma kinux ikkwalifikaw f'ras is-serje tal-Amerika t'Isfel, l-Afrika u l-Oċeanja, waqt li Urna Ċ kellha tmienja mid-disa' skwadri Ewropej li kien għad baqa', barra s-Serbja u Montenegro. Urna D kellha timijiet tal-CONCACAF u dawk Ażjatiċi. L-Urna Speċjali kellha lis-Serbja u Montenegro. Dan sar biex b'hekk ikun evitat li grupp ikollu tliet timijiet Ewropej.[10] F'din l-urna, is-Serbja u Montenegro kienet ittellgħet l-ewwel, u wara kien imiss it-timijiet tal-grupp tagħha (l-Arġentina, l-Olanda u l-Kosta tal-Avorju). It-tmien timijiet f'ras is-serje ttellgħu bħala l-ewwel timijiet għall-gruppi rispettivi.

More information Urna A, Urna B ...

Fid-9 ta' Diċembru 2005, sar it-tlugħ tal-poloz. Wara l-poloz, diversi esperti tal-futbol stqarrew li Grupp Ċ kien jidher li kien se jkun il-grupp tal-mewt.[11][12] Minkejja din l-idea qabel il-bidu tat-turnew, dan il-grupp ma laħaqx l-aspettattiva li nħolqot fuqu, hekk kif l-Arġentina u l-Olanda kkwalifikaw b'logħba waħda x'tintlagħab, wara li t-tnejn li huma rebħu lill-Kosta tal-Avorju u s-Serbja u Montenegro.

Sistema tal-gruppi

L-ewwel rawnd, jew il-fażi tal-gruppi, rat lit-tnejn u tletin tim diviż fi tmien gruppi ta' erba' timijiet kull wieħed. Kull grupp kien ibbażat fuq sistema ta' kollha kontra kulħadd a basi ta' sitt partiti, fejn kull tim jilgħab partita waħda kontra kull tim li jinsab miegħu fil-grupp. Is-sistema ta' punti wżata hi dik tradizzjonali: tliet punti għal rebħa, punt għal pari u xejn għal telfa. L-ewwel żewġ timijiet fil-grupp iggwadanjaw post fil-fażi ta' L-Aħħar Sittax.

Kriterji ta' klassifikazzjoni

Jekk it-timijiet kienu l-istess fil-punti, dawn kienu jiġu kklasifikati skont il-kriterji segwenti kif inhuma:

  1. L-aqwa differenza tal-gowls fit-tliet partiti tal-grupp
  2. L-aktar numru ta' gowls skurjati fit-tliet partiti tal-grupp
  3. Jekk it-timijiet jibqgħu livell fil-punti wara li jkunu ġew segwiti dawn il-kriterji, grupp subordinarju jiġi ffurmat fejn it-timijiet jiġu klassifikati skont:
    1. L-aktar punti miksuba fil-partiti kontra timijiet oħra li jinsabu fil-kwistjoni
    2. L-aqwa differenza tal-gowls fil-partiti kontra timijiet oħra li jinsabu fil-kwistjoni
    3. L-aktar numru ta' gowls skurjati fil-partiti kontra timijiet oħra li jinsabu fil-kwistjoni
  4. Jekk it-timijiet jibqgħu l-istess wara dawn il-kriterji, il-FIFA ittella' x-xorti


Fil-verżjoni oriġinali tar-regoli għat-turnew finali, il-kriterji ta' spareġġ kienu f'ordni differenti, fejn ir-riżultati kontra t-timijiet fil-kwistjoni kienu jippreċedu fuq id-differenza totali tal-gowls. Ir-regoli ġew mibdula għal verżjoni t'hawn fuq, imma verżjonijiet aktar antiki kienu għadhom disponibbli fuq is-siti tal-FIFA u l-UEFA, fejn ħolqu xi ftit tal-konfużjoni fost dawk li kienu qed jippruvaw jidentifikaw il-kriterji t-tajba.

Il-fażi finali tal-kompetizzjoni rat biss żewġ pari ta' timijiet li spiċċaw livell fil-punti: l-Arġentina u l-Olanda b'7 punti fi Grupp Ċ; u t-Tuneżija u l-Għarabja Sawdita b'punt fi Grupp H. Iż-żewġ każijiet ġew solvuti bid-differenza totali tal-gowls. Fiż-żewġ każi wkoll, it-timijiet ippareġġaw fil-partita kontra xulxin, u b'hekk l-ordni tal-kriterji ta' klassifikazzjoni m'għamlet l-ebda differenza.

