Lionel Messi

From Wikipedia, the free encyclopedia

Lionel Messi

Lionel Andrés Messi (twieled fl-24 ta' Ġunju 1987), magħruf ukoll bħala Leo Messi, huwa plejer tal-futbol Arġentin li jilgħab bħala attakkant mal-klabb Franċiż ta' Paris Saint-Germain u mat-tim nazzjonali tal-Arġentina. Hu hu rikonoxxut fost l-aqwa plejers ta' kull żmien,[1][2][3][4][5] fejn rebaħ seba' unuri tal-Ballun tad-Deheb u rekord ta' sitt unuri taż-Żarbuna tad-Deheb. Sal-2021 kien qatta' l-karriera professjonali tiegħu ma' Barcelona fejn magħhom rebaħ rekord ta' 35 trofew, fosthom għaxar La Liga, seba' Tazzi tar-Re u erba' titli tal-UEFA Champions League. Ma' pajjiżu rebaħ l-edizzjoni tal-2021 tal-Copa América u fl-2022 it-Tazza tad-Dinja.

Quick Facts Informazzjoni personali, Isem sħiħ ...
Lionel Messi
Thumb
Messi bil-flokk tal-Arġentina fit-Tazza tad-Dinja tal-2022
Informazzjoni personali
Isem sħiħLionel Andrés Messi
Twelid24 ta' Ġunju 1987 (1987-06-24) (37 sena)
Rosario,  Arġentina
Tul1.69 m
RwolAttakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwali Inter Miami
Numru10
Mixtliet
1992–1995 Grandoli
1995–2000 Newell's Old Boys
2000–2003 Barcelona
Karriera professjonali
SninKlabb
2003–2004 Barcelona C
2004–2005 Barcelona B
2004–2021 Barcelona
2021–2023 Paris Saint-Germain
2023- Inter Miami
Tim nazzjonali
2004–2005 Arġentina U20
2008 Arġentina U23
2005– Arġentina
Close

Attakkant prolifiku, Messi iżomm ir-rekord tal-aktar gowls skorjati fil-kampjonat Spanjol (474), l-aktar gowls fi staġun wieħed tal-kampjonat Spanjol u Ewropew (50), l-aktar numru ta' tripletti fil-La Liga (36) u l-UEFA Champions League (8), l-aktar assists fl-istorja tal-La Liga (192), fi staġun wieħed tal-La Liga (21) u fil-Copa América (17). Hu wkoll iżomm ir-rekord tal-aktar gowls internazzjonali minn Sud-Amerikan maskili. Messi skorja iktar minn 750 gowl mal-klabbs u f'isem pajjiżu, u skorja l-iktar numru ta' gowls għal klabb wieħed (672).

Bijografija

Messi twieled f'Rosario, fil-Provinċja ta' Santa Fe. Il-ġenituri tiegħu kienu Jorge Horácio Messi, ħaddiem ġewwa fabbrika tal-azzar, u Celia María Cuccittini.[6][7][8][9] Il-familja paterna tiegħu oriġinat mill-belt Taljana ta' Ancona, minn fejn hu l-antenat tiegħu, Angelo Messi, li emigra lejn l-Arġentina fl-1883.[10][11] Huwa għandu żewġ aħwa akbar minnu, Rodrigo u Matías, u oħtu, María Sol.[12] Fl-età ta' ħames snin, Messi beda jilgħab il-futbol ma' Grandoli, klabb lokali ggwidat minn missieru Jorge. Fl-1995, Messi qaleb ma' Newell's Old Boys li kienu bbażati fil-belt tiegħu Rosario.[13] Hu sar parti mit-tim taż-żgħażagħ lokali tar-River Plate li tilfu logħba waħda biss f'erba' snin u sar lokalment magħruf bħala "l-Magna tal-1987, is-sena tat-twelid tiegħu.[14]

Fl-età ta' 11-il sena, Messi kien ġie dijanjostikat bit-tkabbir ta' defiċjenza ormonali.[15] Ir-River Plate wrew l-interess fil-progress ta' Messi, iżda ma kinux lesti li jħallsu għall-kura tal-kundizzjoni tiegħu, li kienet tiswa $900 fix-xahar. Carles Rexach, id-direttur sportiv ta' Barcelona FC, kien sar konxju tat-talent li Messi mill-qraba li kellu ġewwa Lleida, u b'hekk Messi u missieru rnexxielhom jirranġaw prova mat-tim tal-kbar. Rexach, b'ebda karta oħra f'idejh, offra lil Messi kuntratt bil-miktub.[16] Barcelona FC offrew li jħallsu għall-kambjali medika ta' Messi jekk hu kien lest li jgħix ġewwa Spanja. Messi u missieru marru lejn Barċellona fejn Messi rreġistra fin-nursery tal-klabb.[17]

