From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Konfederazzjoni tal-Futbol Sud-Amerikan (bl-Ingliż: South American Football Confederation; bil-Franċiż: Confederación Sudamericana de Fútbol) magħrufha aħjar bħala l-CONMEBOL, hi l-amministrazzjoni li tikkontrolla l-futbol ġewwa l-Amerika t'Isfel. Ġeneralment kważi kull tim f'din il-federazzjoni kellu żmien fejn iddomina permezz tal-plejers tiegħu, imma l-Arġentina, l-Brażil u l-Urugwaj huma tradizzjonalment l-aqwa timijiet f'dan il-kontinent, bil-Paragwaj u l-Perù li bdew jiddominaw ix-xena wkoll. It-timijiet tal-CONMEBOL kellhom ħafna suċċessi fit-Tazza tad-Dinja. Bl-erba' postijiet allokati għalihom fit-Tazza tad-Dinja minn 32 huma rnexxielhom jirbħu aktar min-nofs l-edizzjonijiet ta' din il-kompetizzjoni u għal ħafna snin, tnejn mill-ewwel ħamsa tal-klassifika tal-FIFA huma membri tal-CONMEBOL.
Membri tal-CONMEBOL huma kkuluriti ħodor | |
Formazzjoni | 9 ta' Lulju 1916 |
---|---|
Tip | Organizzazzjoni sportiva |
Kwartieri ġenerali | Luque, Paragwaj |
Sħubija | 10 assoċjazzjoni nazzjonali |
Segretarju Ġenerali | Eduardo de Luca |
President | Nicolás Leoz |
Sit elettroniku | www.conmebol.com |
Din il-federazzjoni bdiet fid-9 ta' Lulju 1916, grazzi għall-Urugwajan Héctor Rivadavia Gómez li kien qed iqajjem il-punt għall-bżonn ta' għaqda fil-futbol madwar il-kontinent. L-Arġentina, l-Urugwaj, il-Brażil u ċ-Ċili kienu l-fundaturi. Il-konfederazzjoni kienet fundata waqt li kien qed isir kampjonat tal-futbol Sud-Amerikan ġewwa Buenos Aires bħala parti miċ-ċentinarju tal-Indipendenza tal-Arġentina. Dan il-kampjonat huwa magħruf bħala l-ewwel edizzjoni tal-Copa América.
Il-Paragwaj (1921), il-Perù (1925), il-Bolivja (1926), l-Ekwador (1927), il-Kolombja (1936) u l-Veneżwela (1952) daħlu membri. Illum, il-CONMEBOL tagħmel parti mill-FIFA u tieħu ħsieb tal-attivitajiet kollha tal-futbol li jsiru f'dawn il-pajjiżi membri. Il-kwartieri ġenerali huma f'Luque fil-Paragwaj. Il-president tal-Kumitat Eżekuttiv hu Nicolás Leoz.
Minkejja li l-Gujana, Surinam u l-Gujana Franċiża huma fl-Amerika t'Isfel dawn ma jagħmlux parti tal-CONMEBOL - għal raġunijiet storiċi, kulturali u prinċipalment sportivi l-assoċjazzjonijiet nazzjonali tagħhom jagħmlu parti mill-CONCACAF. Fost il-kompetizzjonijiet tal-CONMEBOL insibu il-Copa Libertadores de América (bħaċ-Champions League tal-Ewropa) u l-Copa Sudamericana (bħall-UEFA Cup tal-Ewropa) li t-tnejn huma għall-klabbs waqt li Copa América għat-timijiet nazzjonali tal-irġiel.
18-il darba 14-il darba 10 darbiet 7 darbiet
|
4 darbiet
3 darbiet
darbtejn
|
L-uniku pajjiż li għadu qatt ma kkwalifika f'din il-kompetizzjoni minn din il-federazzjoni hi l-Veneżwela. Dan il-pajjiż hu meqjus bħala l-inqas tim kompetittiv fl-assoċjazzjoni, minkejja li f'dawn l-aħħar snin kiber ħafna.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.