Remove ads

Fażi finali

Il-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2006 bdiet fid-9 ta' Ġunju. It-32 tim ġew maqsuma fi tmien gruppi ta' erba' timijiet 'il wieħed, fejn kull tim lagħab kontra t-tliet timijiet l-oħra tal-grupp, biex jiġu determinati ż-żewġ timijiet li kienu se jikkwalifikaw għall-fażi ta' L-Aħħar Sittax, li bdiet fl-24 ta' Ġunju. Il-kampjonat kellu total ta' 64 logħba.

Ospitu

Minkejja li l-Ġermanja naqset li tirbaħ dan it-titlu mondjali, dan it-turnew kien ikkunsidrat bħala suċċess kbir għall-Ġermanja. L-istadji u s-sistema ta' trasport kienu ta' kwalità, u l-poplu Ġermaniż kien imfaħħar minħabba l-ospitalità u l-entużjażmu li wera. Il-Ġermanja esperjenzat żieda ta' spirtu patrijottiku hekk kif kien hemm numru kbir ta' bnadar Ġermaniżi mxejra, fejn tradizzjonalment, wara t-Tieni Gwerra Dinjija, it-tixjir ta' bnadar Ġermaniżi ma tantx kien jintgħoġob mis-soċjetà Ġermaniża, anke meta t-tim Ġermaniż kien jilgħab.[13]

Dominju tat-timijiet tradizzjonali

Minkejja s-suċċess bikri min-naħa tal-Awstralja, l-Ekwador u l-Gana, il-kampjonat immarka r-ritorn tad-dominju tal-qawwiet tradizzjonali tal-futbol. Erba' snin wara l-kampjonat tal-2002, fejn timijiet mill-Amerika ta' Fuq (l-Istati Uniti), l-Afrika (is-Senegal), u l-Asja (il-Korea t'Isfel) kienu waslu sal-fażijiet eliminatorji, u t-Turkija spiċċat fit-tielet post, din id-darba t-tmien l-aqwa timijiet klassifikati għamlu progress għall-fażi eliminatorja, u l-ebda tim mill-kwarti tal-finali ma kien barra mill-Ewropa jew l-Amerika t'Isfel. Sitta mit-tmien timijiet kwalifikati rebħu xi darba dan it-titlu mondjali, bl-Ukranja u l-finalista tellief tal-Kampjonati Ewropej 2004, il-Portugall, ikunu biss l-uniċi timijiet nazzjonali li mhumiex parti minn dan il-"grupp".[14] L-Arġentina u l-Brażil kienu eliminati fil-kwarti tal-finali, fejn ħallew finali kollha Ewropea għar-raba' darba fl-istorja wara dik tal-1934, l-1966 u l-1982.

Gowls

Minkejja l-ħafna gowls li ġew skurjati fil-fażi tal-gruppi, fil-fażi eliminatorja n-numru ta' gowls naqsu. Eżempju prinċipali tan-nixfa tal-gowls huwa l-Portugall, li skorja fit-23 minuta tal-fażi ta' L-Aħħar Sittax, u ma reġax sab ix-xibka sat-88 minuta tal-partita kontra l-Ġermanja għat-tielet u r-raba' post. L-Italja, il-Ġermanja, l-Arġentina, il-Brażil u Franza kienu l-uniċi timijiet li skurjaw iktar minn gowl wieħed fil-fażi eliminatorja. Il-Ġermanja kienet l-unika eċċezzjoni hekk kif irnexxielha tispiċċa l-iktar tim li skorja gowls fil-kampjonat b'total ta' 14-il gowl.

Il-plejer Ġermaniż Miroslav Klose skorja 5 gowls biex b'hekk spiċċa rebbieħ taż-Żarbuna tad-Deheb, fejn dan in-numru ta' gowls hu l-inqas numru ta' gowls li qatt ġew skurjati minn rebbieħ ta' dan l-unur mill-edizzjoni tal-1962. L-ebda plejer skorja aktar minn tliet gowls. Mit-tim rebbieħ tal-Italja ħadd ma skorja aktar minn żewġ gowls, minkejja li għaxar plejers differenti skurjaw gaħt-tim, biex wettqu rekord għall-aktar plejers li skurjaw minn tim partikulari.

