From Wikipedia, the free encyclopedia
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Messiku (bl-Ispanjol: Selección de fútbol de México) jirrappreżenta lill-Messiku fil-kompetizzjonijiet internazzjonali tal-futbol. It-tim huwa mmexxi mill-Federazzjoni Messikana u huwa membru tal-FIFA u l-CONCACAF.
Psewdonimu | El Tri | ||
---|---|---|---|
Assoċjazzjoni | Federación Mexicana de Fútbol | ||
Konfederazzjoni | CONCACAF (L-Amerika ta' Fuq) | ||
Kowċ | Gerardo Martino | ||
Kaptan | Andrés Guardado | ||
Rekord ta' preżenzi | Claudio Suárez (177) | ||
Rekord ta' gowls | Javier Hernández (52) | ||
Stadju prinċipali | Estadio Azteca | ||
Kodiċi tal-FIFA | MEX | ||
| |||
Klassifika tal-FIFA | |||
Pożizzjoni attwali | 12 (Ġunju 2022) | ||
L-ogħla | 4 (Frar – Ġunju 1998, Awwissu 2003, April 2004, Ġunju 2004, Mejju – Ġunju 2006) | ||
L-inqas | 40 (Lulju 2015) | ||
L-ewwel logħba | |||
Gwatemala 2–3 Messiku (Belt tal-Gwatemala, Gwatemala; 1 ta' Jannar 1923) | |||
L-ikbar rebħa | |||
Messiku 13–0 Baħamas (Toluca, Messiku; 28 ta' April 1987) | |||
L-ikbar telfa | |||
Ingilterra 8–0 Messiku (Londra, Ingilterra; 10 ta' Mejju 1961) |
Il-Messiku ikkwalifika għal sbatax-il Tazza tad-Dinja u hu fost sitt pajjiżi li ilu jikkwalifika b'mod konsekuttiv mill-1994. Huma ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, bl-aqwa riżultat ikun il-kwarti tal-finali miksuba fl-1970 u l-1986, liema saru fil-pajjiż stess.
Storikament, il-Messiku huwa fost l-aktar timijiet nazzjonali ta' suċċess fiż-żona tal-CONCACAF, bi ħdax-il titlu tal-konfederazzjoni, fosthom ħdax-il titlu tal-CONCACAF Gold Cup. Bir-rebħa fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet tal-1999,[1] il-Messiku hu l-unika tim fil-CONCACAF li rebaħ kompetizzjoni uffiċjali tal-FIFA.
Il-futbol fil-Messiku daħal fil-bidu tas-seklu 20 minn gruppi ta' immigranti Ewropej u fis-snin ta' wara minn Spanjoli eżiljati mill-Gwerra Ċivili Spanjola. L-ewwel logħba tal-Messiku saret fl-1 ta' Jannar 1923 kontra l-Gwatemala li huma rebħu 3–2.[2]
Fl-1927, ġiet imwaqqfa l-organizzazzjoni uffiċjali li tamministra l-futbol fil-Messiku. L-ewwel kompetizzjoni internazzjonali kienu l-Olimpjadi tal-1928 fejn il-Messiku ġew eliminati fil-kwarti tal-finali minn Spanja.[2] Il-Messiku ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja ġewwa l-Urugwaj, fi grupp magħmul mill-Arġentina, ċ-Ċili u Franza. Kienu l-Messiku li lagħbu l-ewwel logħba fl-istorja tal-kompetizzjoni, li kienet telfa ta' 4–1 kontra Franza. Fit-tieni logħba huma tilfu kontra ċ-Ċili, u fl-aħħar logħba kontra l-Arġentina, il-Messiku skorjaw l-ewwel penalty fl-istorja tal-kompetizzjoni, ikkonvertit minn Manuel Rosas.[3]
Qabel l-1970, il-Messiku ftit li xejn ħallew impatt fit-Tazza tad-Dinja, minkejja li kienu l-aqwa tim fin-North American Football Confederation u s-sessur tagħha, il-CONCACAF. Minkejja dan, il-gowler Antonio Carbajal iddistingwa ruħu biex sar l-ewwel plejer li deher f'ħames edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja konsekuttivi.[4] Fuq livell kontinentali huma rebħu l-ewwel titlu fl-1965, bir-rebħ tal-Kampjonat CONCACAF. Fl-1970, ospitaw it-Tazza tad-Dinja u fil-grupp ġabu dro ta' mingħajr gowls kontra l-Unjoni Sovjetika u rebħa ta' 4–0 fuq El Salvador. Fil-fażi ta' wara huma rebħu lill-Belġju, però kellhom ibaxxu rashom għall-finalisti tal-Italja fil-kwarti tal-finali.
