Miroslav Klose

From Wikipedia, the free encyclopedia

Miroslav Klose

Miroslav Klose, imwieled bħala Mirosław Marian Klose (Opole, 9 ta' Ġunju 1978) huwa eks-plejer tal-futbol Ġermaniż li kien jilgħab bħala attakkant.

Quick Facts Informazzjoni personali, Isem sħiħ ...
Miroslav Klose
Thumb
Informazzjoni personali
Isem sħiħMirosław Marian Klose
Twelid9 ta' Ġunju 1978 (1978-06-09) (46 sena)
Opole, Polonja
Tul1.82 m
RwolAttakkant
Mixtliet
1987–1998SG Blaubach-Diedelkopf
Karriera professjonali
SninKlabb
1998–1999Homburg
1999–2004Kaiserslautern
2004–2007Werder Bremen
2007–2011Bayern Munich
2011–2016Lazio
Tim nazzjonali
2001–2014Ġermanja
Timijiet ikkowċjati
2016–2018Ġermanja (assistent)
2020–2021Bayern Munich (assistent)
Close

Minkejja li Pollakk minn twelidu, Klose għandu ċ-ċittadinanza Ġermaniża. Matul it-Tazza tad-Dinja 2006 ġewwa l-Ġermanja hu kien l-aqwa skorer tal-kompetizzjoni b'ħames gowls. Fl-edizzjoni preċedenti tal-2002 li saret fil-Korea t'Isfel u l-Ġappun hu skorja wkoll l-istess ammont ta' gowls fl-ewwel dehra tiegħu f'fażi finali ta' dan il-kampjonat dinji. Fit-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2010, l-ewwel gowl tiegħu wasal fl-ewwel rawnd tal-fażi eliminatorja kontra l-Ingilterra u skorja darbtejn kontra l-Arġentina fil-kwarti tal-finali, partita li mmarkat il-100 dehra tiegħu man-nazzjonal Ġermaniż. Permezz ta' dan il-gowls, attwalment jinsab fit-tieni post flimkien ma' Gerd Müller fil-lista tal-aqwa skorers ta' kull żmien fit-Tazza tad-Dinja.

Bijografija

Imwieled f'Opole, belt fil-Polonja b'komunità qawwija Ġermaniża, ta' età żgħira ttrasferixxa lejn il-Ġermanja. Missieru, Józef Kloze, u ommu, Barbara Jeż, it-tnejn kienu nvoluti fl-isport: missieru kien plejer professjonista u lagħab ukoll fl-Ewwel Diviżjoni Franċiża, waqt li ommu kienet għal diversi snin gowlkiper tat-tim nazzjonali Pollakk tal-ħendbol u membru tal-Partit Komunista Pollakk.

Hu hu miżżewweġ lil Sylwia Klose[1] u hu missier tat-twemin Luan u Noah. F'intervista mar-rivista Ġermaniża Der Spiegel hu stqarr kif fid-dar jitkellmu il-Pollakk waqt li t-tfal tiegħu jitgħallmu l-Ġermaniż l-iskola.

Karriera

Kaiserslautern

Wara staġun ma' Homburg, huwa ngħaqad ma' Kaiserslautern. Sena wara li ngħaqad mal-klabb hu rnexxielu jiżblokka ruħu mal-ewwel tim. Fl-ewwel 67 logħba huwa skorja 33 gowl. L-istaġun 2002–03 kien diżappuntanti għal Klose minħabba li sab ix-xibka 7 darbiet biss.

Werder Bremen

Thumb
Miroslav Klose ma' Werder Bremen

Fl-2004 huwa ttrasferixxa għal ma' Werder Bremen għal somma ta' 5 miljun. Wara bidu mhux daqsek mill-aqwa, Klose ifforma koppja offensiva mill-aktar effetiva mal-Franċiż Johan Micoud u l-Kroat Ivan Klasnić u anki mal-Paragwajan Nelson Valdez, biex b'hekk skorja 15-il gowl fil-Bundesliga.