Għall-ewwel darba fit-Tazza tad-Dinja, l-ewwel u l-aħħar gowls tal-kampjonat ġew skurjati minn difensuri. Philipp Lahm tal-Ġermanja skorja l-ewwel gowl fil-kampjonat u anki fil-logħba li t-tim Ġermaniż lagħab kontra l-Kosta Rika wara 5 minuti. Fil-finali, Marco Materazzi, skorja l-aħħar gowl tal-kampjonat; fl-20 minuta kontra Franza.

Numru kbir ta' ammonizzjonijiet

Ikkomparat mal-edizzjonijiet preċedenti tat-Tazza tad-Dinja, dan il-kampjonat jibqa' mfakkar għan-numru kbir ta' karti sofor u ħomor li ġew murija, fejn għeleb ir-rekord li sar fit-Tazza tad-Dinja 1998. Il-plejers irċevew total ta' 345 karta safra u 28 karta ħamra, b'Valentin Ivanov juri 16-il karta safra u 4 karti ħomor fil-partita tal-aħħar sittax bejn il-Portugall u l-Olanda. Il-Portugall kellhom żewġ plejers sospiżi għall-partiti tal-kwarti tal-finali u tas-semifinali, rispettivament. Il-President tal-FIFA Sepp Blatter stqarr li għal kampjonati futuri jista' jsir xi tibdil ta' regoli biex b'hekk xi karti sofor akkumulati ma jħallux plejer jitlef il-finali, jekk it-tim ikompli fil-kompetizzjoni. Din l-edizzjoni rat ukoll avveniment kurjuż, fejn l-Ingliż Graham Poll bi żball ta tliet karti sofor lill-plejer Kroat Josip Šimunić fil-partita kontra l-Awstralja, qabel ma' dan tal-aħħar ġie suċċessivament imkeċċi.

In-numru kbir ta' karti sofor u ħomor qajmu diskussjoni fuq ir-referis. L-uffiċjali tal-FIFA u l-President Sepp Blatter irċevew kritika li allegatament għamlu regoli li huma wisq riġidi.[15]

Remove ads

Riżultati

Thumb
Il-lejl ta' Nurimberga illuminat minn ballun kbir

Fażi tal-gruppi

Fit-tabelli li jsegwu:

  • L = total ta' logħob
  • R = total ta' rebħiet
  • P = total ta' pari
  • T = total ta' telfiet
  • GF = total ta' gowls favur
  • GK = total ta' gowls kontra
  • DG = differenza tal-gowls (GF−GK)
  • Pti = total ta' punti

It-timijiet li spiċċaw fl-ewwel żewġ postijiet, ikkwalifikaw għar-rawnd ta' L-Aħħar Sittax.

Grupp A

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp A tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
More information Tim, L ...
9 ta' Ġunju 2006
Ġermanja 4 – 2 Kosta Rika
Polonja 0 – 2 Ekwador
14 ta' Ġunju 2006
Ġermanja 1 – 0 Polonja
15 ta' Ġunju 2006
Ekwador 3 – 0 Kosta Rika
20 ta' Ġunju 2006
Ekwador 0 – 3 Ġermanja
Kosta Rika 1 – 2 Polonja

Grupp B

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp B tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
More information Tim, L ...
10 ta' Ġunju 2006
Ingilterra 1 – 0 Paragwaj
Trinidad u Tobago 0 – 0 Żvezja
15 ta' Ġunju 2006
Ingilterra 2 – 0 Trinidad u Tobago
Żvezja 1 – 0 Paragwaj
20 ta' Ġunju 2006
Żvezja 2 – 2 Ingilterra
Paragwaj 2 – 0 Trinidad u Tobago

Grupp Ċ

Thumb
Il-penalty ta' Bonaventure Kalou fil-partita bejn il-Kosta tal-Avorju u s-Serbja u Montenegro
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp Ċ tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
More information Tim, L ...
10 ta' Ġunju 2006
Arġentina 2 – 1 Kosta tal-Avorju
11 ta' Ġunju 2006
Serbja u Montenegro 0 – 1 Netherlands
16 ta' Ġunju 2006
Arġentina 6 – 0 Serbja u Montenegro
Netherlands 2 – 1 Kosta tal-Avorju
21 ta' Ġunju 2006
Netherlands 0 – 0 Arġentina
Kosta tal-Avorju 3 – 2 Serbja u Montenegro

