From Wikipedia, the free encyclopedia
Ewro huwa l-isem tal-munita Ewropea.
Dan l-artiklu dwar l-ekonomija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
L-ewro (simbolu: €; kodiċi bankarju: EUR), il-flus ta' għoxrin-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea:
li flimkien jissejħu ż-żona tal-ewro. Pajjiżi oħra li jinsabu barra ż-żona tal-ewro iżda jużaw l-ewro bħala l-munita ta' pajjiżhom huma:
flimkien ma' dawn il-pajjiżi mhux indipendenti li huma: il-Kosovo, l-Gujana Franċiża, Reunion, Saint-Pierre-et-Miquelon, Guadeloupe, Martinique u Mayotte. Fil-qasam tal-flus l-ewro ġab riforma sinifikattiva fl-Ewropa; bidla li kontinent kien ilu ma jara bħalha minn żmien l-Imperu Ruman. L-ewro mhux biss mekkaniżmu li jipperfezzjona s-Suq Uniku Ewropew billi jiffaċilita l-kummerċ ħieles fost il-membri taż-żona tal-ewro, imma hu meqjus, mill-fundaturi tiegħu bħala pass mill-iktar kruċjali fil-proġett tal-integrazzjoni politika Ewropea.
Fl-artiklu Muniti tal-ewro ta' Malta għandek issib iktar dettall dwar il-muniti tal-ewro Maltin
Hemm seba' karti tal-flus tal-ewro: il-5 ewro, l-10 ewro, l-20 ewro, il-50 ewro, il-100 ewro, il-200 ewro, u l-500 ewro. Is-seba' karti tal-flus tal-ewro huma bbażati fuq tema ta' disinn komuni - "Żminijiet u Stili Ewropej".
Fuq in-naħa ta' quddiem tal-flus insibu t-twieqi u l-bibien li jissimbolizzaw l-ispirtu miftuħ u ta' kooperazzjoni fl-Ewropa. it-tnax-il stilla tal-Unjoni Ewropea jirrappreżentaw id-dinamiżmu u l-armonija tal-Ewropa tal-lum.
Fuq in-naħa ta' wara ta' kull karta tal-flus hemm pont wieħed mis-seba' perjodi tal-istorja arkitettonika Ewropea. Dawn jissimbolizzaw il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni mill-qrib li jeżistu bejn il-ġnus tal-Ewropa u bejn l-Ewropa u l-bqija tad-dinja.
Il-karti tal-flus huma l-istess (minn wara u minn quddiem) fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-ewro, u bħall-muniti ewro, huma valuta legali f'kull pajjiż ta' din iż-żona monitarja Ewropea fi ħdan l-Unjoni Ewropea.
L-ewro ġie stabbilit bi prova tal-1992 permezz tat-Trattat ta' Maastricht dwar l-Unjoni Ewropea li sar biex jistabbilixi l-Unjoni Monetarja u Ekonomika. Biex idaħlu din il-munita l-ġdida, l-Istati Membri kellhom jobdu ċerti regoli stretti bħal defiċit tal-baġit ried ikun inqas minn tlieta fil-mija tal-PDG, dejn tinqas minn sitta fil-mija tal-PDG, inflazzjoni baxxa, u rati ta' interess qrib dawk tal-UE. Fit-Trattat ta' Maastricht, ir-Renju Unit u d-Danimarka ngħatalhom il-permess li jistgħu ma jimxux fuq dan il-pass li jwasal għad-dħul tal-ewro.
L-ekonomisti li għenu biex joħolqu jew jikkontribwixxu l-ewro jinkludu lil Robert Mundell, Wim Duisenberg, Robert Tollison, Neil Dowling, Fred Arditti u Tommaso Padoa-Schioppa.
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Ewro |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.