Sal-2005, Klose kien stabbilixxa lilu nnifsu bħala fost l-aqwa attakkanti tal-futbol Ġermaniżi, jekk mhux ukoll l-aqwa. Fl-istaġun 2005–06, hu skorja 25 gowl f'26 logħba tal-kampjonat, l-akbar total f'dak l-istaġun, u barra minn hekk assista sittax-il gowl.

Wara prestazzjoni mill-aqwa li ħalla fit-Tazza tad-Dinja 2006, kien hemm għajdut li Klose kien se jitlaq lit-tim ta' Weserstadion. Timijiet bħal Barcelona u Juventus kienu fost dawk interessati fl-akkwist ta' dan il-plejer. Kien hemm spekulazzjoni li Klose seta' jissieħeb ma' Bayern Munich, bil-president tal-klabb Franz Beckenbauer ammiratur kbir tal-plejer.

Bayern Munich

Fis-26 ta' Ġunju, 2007, ġie kkonfermat il-passaġġ ta' Klose għal Bayern Munich għas-somma ta' 15-il miljun. Klose kompla t-testijiet mediċi fit-28 ta' Ġunju qabel ma ffirma kuntratt ta' erba' snin.

Klose għamel id-debutt uffiċjali fir-rebħa ta' 4–1 kontra l-eks-tim tiegħu, Werder Bremen, fl-ewwel rawnd tad-DFB Liga-Pokal. Wara li naqas milli jipparteċipaw fir-rebħa li Bayern Munich għamlu fis-semifinali kontra Stuttgart minħabba li kien imweġġa', Klose irritorna fil-finali kontra Schalke 04, fejn skorja l-ewwel gowl kompetittiv tiegħu mal-klabb il-ġdid biex huma rebħu l-ewwel titlu staġjonali.

Miroslav Klose beda tajjeb fil-Bundesliga meta skorja doppjetta kontra Hansa Rostock fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat fir-rebħa ta' 3–0, fejn ukoll assista lil Luca Toni. Lejn l-aħħar ta' Settembru, hu skorja l-ewwel tripletta għall-klabb f'rebħa ta' 5–0 kontra Energie Cottbus fil-kampjonat. Lejn l-aħħar nofs tal-istaġun, Klose bata sabiex jirrepeti l-forma tal-ewwel nofs. Madanakollu, l-20 gowl tiegħu (fil-kompetizzjonijiet kollha) – flimkien ma' rekord impressjonanti fit-Tazza DFB – għenu mhux ftit lill-klabb biex jikseb id-doppjetta tal-kampjonat u t-tazza nazzjonali.

It-tieni staġun tiegħu kien wieħed pożittiv hekk kif spiċċa bħala l-aqwa skorer tal-klabb b'20 gowl f'kull kompetizzjoni, figura li setgħet kienet aħjar li ma kienux għall-problemi fiżiċi li tappnulu l-istaġun. L-aħħar sentejn mal-klabb Bavarjan kienu deludenti hekk kif ħafna drabi spiċċa fost is-sostituti.

Fis-6 ta' Ġunju, 2011, Klose u Bayern Munich baqgħu ma laħqux qbil u hekk kif il-kuntratt tiegħu kien skada, iddeċieda li jħalli 'l-klabb fi tmiem l-istaġun 2010–11.[2]

Lazio

Nhar id-9 ta' Ġunju, 2011, Klose iffirma kuntratt ta' sentejn mal-klabb Taljan ta' Lazio. Dan se jkun l-ewwel tim tiegħu barra mill-Ġermanja.[3]

Internazzjonali

Thumb
Miroslav Klose waqt taħriġ mat-tim nazzjonali Ġermaniż

F'Jannar tal-2001, il-kowċ nazzjonali tal-Polonja, Jerzy Engel, mar il-Ġermanja sabiex jipperswadi lil Klose biex jilgħab f'isem il-Polonja. Din ir-rikjesta ġie rrifjutata minn Klose li għażel li jilgħab għall-Ġermanja. Il-konsistenza tiegħu fl-ammont ta' gowls, wassluh biex jiddebutta mat-tim nazzjonali kontra l-Albanija nhar l-24 ta' Marzu, 2001. Klose daħal bħala sostitut u żewġ minuti mill-ħin skorja l-gowl tar-rebħa permezz ta' daqqa ta' ras, għal skor finali ta' 2–1.[4]