Grupp D

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp D tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
More information Tim, L ...
11 ta' Ġunju 2006
Messiku 3 – 1 Iran
Angola 0 – 1 Portugall
16 ta' Ġunju 2006
Messiku 0 – 0 Angola
17 ta' Ġunju 2006
Portugall 2 – 0 Iran
21 ta' Ġunju 2006
Portugall 2 – 1 Messiku
Iran 1 – 1 Angola

Grupp E

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp E tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
More information Tim, L ...
12 ta' Ġunju 2006
Stati Uniti 0 – 3 Repubblika Ċeka
Italja 2 – 0 Gana
17 ta' Ġunju 2006
Repubblika Ċeka 0 – 2 Gana
Italja 1 – 1 Stati Uniti
22 ta' Ġunju 2006
Repubblika Ċeka 0 – 2 Italja
Gana 2 – 1 Stati Uniti

Grupp F

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp F tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
More information Tim, L ...
12 ta' Ġunju 2006
Awstralja 3 – 1 Ġappun
13 ta' Ġunju 2006
Brażil 1 – 0 Kroazja
18 ta' Ġunju 2006
Kroazja 0 – 0 Ġappun
Brażil 2 – 0 Awstralja
22 ta' Ġunju 2006
Ġappun 1 – 4 Brażil
Kroazja 2 – 2 Awstralja

Grupp Ġ

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp Ġ tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
More information Tim, L ...
13 ta' Ġunju 2006
Korea t'Isfel 2 – 1 Togo
Franza 0 – 0 Żvizzera
18 ta' Ġunju 2006
Franza 1 – 1 Korea t'Isfel
19 ta' Ġunju 2006
Togo 0 – 2 Żvizzera
23 ta' Ġunju 2006
Togo 0 – 2 Franza
Żvizzera 2 – 0 Korea t'Isfel

Grupp H

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp H tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
More information Tim, L ...
14 ta' Ġunju 2006
Spanja 4 – 0 Ukrajna
Tuneżija 2 – 2 Arabja Sawdija
19 ta' Ġunju 2006
Arabja Sawdija 0 – 4 Ukrajna
Spanja 3 – 1 Tuneżija
23 ta' Ġunju 2006
Arabja Sawdija 0 – 1 Spanja
Ukrajna 1 – 0 Tuneżija

Fażi eliminatorja

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Fażi eliminatorja tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.

Il-fażi eliminatorja kienet rawnd ta' eliminazzjoni diretta, fejn it-tellief kien jiġi eliminat awtomatikament. Din involviet is-sittax-il tim li kkwalfika mill-fażi tal-gruppi. Kien hemm erba' rawnds, fejn f'kull waħda kienu jiġu eliminati nofs it-timijiet li kkompetew f'dik il-fażi. Ir-rawnds suċċessivi kienu: L-Aħħar sittax, il-Kwarti tal-finali, is-Semifinali u l-Finali. Kien hemm ukoll il-logħba għat-tielet u r-raba' post. Għal kull logħba f'din il-fażi, jekk il-logħba tispiċċa pari wara l-ħin normali, tletin minuta kienu jintlagħbu (maqsuma f'żewġ taqsimiet ta' ħmistax-il minuta 'l waħda); jekk il-partita tibqa' pari, ikun imiss l-għoti tal-penalties biex jiġi ddeterminat ir-rebbieħ tal-konfront. Riżultati wara l-ħin supplementari huma mmarkati bħala (ħs), u riżultati wara l-għoti tal-penalties huma mmarkati bħala (pen).

L-aħħar sittax Kwarti tal-finali Semifinali Finali
                           
24 ta' Ġunju - Munich            
   Ġermanja  2
30 ta' Ġunju - Berlin
   Żvezja  0  
   Ġermanja (pen)  1 (4)
24 ta' Ġunju - Leipzig
    Arġentina  1 (2)  
   Arġentina (ħs)  2
4 ta' Lulju - Dortmund
   Messiku  1  
   Ġermanja  0
26 ta' Ġunju - Kaiserslautern
     Italja (ħs)  2  
   Italja  1
30 ta' Ġunju - Amburgu
   Awstralja  0  
   Italja  3
26 ta' Ġunju - Kolonja
     Ukrajna  0  
   Żvizzera  0 (0)
9 ta' Lulju - Berlin
   Ukrajna (pen)  0 (3)  
   Italja (pen)  1 (5)
25 ta' Ġunju - Stokkarda
     Franza  1 (3)
   Ingilterra  1
1 ta' Lulju - Gelsenkirchen
   Ekwador  0  
   Ingilterra  0 (1)
25 ta' Ġunju - Nuremberga
     Portugall (pen)  0 (3)  
   Portugall  1
5 ta' Lulju - Munich
   Netherlands  0  
   Portugall  0
27 ta' Ġunju - Dortmund
     Franza  1   Logħba għat-tielet post
   Brażil  3
1 ta' Lulju - Frankfurt 8 ta' Lulju - Stokkarda
   Gana  0  
   Brażil  0    Ġermanja  3
27 ta' Ġunju - Hanover
     Franza  1      Portugall  1
   Spanja  1
   Franza  3  

L-Aħħar Sittax

More information Ġermanja, 2 – 0 ...