Fl-1986, il-Messiku reġgħu ospitaw it-Tazza tad-Dinja. Huma kkwalifikaw mill-fażi tal-gruppi b'żewġ rebħiet kontra l-Belġju u l-Iraq, u dro mal-Paragwaj. Huma rnexxielhom jagħmluha għal darb'oħra sal-kwarti tal-finali wara li għelbu lill-Bulgarija, imma tilfu kontra l-Ġermanja tal-Punent wara l-għoti tal-penalties.
Il-Messiku kienu ġew skwalifikati mit-Tazza tad-Dinja tal-1990 u kompetizzjonijiet oħra internazzjonali wara li wżaw plejers fuq l-età massima għal-logħbiet ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja taż-Żgħażagħ tal-1989. L-iskandlu kien magħruf bħala Cachirules u l-iskwalifika applikat għat-timijiet Messikani ta' kull livell f'kull kompetizzjoni organizzata mill-FIFA għal sentejn.[5]
Poż. | Plejer | Preżenzi | Gowls | Karriera |
---|---|---|---|---|
1 | Claudio Suárez | 177 | 7 | 1992–2006 |
2 | Andrés Guardado | 175 | 28 | 2005– |
3 | Rafael Márquez | 147 | 17 | 1997–2018 |
4 | Pável Pardo | 146 | 11 | 1996–2009 |
Gerardo Torrado | 146 | 6 | 1999–2013 | |
6 | Jorge Campos | 130 | 0 | 1991–2004 |
7 | Guillermo Ochoa | 129 | 0 | 2005– |
8 | Carlos Salcido | 124 | 10 | 2004–2014 |
Héctor Moreno | 124 | 5 | 2007– | |
10 | Ramón Ramírez | 121 | 15 | 1991–2000 |
Poż. | Plejer | Gowls | Preżenzi | Karriera |
---|---|---|---|---|
1 | Javier Hernández | 52 | 109 | 2009– |
2 | Jared Borgetti | 46 | 89 | 1997–2008 |
3 | Cuauhtémoc Blanco | 38 | 120 | 1995–2014 |
4 | Luis Hernández | 35 | 85 | 1995–2002 |
Carlos Hermosillo | 35 | 90 | 1984–1997 | |
6 | Enrique Borja | 31 | 65 | 1966–1975 |
7 | Luís Roberto Alves | 30 | 84 | 1988–2001 |
Raúl Jiménez | 30 | 97 | 2013– | |
8 | Hugo Sánchez | 29 | 58 | 1977–1998 |
Luis Flores | 29 | 62 | 1983–1993 | |
Luis García | 29 | 78 | 1991–1999 |
Sena | Fażi | Pożizzjoni | L | R | D | T | GF | GK | |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
1930 | Fażi tal-gruppi | 13 | 3 | 0 | 0 | 3 | 4 | 13 | |
1934 | Ma kkwalifikawx | ||||||||
1938 | Irtiraw | ||||||||
1950 | Fażi tal-gruppi | 12 | 3 | 0 | 0 | 3 | 2 | 10 | |
1954 | 13 | 2 | 0 | 0 | 2 | 2 | 8 | ||
1958 | 16 | 3 | 0 | 1 | 2 | 1 | 8 | ||
1962 | 11 | 3 | 1 | 0 | 2 | 3 | 4 | ||
1966 | 12 | 3 | 0 | 2 | 1 | 1 | 3 | ||
1970 | Kwarti tal-finali | 6 | 4 | 2 | 1 | 1 | 6 | 4 | |
1974 | Ma kkwalifikawx | ||||||||
1978 | Fażi tal-gruppi | 16 | 3 | 0 | 0 | 3 | 2 | 12 | |
1982 | Ma kkwalifikawx | ||||||||
1986 | Kwarti tal-finali | 6 | 5 | 3 | 2 | 0 | 6 | 2 | |
1990 | Ipprojbiti | ||||||||
1994 | L-aħħar sittax | 13 | 4 | 1 | 2 | 1 | 4 | 4 | |
1998 | 13 | 4 | 1 | 2 | 1 | 8 | 7 | ||
2002 | 11 | 4 | 2 | 1 | 1 | 4 | 4 | ||
2006 | 15 | 4 | 1 | 1 | 2 | 5 | 5 | ||
2010 | 14 | 4 | 1 | 1 | 2 | 4 | 5 | ||
2014 | 10 | 4 | 2 | 1 | 1 | 5 | 3 | ||
2018 | 12 | 4 | 2 | 0 | 2 | 3 | 6 | ||
2022 | Ikkwalifikaw | ||||||||
2026 | Ikkwalifikaw bħala ospitu | ||||||||
Total | Kwarti tal-finali | 17/22 | 57 | 16 | 14 | 27 | 60 | 98 |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.