F'intervista li ta għal Przegląd Sportowy fid-9 ta' Ġunju, 2008, Klose stqarr li d-deċiżjoni tiegħu li jilgħab għall-Ġermanja u mhux għall-Polonja ma kinitx waħda faċli, u li kieku l-uffiċċjali Pollakki kienu aktar kmieni, seta' għażel li jilgħab mal-Polonja. Fatt kurjuż huwa li meta Klose skorja mal-Ġermanja, it-tim qatt ma tilef. Attwalment jinsab fit-tieni post flimkien ma' Gerd Müller bħala l-aqwa skorer ta' kull żmien fit-Tazza tad-Dinja.

Tazza tad-Dinja 2002

Klose żblokka fix-xena internazzjonali tal-futbol waqt it-Tazza tad-Dinja 2002 li saret fil-Korea u l-Ġappun. Għall-Ġermanja hu skorja ħames gowls, kollha bir-ras, matul il-kompetizzjoni, fejn temm l-ewwel esperjenza f'kampjonat internazzjonali bħala t-tieni l-aqwa skorer flimkien ma' Rivaldo. Fost il-ħames gowls kien hemm tripletta li għamel fir-rebħa kbira tal-Ġermaniżi fuq l-Għarabja Sawdita bl-iskor ta' 8–0.

Tazza tad-Dinja 2006

Klose ġie msejjaħ mal-iskwadra għat-Tazza tad-Dinja 2006, it-tieni Tazza tad-Dinja fuq livell personali. Fil-partita tal-ftuħ kontra l-Kosta Rika, li kienet taħbat ukoll ma' għeluq it-28 sena tiegħu, Klose skorja darbtejn għall-Ġermanja, fis-17 u fil-61 minuta. Il-partita spiċċat 4–2 favur it-tim Ġermaniż. Matul il-kompetizzjoni fforma koppja offensiva formidabbli ma' Lukas Podolski li bejniethom skorjaw tmien gowls.

Hu skorja żewġ gowls oħra kontra l-Ekwador fl-20 ta' Ġunju, fejn b'hekk poġġa ruħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-aqwa skorers. Klose lagħab rwol importanti fir-rebħa tal-Ġermanja kontra l-Iżvezja fejn kien hu li pprovda żewġ assists lil Lukas Podolski li skorja ż-żewġ gowls fir-rebħa ta' 2–0 fir-rawnd tal-aħħar sittax.

Il-forma tajba tiegħu kompliet hekk kif lejn l-aħħar minuti tal-partita mill-kwarti tal-finali kontra l-Arġentina, li ntlagħbet fit-30 ta' Ġunju 2006, hu rnexxielu jikseb il-gowl tal-pari fejn wassal biex il-Ġermanja tirbaħ 4–2 wara l-għoti tal-penalties. Klose huwa l-ewwel Ġermaniż minn żmien Gerd Müller fis-sebgħinijiet li sar l-aqwa skorer tat-Tazza tad-Dinja, u l-ewwel Ġermaniż li skorja l-aktar gowls minn meta l-Ġermanja ngħaqdet f'pajjiż wieħed (Müller irrappreżenta lill-Ġermanja tal-Punent). L-edizzjoni tal-2006 intemmet bi Klose għaxar gowls fiż-żewġ edizzjonijiet li lagħab tat-Tazza tad-Dinja, sitta 'l bogħod mir-rekord tal-Brażiljan Ronaldo.

Kampjonati Ewropej 2008

Fis-6 ta' Settembru, 2006, Klose skorja darbtejn kontra San Marino fir-rebħa ta' 13–0 tal-Ġermanja, biex b'hekk tella' n-numru ta' gowls internazzjonali għal 33, l-istess ammont ta' Fritz Walter u b'hekk wasal sas-seba' post tal-aqwa skorers ta' kull żmien tal-Ġermanja.