More information Arġentina, 2 – 1 (ħs) ...

More information Ingilterra, 1 – 0 ...

More information Portugall, 1 – 0 ...

More information Italja, 1 – 0 ...

More information Żvizzera, 0 – 0 (ħs) ...
  Penalties  
  Streller Żbaljat
Barnetta Żbaljat
Cabanas Żbaljat
0 – 3 Żbaljat Shevchenko
Skurjat Milevskiy
Skurjat Rebrov
Skurjat Gusev
 

More information Brażil, 3 – 0 ...

More information Spanja, 1 – 3 ...

Kwarti tal-finali

More information Ġermanja, 1 – 1 (ħs) ...
  Penalties  
  Neuville Skurjat
Ballack Skurjat
Podolski Skurjat
Borowski Skurjat
4 – 2 Skurjat Cruz
Żbaljat Ayala
Skurjat Rodríguez
Żbaljat Cambiasso
 

More information Italja, 3 – 0 ...

More information Ingilterra, 0 – 0 (ħs) ...
  Penalties  
  Lampard Żbaljat
Hargreaves Skurjat
Gerrard Żbaljat
Carragher Żbaljat
1 – 3 Skurjat Simão
Żbaljat Viana
Żbaljat Petit
Skurjat Postiga
Skurjat Ronaldo
 

More information Brażil, 0 – 1 ...

Semifinali

More information Ġermanja, 0 – 2 (ħs) ...

More information Portugall, 0 – 1 ...

Finali għat-tielet post

More information Ġermanja, 3 – 1 ...

Finali

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
More information Italja, 1 – 1 (ħs) ...
  Penalties  
  Pirlo Skurjat
Materazzi Skurjat
De Rossi Skurjat
Del Piero Skurjat
Grosso Skurjat
5 – 3 Skurjat Wiltord
Żbaljat Trezeguet
Skurjat Abidal
Skurjat Sagnol
 
Remove ads

Rebbieħ

More information Rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 2006 ...

Unuri

More information Rebbieħ taż-Żarbuna tad-Deheb, Rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb ...

Il-Grupp tal-Istudju Tekniku tal-FIFA għal kull partita ta l-unur tal-Plejer tal-Partita għal plejer partikulari. Andrea Pirlo tal-Italja rebaħ l-iktar numru ta' unuri tal-Plejer tal-Partita; total ta' tlieta. Miroslav Klose, Agustin Delgado, Arjen Robben, Zé Roberto, Alexander Frei, Michael Ballack, u Patrick Vieira kolla rċevew żewġ unuri.

Kontroversja

Fl-10 ta 'Lulju 2006, minkejja il-ġest vjolenti kontra Materazzi u l-insult lejn ir-referee Jorge Larrionda matul is-semi-finali mal-Portugall,[16] Zidane kien elett "l-aħjar plejer tad-Dinja".


Tim All Star

It-Tim All Star hi skwadra tat-23 plejer li l-aktar impressjonaw matul it-Tazza tad-Dinja 2006, kif ġew magħżula mill-Grupp tal-Istudju Tekniku tal-FIFA. It-tim finali ġie magħżul minn aktar minn 50 plejer nominat, u ġie magħżul skont il-prestazzjonijiet individwali mit-tieni rawnd 'il quddiem.[17]

More information Gowlkipers, Difensuri ...

L-aqwa skorers

Miroslav Klose kien l-aqwa skorer tal-kampjonat u rċieva ż-Żarbuna tad-Deheb wara li skorja 5 gowls fit-Tazza tad-Dinja. Dan kien l-iżgħar numru ta' gowls skurjati mill-aqwa skorer tal-kampjonat tat-Tazza tad-Dinja minn meta sitt plejers spiċċaw b'total ta' erba' gowls fit-Tazza tad-Dinja 1962. Matul din l-edizzjoni 149 gowl ġew skurjati (erba' minnhom kien awtogowls).

