Timijiet parteċipanti fit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006
From Wikipedia, the free encyclopedia
Dan l-artiklu jelenka t-timijiet nazzjonali tal-futbol ikkonfermati għat-Tazza tad-Dinja tal-2006, ospitata fil-Ġermanja bejn id-9 ta' Ġunju u d-9 ta' Lulju. Qabel ma sejjħu l-iskwadra definittiva, kienu diversi t-timijiet li semmew skwadra proviżorja ta' bejn 23 u 33 plejer, imma kull pajjiż parteċipant kellu jibgħat il-lista finali tal-plejers sal-15 ta' Mejju 2006. Sostituti għal plejers li jweġġgħu kien permess sa 24 siegħa qbael l-ewwel partita tat-tim fit-Tazza tad-Dinja. Plejers immarkatati b'(k) ingħataw il-faxxa ta' kaptan għat-tim nazzjonali tagħhom. In-numru ta' preżenzi jgħoddu sa qabel il-bidu tat-Tazza tad-Dinja, inklużi l-partiti ta' ħbiberija li ntlagħbu qabel il-bidu tat-turnew. L-informazzjoni fuq il-klabbs hi dik wżata mill-FIFA.[1] Plejers li din l-informazzjoni tagħhom tbiddlet matul il-kors jew qabel it-turnew huma indikati permezz ta' noti.
Artiklu prinċipali: Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.