Barcelona FC

Messi lagħab ma diversi timijiet ta' Barcelona FC fosthom Infantil B u Cadete B & A mill-2000 sal-2003 (37 gowl fi 30 logħba ma Cadete A). L-istaġun 2003–04 ra lil Messi fuq rekord[18] ma ħames timijiet differenti: Huwa beda logħba waħda ma Juvenil B (gowl wieħed) u ġie promossi ma Juvenil A (14-il logħba, 21 gowl). Aktar tard huwa għamel l-ewwel debut tiegħu mat-tim Barcelona FC C (Tercera División) fid-29 ta' Novembru 2003 u ma Barcelona FC B (Segunda División B) fis-6 ta' Marzu 2004. Hu lagħab maż-żewġ timijiet matul l-istaġun (għaxar logħbiet, ħames gowls u ħames logħiet, żero gowls, rispettivament).[19][20][21] Qabel dawn iż-żewġ debutts, Messi għamel id-debutt uffiċjali tiegħu għall-ewwel tim fis-16 ta' Novembr, 2003 fl-età ta' 16-il sena u 145 ġurnata, f'logħba ta' ħbiberija kontra Porto.[22]

Inqas minn sena wara l-bidu tiegħu, Frank Rijkaard tah id-debutt tal-kampjonat tiegħu kontra RCD Espanyol fis-16 ta' Ottubru 2004 (17-il sena u 114 ġurnata), li sar it-tielet l-iżgħar plejer li lagħab għal Barcelona FC u l-iżgħar plejer tal-klabb li lagħab f'Premier, li kien miksur minn Bojan Krkić f'Settembru 2007. Meta hu skorja l-ewwel gowl tiegħu mat-tim tal-kbar kontra Albacete Balompié fl-1 ta' Mejju 2005, Messi kellu biss 17-il sena, 10 xhur u sebat ijiem, li sar l-iżgħar plejer li skorja f'logħba ta' Premier ma' Barcelona FC[23] sakemm kien mill-ġdid miksur minn Bojan Krkić fl-2007, li skorja mill-assistenza ta' Messi.[24] Messi qal dwar l-eks kowċ Rijkaard: "Jien qatt mhu ser ninsa l-fatt li huwa nieda l-karriera tiegħi, li kellu l-fiduċja fija filwaqt li jien kelli biss 16 jew 17."[25] Matul l-istaġun, Messi lagħab ukoll ma Barcelona FC B (Segunda División B) li magħhom skorja 6 gowls fi 17-il logħba.

Statistika

Klabb

24 ta' Frar 2013[26][27][28]

Timijiet Riserva

More information Klabb, Kampjonat ...
Klabb Kampjonat Staġun Kampjonat
Preż Gowls
Barcelona FC C Tercera 2003–04 10 5
Barcelona FC B Segunda B 2003–04 5 0
2004–05 17 6
Total 32 11
Close

L-Ewwel Tim

More information Klabb, Staġun ...
Klabb Staġun Kampjonat Tazza UCL Supercup USC FCWC Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Barcelona FC 2004–05 7 1 0 1 0 9 1
2005–06 17 6 2 1 6 1 25 8
2006–07 26 14 2 2 5 1 2 0 1 0 36 17
2007–08 28 10 3 0 9 6 40 16
2008–09 31 23 8 6 12 9 51 38
2009–10 35 34 3 1 11 8 1 2 1 0 2 2 53 47
2010–11 33 31 7 7 13 12 2 3 55 53
2011–12 37 50 7 3 11 14 2 3 1 1 2 2 60 73
2012–13 27 40 5 8 7 5 2 2 42 53
Total 241 209 38 24 76 58 9 10 3 1 4 4 371 3036
Close

Assisti

Din tinkludi l-assisti fil-kompetizzjonijiet kollha uffiċjali:[29]

More information Staġun, Assisti ...
StaġunAssisti
2004–050
2005–061
2006–073
2007–0814
2008–0918
2009–1011
2010–1122
2011–1227
2012–1313*
Close

* Staġun kurrenti.

Internazzjonali

Mis-6 ta' Frar 2013[30][31][32]

Dehriet internazzjonali

More information Tim, Sena ...
Tim Sena Preż Gowls
 Arġentina 2005 5 0
2006 7 2
2007 14 6
2008 8 2
2009 10 3
2010 10 2
2011 13 4
2012 9 12
2013 1 0
Total 77 31
Close

Gowls Internazzjonali

Punteġġi u r-riżultati ta' Malta qedgħin fil-lista xellugija.
More information #, Data ...
#DataPostAvversarjuPunteġġRiżultatKompetizzjoni
1.1 ta' Marzu 2006St. Jakob-Park, Basel, Żvizzera Kroazja
2–1
2–3
Logħba ta' Ħbiberija
2.16 ta' Ġunju 2006WM-Stadion Gelsenkirchen, Gelsenkirchen, Ġermanja Serbja u Montenegro
6–0
6–0
Tazza tad-Dinja 2006
3.5 ta' Ġunju 2007Camp Nou, Barċellona, Spanja Alġerija
2–2
4–3
Logħba ta' Ħbiberija
4. Alġerija
4–2
5.8 ta' Lulju 2007Metropolitano de Fútbol de Lara, Barquisimeto, Veneżwela Perù
2–0
4–0
Copa América 2007
6.11 ta' Lulju 2007Polideportivo Cachamay, Puerto Ordaz, Veneżwela Messiku
2–0
3–0
7.16 ta' Ottubru 2007José Pachencho Romero, Maracaibo, Veneżwela Veneżwela
2–0
2–0
Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010 (CONCACAF)
8.20 ta' Novembru 2007Estadio El Campín, Bogotá, Kolombja Kolombja
1–0
1–2
9.4 ta' Ġunju 2008Stadju Qualcomm, San Diego, Stati Uniti Messiku
2–0
4–1
Logħba ta' Ħbiberija
10.11 ta' Ottubru 2008Estadio Monumental, Buenos Aires, Arġentina Urugwaj
1–0
2–1
Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja
11.11 ta' Frar 2009Stade Vélodrome, Marsilja, Franza Franza
2–0
2–0
Logħba ta' Ħbiberija
12.28 ta' Marzu 2009Estadio Monumental, Buenos Aires, Arġentina Veneżwela
1–0
4–0
Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja
13.14 ta' Novembru 2009Stadju Vicente Calderón, Madrid, Spanja Spanja
1–1
1–2
Logħba ta' Ħbiberija
14.7 ta' Settembru 2010Estadio Monumental, Buenos Aires, Arġentina Spanja
1–0
4–1
15.17 ta' Novembru 2010Stadju Internazzjonali Khalifa, Doha, Qatar Brażil
1–0
1–0
16.9 ta' Frar 2011Stade de Genève, Ġinevra, Żvizzera Portugall
2–1
2–1
17.20 ta' Ġunju 2011Estadio Monumental, Buenos Aires, Arġentina Albanija
2–0
4–0
18.7 ta' Ottubru 2011 Ċili
2–0
4–1
Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014 (CONCACAF)
19.15 ta' Novembru 2011Estadio Metropolitano Roberto Meléndez, Barranquilla, Kolombja Kolombja
1–1
2–1
20.29 ta' Frar 2012Stade de Suisse Wankdorf, Bern, Żvizzera Żvizzera
1–0
3–1
Logħba ta' Ħbiberija
21. Żvizzera
2–1
22. Żvizzera
3–1
23.2 ta' Ġunju 2012Estadio Monumental, Buenos Aires, Arġentina Ekwador
3–0
4–0
Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014
24.9 a' Ġunju 2012Stadju MetLife, East Rutherford, Stati Uniti Brażil
1–1
4–3
Logħba ta' Ħbiberija
25. Brażil
2–1
26. Brażil
4–3
27.15 ta' Awwissu 2012Commerzbank-Arena, Frankfurt, Ġermanja Ġermanja
2–0
3–1
28.7 ta' Settembru 2012Estadio Mario Alberto Kempes, Córdoba, Arġentina Paragwaj
3–1
3–1
Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014
29.12 ta' Ottubru 2012Estadio Malvinas Argentinas, Mendoza, Arġentina Urugwaj
1–0
3–0
30. Urugwaj
3–0
31.16 ta' Ottubru 2012Estadio Nacional, Santiago, Ċili Ċili
1–0
2–1
Close

Unuri

Barcelona
  • La Liga: 2004–05, 2005–06, 2008–09, 2009–10, 2010–11, 2012–13, 2014–15, 2015–16, 2017–18, 2018–19
  • Tazza tar-Re: 2008–09, 2011–12, 2014–15, 2015–16, 2016–17, 2017–18, 2020–21
  • Supercopa de España: 2006, 2009, 2010, 2011, 2013, 2016, 2018
  • UEFA Champions League: 2005–06, 2008–09, 2010–11, 2014–15
  • UEFA Super Cup: 2009, 2011, 2015
  • Tazza tad-Dinja tal-Klabbs: 2009, 2011, 2015
Paris Saint-Germain
  • Ligue 1: 2021–22
  • Trophée des Champions: 2022
Arġentina U23
Arġentina

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.