Minkejja n-nifxa fil-gowls li kien għaddej minnha li wasslu għal xniegħat li seta' jitneħħa mill-ewwel ħdax, il-kowċ Ġermaniż Joachim Löw ċaħad dan kollu. Nhar it-8 ta' Settembru, 2007, Klose kellu l-faxxa ta' kaptan għall-ewwel darba u ċċelebraa dan l-avveniment biż-żewġ gowls tar-rebħa ta' 2–0 fuq Wales.

Fil-fażi finali, Klose beda l-partita tal-ftuħ mill-ewwel minuta u kien hu li pprovda ż-żewġ gowls tal-Ġermanja skurjati minn Lukas Podolski fir-rebħa ta' 2–0. Fiż-żewġ partiti segwenti kontra l-Kroazja u l-Awstrija ma rnexxielux jiskorja gowl wieħed, però fil-fażi eliminatorja hu fetaħ il-kont tiegħu għal din il-kompetizzjoni permezz ta' żewġ gowls għall-Ġermanja, l-ewwel fil-partita tal-kwarti tal-finali kontra l-Portugall u t-tieni wasal fis-semifinali kontra t-Turkija. Madanakollu ma sabx ix-xibka fil-finali mitlufa mill-Ġermaniżi kontra Spanja.

Tazza tad-Dinja 2010

Klose ġie magħżul fost it-23 plejer tal-Ġermanja għat-Tazza tad-Dinja 2010, it-tielet waħda tiegħu. Fl-ewwel logħba mill-fażi tal-gruppi kontra l-Awstralja, Klose skorja t-tieni gowl fir-rebħa ta' 4–0. Fit-tieni logħba kontra s-Serbja, Klose ingħata karta ħamra fit-36 minuta, partita li l-Ġermaniżi tilfu 1–0. Fir-rawnd ta' L-Aħħar Sittax, hu skorja t-tnax-il gowl tiegħu fit-Tazza tad-Dinja meta sab ix-xibka fil-konfront kontra l-Ingilterra tas-27 ta' Ġunju, 2010. Dan kien il-50 gowl tiegħu fid-99 logħba internazzjonali, hekk kif il-Ġermaniżi ttrijonfaw 4–1. Il-100 logħba tiegħu waslet fil-kwarti tal-finali kontra l-Arġentina hu skorja darbtejn, it-tieni u r-raba' gowls, fir-rebħa ta' 4–0, biex ugwalja r-rekord tal-konnazzjonali Gerd Müller. Minħabba uġigħ f'daru li sofra fis-semifinali kontra Spanja (li l-Ġermanja tilfet 1-0), Klose ma setax jilgħab fil-partita għat-tielet post kontra l-Urugwaj (li l-Ġermanja rebħet 3-2).

Statistika tal-karriera

Korretti sal-14 ta' Mejju 2011
More information Klabb, Staġun ...
Klabb Staġun Kampjonat Tazza Ewropa Total
PreżGowlsPreżGowlsPreżGowlsPreżGowls
Kaiserslautern 1999–00 2020
2000–01 299401224511
2001–02 3116403516
2002–03 32944003613
2003–04 261011212912
Total 1204413514314752
Werder Bremen 2004–05 321550824417
2005–06 262552944031
2006–07 3113301324715
Total 895313230813263
Bayern Munich 2007–08 2710861254721
2008–09 261043873820
2009–10 2535281386
2010–11 2014321265
Total 98242114301414952
Total tal-karriera 30812147217425429167
Close

Unuri

Klabb

Werder Bremen
  • DFB Liga-Pokal: 2006
Bayern Munich
  • Bundesliga: 2007–08, 2009–10
  • DFB-Pokal: 2008, 2010
  • DFB Liga-Pokal: 2007
  • DFL-Supercup: 2010

Individwali

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.