From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Logħob Olimpiku tas-sajf huwa avveniment sportiv internazzjonali li jsir f'belt differenti kull erba' snin. L-iktar edizzjoni riċenti saret f'Rio de Janeiro, il-Brażil. Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jorganizzaw dawn il-logħba u jħares fuq il-preparamenti tal-belt ospitanti. F'kull avveniment Olimpiku, midalji tad-deheb jingħataw lil minn jispiċċa fl-ewwel post, midalji tal-fidda għat-tieni u midalji tal-bronż għat-tielet klassifikat; din it-tradizzjoni bdiet fl-1904. Is-suċċess tal-Olimpjadi tas-sajf wasslu għall-ħolqien tal-Logħob Olimpiku tax-xitwa.
L-Olimpjadi kibru minn kompetizzjoni ta' 42 avveniment b'inqas minn 250 kompetitur maskili minn 14-il pajjiż fl-1896 għal 302 avvenimenti b'10,768 kompetitur minn 204 pajjiżi fl-2012. Huma biss ħames pajjiżi – il-Greċja, l-Awstralja, Franza, ir-Renju Unit u l-Iżvizzera – li pparteċipaw f'kull Olimpjadi tas-sajf. L-unika pajjiż li minn tal-anqas rebaħ midalja tad-deheb f'kull edizzjoni huwa r-Renju Unit.
Tmintax-il pajjiż ospitaw fihom l-Olimpjadi tas-sajf, bl-Istati Uniti torganizza erba' edizzjonijiet tal-Olimpjadi tas-sajf. Il-bliet ta' Ateni, fil-Greċja, u Tokjo, fil-Ġappun, huma l-uniċi li ospitaw (jew se jospitaw) fihom żewġ edizzjonijiet.
Ir-regoli ta' kwalifikazzjoni għal kull sport Olimpiku huma ddettati mill-federazzjonijiet sportivi li jmexxu l-kompetizzjoni internazzjonali ta' dak l-isport.[1] Għal sports individwali, il-kompetituri tipikament jikkwalifikaw wara li jkunu kisbu pożizzjoni partikulari f'xi avveniment internazzjonali jew fi klassifika tal-federazzjoni internazzjonali. Hemm regola ġenerali li massimu ta' tliet atleti individwali jistgħu jirrapreżentaw lil pajjiż f'kull kompetizzjoni. Il-Kumitati Olimpiċi Nazzjonali (KON) jistgħu jdaħħlu numru limitat ta' kompetituti kwalifikati għal kull avveniment, u l-KON jiddeċiedu liema kompetituri kwalifikati għandhom jintgħażlu f'każ li iktar ikunu laħqu xi punt ta' riferiment.[1]
Pajjiżi ġeneralment jikkwalifikaw għal sports tat-timijiet permezz ta' turnej ta' kwalifikazzjoni fejn kull assoċjazzjoni kontinentali tingħata numru ta' sports fit-turnew Olimpiku. Kull pajjiż jista' jiġi rappreżentat minn mhux iktar minn tim wieħed f'kull kompetizzjoni (tim huwa żewġ persuni f'ċerti sports).
Dati aġġornati skont il-31 Olimpjadi tas-sajf.[2]
Pajjiżi li m'għadhomx jeżistu
Piż. | Pajjiż | Preżenzi | Deheb | Fidda | Bronż | Total |
---|---|---|---|---|---|---|
1 | Stati Uniti | 27 | 1027 | 800 | 704 | 2531 |
2 | Unjoni Sovjetika | 9 | 395 | 319 | 296 | 1010 |
3 | Renju Unit | 28 | 263 | 295 | 293 | 851 |
4 | Ċina | 10 | 224 | 167 | 155 | 546 |
5 | Franza | 28 | 212 | 241 | 263 | 716 |
6 | Italja | 27 | 206 | 178 | 193 | 577 |
7 | Ġermanja | 16 | 191 | 192 | 232 | 615 |
8 | Ungerija | 26 | 175 | 147 | 169 | 491 |
9 | Ġermanja tal-Punent | 5 | 153 | 129 | 127 | 409 |
10 | Russja | 6 | 149 | 124 | 153 | 426 |
Edizzjoni | Sena | Pajjiż ospitant | Miftuħ minn | Dati | Pajjiżi | Kompetituri | Sports | Dixxiplini | Avvenimenti | L-aqwa pajjiż | ||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Total | Rġiel | Nisa | ||||||||||
I | 1896 | Ateni, Greċja | Re Ġorġ I | 6–15 ta' April | 14 | 241 | 241 | 0 | 9 | 10 | 43 | Stati Uniti |
II | 1900 | Pariġi, Franza | N/A | 14 ta' Mejju – 28 ta' Ottubru | 24 | 997 | 975 | 22 | 19 | 20 | 85 | Franza |
III | 1904 | St. Louis, Stati Uniti | Eks-Gvernatur David R. Francis | 1 ta' Lulju – 23 ta' Novembru | 12 | 651 | 645 | 6 | 16 | 17 | 94 | Stati Uniti |
IV | 1908 | Londra, Renju Unit | Re Dwardu VII | 27 ta' April – 31 ta' Ottubru | 22 | 2008 | 1971 | 37 | 22 | 25 | 110 | Renju Unit |
V | 1912 | Stokkolma, Żvezja | Re Gustaf V | 6–22 ta' Lulju | 28 | 2407 | 2359 | 48 | 14 | 18 | 102 | Stati Uniti |
VI | 1916 | Mogħtija lil Berlin, imħassra minħabba l-Ewwel Gwerra Dinjija | ||||||||||
VII | 1920 | Antwerp, Belġju | Re Albertu I | 14 ta' Awwissu – 12 ta' Settembru | 29 | 2626 | 2561 | 65 | 22 | 29 | 156 | Stati Uniti |
VIII | 1924 | Pariġi, Franza | President Gaston Doumergue | 4 ta' Mejju – 27 ta' Lulju | 44 | 3089 | 2954 | 135 | 17 | 23 | 126 | Stati Uniti |
IX | 1928 | Amsterdam, Pajjiżi l-Baxxi | Prinċep Neriku, Duka ta' Mecklenburg-Schwerin | 28 ta' Lulju – 12 ta' Awwissu | 46 | 2883 | 2606 | 277 | 14 | 20 | 109 | Stati Uniti |
X | 1932 | Los Angeles, Stati Uniti | Viċi-President Charles Curtis | 30 ta' Lulju – 14 ta' Awwissu | 37 | 1332 | 1206 | 126 | 14 | 20 | 117 | Stati Uniti |
XI | 1936 | Berlin, Ġermanja | Kanċillier Adolf Hitler | 1–16 ta' Awwissu | 49 | 3963 | 3632 | 331 | 19 | 25 | 129 | Ġermanja |
XII | 1940 | Oriġinarjament mogħtija lil Tokjo, imbagħad lil Ħelsinki, imħassra minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija | ||||||||||
XIII | 1944 | Mogħtija lil Londra, imħassra minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija | ||||||||||
XIV | 1948 | Londra, Renju Unit | Re Ġorġ VI | 29 ta' Lulju – 14 ta' Awwissu | 59 | 4104 | 3714 | 390 | 17 | 23 | 136 | Stati Uniti |
XV | 1952 | Ħelsinki, Finlandja | President Juho Kusti Paasikivi | 19 ta' Lulju – 3 ta' Awwissu | 69 | 4955 | 4436 | 519 | 17 | 23 | 149 | Stati Uniti |
XVI | 1956 | Melbourne, Awstralja | Prinċep Filippu, Duka ta' Edinburgh | 22 ta' Novembru – 8 ta' Diċembru | 72 | 3314 | 2938 | 376 | 17 | 23 | 151 | Unjoni Sovjetika |
XVII | 1960 | Ruma, Italja | President Giovanni Gronchi | 25 ta' Awwissu – 11 ta' Settembru | 83 | 5338 | 4727 | 611 | 17 | 23 | 150 | Unjoni Sovjetika |
XVIII | 1964 | Tokjo, Ġappun | Imperatur Hirohito | 10–24 ta' Ottubru | 93 | 5151 | 4473 | 678 | 19 | 25 | 163 | Stati Uniti |
XIX | 1968 | Belt tal-Messiku, Messiku | President Gustavo Díaz Ordaz | 12–27 ta' Ottubru | 112 | 5516 | 4735 | 781 | 18 | 24 | 172 | Stati Uniti |
XX | 1972 | Munich, Ġermanja tal-Punent | President Gustav Heinemann | 26 ta' Awwissu – 10 ta' Settembru | 121 | 7134 | 6075 | 1059 | 21 | 28 | 195 | Unjoni Sovjetika |
XXI | 1976 | Montreal, Kanada | Reġina Eliżabetta II | 17 ta' Lulju – 1 ta' Awwissu | 92 | 6084 | 4824 | 1260 | 21 | 27 | 198 | Unjoni Sovjetika |
XXII | 1980 | Moska, Unjoni Sovjetika | President Leonid Brezhnev | 19 ta' Lulju – 3 ta' Awwissu | 80 | 5179 | 4064 | 1115 | 21 | 27 | 203 | Unjoni Sovjetika |
XXIII | 1984 | Los Angeles, Stati Uniti | President Ronald Reagan | 28 ta' Lulju – 12 ta' Awwissu | 140 | 6829 | 5263 | 1566 | 21 | 29 | 221 | Stati Uniti |
XXIV | 1988 | Seoul, Korea t'Isfel | President Roh Tae-woo | 17 ta' Settembru – 2 ta' Ottubru | 159 | 8391 | 6197 | 2194 | 23 | 31 | 237 | Unjoni Sovjetika |
XXV | 1992 | Barċellona, Spanja | Re Juan Carlos I | 25 ta' Lulju – 9 ta' Awwissu | 169 | 9356 | 6652 | 2704 | 25 | 34 | 257 | Tim Unifikat |
XXVI | 1996 | Atlanta, Stati Uniti | President Bill Clinton | 19 ta' Lulju – 4 ta' Awwissu | 197 | 10318 | 6806 | 3512 | 26 | 37 | 271 | Stati Uniti |
XXVII | 2000 | Sydney, Awstralja | Gvernatur-Ġeneral Sir William Deane | 15 ta' Settembru – 1 ta' Ottubru | 199 | 10651 | 6582 | 4069 | 28 | 40 | 300 | Stati Uniti |
XXVIII | 2004 | Ateni, Greċja | President Konstantinos Stephanopoulos | 13–29 ta' Awwissu | 201 | 10625 | 6296 | 4329 | 28 | 40 | 301 | Stati Uniti |
XXIX | 2008 | Bejġing, Ċina | President Hu Jintao | 8–24 ta' Awwissu | 204 | 10942 | 6305 | 4637 | 28 | 41 | 302 | Ċina |
XXX | 2012 | Londra, Renju Unit | Reġina Eliżabetta II | 27 ta' Lulju – 12 ta' Awwissu | 204 | 10768 | 5992 | 4776 | 26 | 39 | 302 | Stati Uniti |
XXXI | 2016 | Rio de Janeiro, Brażil | President fil-kariga Michel Temer | 5–21 ta' Awwissu | 207 | 11303 | 28 | 41 | 306 | Stati Uniti | ||
XXXII | 2020 | Tokjo, Ġappun | Imperatur Naruhito | 23 ta' Lulju – 8 ta' Awwissu 2021 | Avveniment fil-futur | 33 | 50 | 339 | ||||
XXXIII | 2024 | Pariġi, Franza[3] | 2–18 ta' Awwissu | Avveniment fil-futur | ||||||||
XXXIV | 2028 | Los Angeles, Stati Uniti[3] | 21 ta' Lulju – 6 ta' Awwissu | Avveniment fil-futur |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.