5 gowls
3 gowls
2 gowls
  • Awstralja Tim Cahill
  • Brażil Adriano
  • Kosta Rika Paulo Wanchope
  • Kosta tal-Avorju Aruna Dindane
  • Repubblika Ċeka Tomáš Rosický
  • Ekwador Agustín Delgado
  • Ekwador Carlos Tenorio
  • Ingilterra Steven Gerrard
  • Franza Patrick Vieira
  • Ġermanja Bastian Schweinsteiger
  • Italja Marco Materazzi
  • Italja Luca Toni
  • Messiku Omar Bravo
  • Polonja Bartosz Bosacki
  • Portugall Maniche
  • Żvizzera Alexander Frei
  • Ukrajna Andriy Shevchenko
gowl
  • Angola Flávio
  • Arġentina Roberto Ayala
  • Arġentina Esteban Cambiasso
  • Arġentina Lionel Messi
  • Arġentina Javier Saviola
  • Arġentina Carlos Tévez
  • Awstralja John Aloisi
  • Awstralja Harry Kewell
  • Awstralja Craig Moore
  • Brażil Fred
  • Brażil Gilberto
  • Brażil Juninho
  • Brażil Kaká
  • Brażil Zé Roberto
  • Kosta Rika Rónald Gómez
  • Kosta tal-Avorju Didier Drogba
  • Kosta tal-Avorju Bonaventure Kalou
  • Kosta tal-Avorju Bakary Koné
  • Kroazja Niko Kovač
  • Kroazja Darijo Srna
  • Repubblika Ċeka Jan Koller
  • Ekwador Iván Kaviedes
  • Ingilterra David Beckham
  • Ingilterra Joe Cole
  • Ingilterra Peter Crouch
  • Franza Franck Ribéry
  • Ġermanja Torsten Frings
  • Ġermanja Philipp Lahm
  • Ġermanja Oliver Neuville
  • Gana Stephen Appiah
  • Gana Haminu Dramani
  • Gana Asamoah Gyan
  • Gana Sulley Ali Muntari
  • Iran Sohrab Bakhtiarizadeh
  • Iran Yahya Golmohammadi
  • Italja Alessandro Del Piero
  • Italja Alberto Gilardino
  • Italja Fabio Grosso
  • Italja Vincenzo Iaquinta
  • Italja Filippo Inzaghi
  • Italja Andrea Pirlo
  • Italja Francesco Totti
  • Italja Gianluca Zambrotta
  • Ġappun Shunsuke Nakamura
  • Ġappun Keiji Tamada
  • Korea t'Isfel Ahn Jung-Hwan
  • Korea t'Isfel Lee Chun-Soo
  • Korea t'Isfel Park Ji-Sung
  • Messiku Francisco Fonseca
  • Messiku Rafael Márquez
  • Messiku Sinha
  • Netherlands Ruud van Nistelrooy
  • Netherlands Robin van Persie
  • Netherlands Arjen Robben
  • Paragwaj Nelson Cuevas
  • Portugall Deco
  • Portugall Nuno Gomes
  • Portugall Pauleta
  • Portugall Cristiano Ronaldo
  • Portugall Simão
  • Arabja Sawdija Sami Al-Jaber
  • Arabja Sawdija Yasser Al-Qahtani
  • Serbja u Montenegro Saša Ilić
  • Serbja u Montenegro Nikola Žigić
  • Spanja Xabi Alonso
  • Spanja Juanito
  • Spanja Raúl
  • Żvezja Marcus Allbäck
  • Żvezja Henrik Larsson
  • Żvezja Fredrik Ljungberg
  • Żvizzera Tranquillo Barnetta
  • Żvizzera Philippe Senderos
  • Togo Mohamed Kader
  • Tuneżija Radhi Jaïdi
  • Tuneżija Ziad Jaziri
  • Tuneżija Jaouhar Mnari
  • Stati Uniti Clint Dempsey
  • Ukrajna Maksym Kalynychenko
  • Ukrajna Sergiy Rebrov
  • Ukrajna Andriy Rusol
Awtogowls
  • Italja Cristian Zaccardo (għall-Istati Uniti)
  • Paragwaj Carlos Gamarra (għall-Ingilterra)
  • Trinidad u Tobago Brent Sancho (għall-Paragwaj)
  • Portugall Petit (għall-Ġermanja)
Remove ads

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads