From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-UEFA Europa League hi tieni l-ikbar kompetizzjoni Ewropea għall-klabbs tal-futbol wara l-UEFA Champions League. Din hi kompetizzjoni annwali għall-klabbs Ewropej organizzata mill-Unjoni Ewropea tal-Assoċjazzjonijiet tal-Futbol (UEFA). Il-klabbs jikkwalifikaw għal din il-kompetizzjoni bbażat skont il-prestazzjoni tagħhom fil-kampjonat nazzjonali u t-tazzi nazzjonali.
Staġun jew kompetizzjoni attwali: UEFA Europa League 2024–25 | |
Sport | Futbol |
---|---|
Fundazzjoni | 1971 (2009 taħt il-format attwali) |
Nru. ta' timijiet |
32 (fażi tal-gruppi) 58 (total) |
Reġjun | Ewropa (UEFA) |
Ċampjin attwali | Atalanta BC (l-1 titlu) |
L-aktar rebħiet | Sevilla (6 titli) |
Sit elettroniku | Sit uffiċjali |
Preċedentament imsejħa bħala t-Tazza UEFA, il-kompetizzjoni, minn Ġunju tal-2009, għall-istaġun tal-futbol 2009–10 bdiet tissejjaħ Europa League,[1][2] wara li saret bidla fil-format. Għal raġunijiet ta' żammm ta' rekords min-naħa tal-UEFA, l-Europa League u t-Tazza UEFA huma kkunsidrati bħala l-istess kompetizzjoni, bil-bdil fl-isem ikun sempliċement bidla fit-titlu tal-marka.
Il-kompetizzjoni bdiet fl-1971 u postha ħaditu t-Tazza tal-Fieri. Għall-fini ta' rekords, il-UEFA tirrikonoxxi t-Tazza tal-Fieri bħala predeċessur dirett tat-Tazza UEFA. Fl-1999, it-Tazza tat-Tazez Ewropej ġiet abolita u mwaħħda mat-Tazza UEFA. Għall-kompetizzjoni tal-2005–06 ġiet miżjuda l-fażi tal-gruppi għal qabel l-istadju eliminatorju. Il-format il-ġdid tal-2009 se jara t-twaħħid tat-Tazza Intertoto li se jipproduċi format aktar estensiv, b'fażi tal-gruppi ikbar u tibdil fil-kriterji ta' kwalifikazzjoni.
Atlético Madrid ta' Spanja huma attwalment iċ-ċampjins renjanti tal-kompetizzjoni wara li fil-finali tat-12 ta' Mejju 2010 għelbu lill-Ingliżi ta' Fulham, fl-ewwel edizzjoni taħt l-isem il-ġdid tal-UEFA Europa League.
It-Tazza UEFA intlagħbet għall-ewwel darba fl-istaġun 1971–72, bit-tim Ingliż ta' Tottenham Hotspur ikun l-ewwel rebbieħ. Ir-regola ta' 'klabb wieħed għal kull belt', li ntirtet mit-Tazza tal-Fieri, ġiet abolita fl-1975. Il-klabb Ingliż ta' Everton spiċċa r-raba' fil-kampjonat Ingliż u b'hekk seta' jikkwalifika, imma ċċaħdu minn din l-opportunità hekk kif ir-rivali lokali ta' Liverpool kienu wkoll ikkwalifikaw meta spiċċaw it-tieni. Everton appellaw li r-regola kienet inġusta u l-UEFA qablu li jdwaru din id-deċiżjoni.
Il-kompetizzjoni kien tradizzjonalment miftuħa għat-tieni klassifikati fil-kampjonati domestiċi, imma l-kompetizzjoni fl-1999 ġiet magħquda mal-kompetizzjoni preċedenti tal-UEFA, it-Tazza tat-Tazez Ewropej. Minn dakinhar, ir-rebbieħa tat-tazez nazzjonali daħlu wkoll fit-Tazza UEFA. Barra minn hekk, il-klabbs eliminati fit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League u t-timijiet li jispiċċaw fit-tielet post tal-fażi tal-gruppi jkomplu jikkompetu fit-Tazza UEFA. Ammessi f'din il-kompetizzjoni huma wkoll tliet rappreżentanti tal-Fair Play, ħdax-il rebbieħ tat-Tazza Intertoto, u r-rebbieħa ta' xi kompetizzjonijet tal-League Cup.
Ir-rebbieħa jżommu t-trofew għal sena qabel ma jerġgħu jagħtuh lill-UEFA. Wara li jirritornawh lura, il-klabb jirċievi replika tat-trofew oriġinali fi skala ta' erba' kwinti. Ir-regoli jgħidu wkoll li t-trofew oriġinali jingħata lil kwalunkwe klabb li jirbaħ it-Tazza UEFA għal tliet darbiet wara xulxin jew ħames darbiet fl-istorja, minkejja li mill-2008 din għadha ma seħħitx.
Erba' timijiet rebħu t-Tazza UEFA flimkien mal-kampjonat nazzjonali u t-tazza nazzjonali fl-istess sena, b'dawn ikunu IFK Göteborg fl-1982, Galatasaray fl-2000, Porto fl-2003 u CSKA Moscow fl-2005. Din il-kisba hi magħrufa bħala tripletta li Galatasaray biss irnexxielhom ikompluha bis-Supertazza Ewropea. Aktar minn hekk Ajax u Galatasaray huma l-uniċi żewġ timijiet li rebħu t-tazza mingħajr ma tilfu matul il-kompetizzjoni u kif ukoll Espanyol, li minkejja li spiċċaw finalisti telleifa, waslu sal-finali mingħajr ma jsofru telfa.
Mill-istaġun 2009–10 'il quddiem, il-kompetizzjoni ġiet rinominata għal UEFA Europa League.[1][2] Il-kompetizzjoni se titwaħħad mat-Tazza Intertoto, kompetizzjoni tat-tielet livell tal-UEFA.
It-trofew, li jiżen 15-il kg, mingħajr il-mankijiet, huwa poġġut fuq bażi ta' rħama safra. Ġie iddisinjat u maħdum mil-laboratorji Bertoni ta' Milan għall-finali tal-1972 għal spiża ta' 23,000 Ewro. It-trofew juri kif mill-bażi tal-irħama joħorġu grupp ta' plejers li jidhru li qed jisfidaw lil xulxin biex jilħqu l-ballun. Fil-fatt, dawn isostnu t-tazza ottagonali li tirrafigura l-emblema tal-UEFA.
Il-format attwali tal-kompetizzjoni ġie adottat għall-istaġun 2004–05. Il-bidla maġġuri kienet l-introduzzjoni ta' fażi tal-gruppi u żewġ rawnds ta' kwalifika minflok waħda. Aktar tibdiliet saru għall-istaġun 2006–07 minħabba li saru tibdiliet fil-format tat-Tazza Intertoto. Mill-bidu tal-istaġun 2009–10, il-UEFA iddeċidiet li tbiddel għal format ta' tnax-il grupp ta' erba' timijiet fit-tieni rawnd minflok il-format preċedenti ta' tmien gruppi u ħames timijiet.[3]
Il-kompetizzjoni kienet tradizzjonalment turnew ta' eliminazzjoni diretta. Kull konfront kien jintlagħab fuq bażi ta' żewġ partiti, fosthom il-finali wkoll. Mill-1998, il-finali bdiet tintlagħab fuq partita waħda, imma l-konfronti l-oħra baqgħu fuq żewġ partiti.
Qabel l-istaġun 2004–05, it-turnew kien jikkonsisti minn rawnd wieħed ta' kwalifikazzjoni, segwit minn serje ta' rawnds eliminatorji. Is-sittax-il tellief fit-tielet rawnd ta' kwalifika għaċ-Champions League kienu jidħlu fl-ewwel rawnd; aktar tard fil-kors tat-turnew, mat-tim li jkunu salvaw fil-fażijiet suċċessivi jingħaqdu magħhom it-timijiet li jkunu temmew il-fażi tal-gruppi taċ-Champions League fit-tielet post.
Qabel ir-riforma tal-2009, it-Tazza UEFA kienet tibda b'żewġ rawnds ta' kwalifika li jsiru f'Lulju u Awwissu. Parteċipanti li jagħmlu parti mill-assoċjazzjonijiet klassifikati mit-18-il post 'l isfel jidħlu fl-ewel rawnd, waqt li għat-tieni rawnd jipparteċipaw timijiet mill-assoċjazzjonijiet ta' bejn id-9 u t-18-il post. Barra minn hekk, tliet postijiet fl-ewwel rawnd kienu jkunu riservati għar-rebbieħa tal-Fair Play u ħdax-il post fit-tieni rawnd ikunu riservati għar-rebbieħa tat-Tazza Intertoto.
Ir-rebbieħa tar-rawnds ta' kwalifika jissieħbu ma' timijiet mill-assoċjazzjonijiet klassifikati mill-1 sat-13-il post. Barra minn hekk, it-telliefa tat-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League jidħlu wkoll f'din il-fażi, waqt li post ieħor jiġi riservat għaċ-ċampjins attwali tal-kompetizzjoni. F'dan l-istadju jkun hemm 80 tim.
Wara l-ewwel rawnd, l-40 tim li jibqgħu fil-kompetizzjoni jiġu mqassmin fi tmien gruppi ta' ħamsa. B'differenza mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, il-fażi tal-gruppi tat-Tazza UEFA tintlagħab fuq format ta' kollha kontra kulħadd, fejn kull klabb jilgħab żewġ partiti ġewwa daru u tnejn oħra barra minn daru. L-aqwa tliet timijiet ta' kull grupp jipprosegwu għar-rawnd segwenti, fejn magħhom jingħaqdu t-timijiet li jkunu kklassifikaw fit-tielet post fil-gruppi rispettivi tagħhom fil-UEFA Champions League.
Wara l-fażi tal-gruppi jkun hemm il-waqfa tax-xitwa. Minn dan il-punt, il-fażi eliminatorja tkompli b'konfronti abbażi ta' żewġ partiti li jwasslu għall-finali, li tintlagħab fuq grawnd newtrali li jilħaq il-kriterji tal-UEFA għal stadju ta' erba' stilel.
Mill-istaġun 2009–2010, il-kompetizzjoni ħadet isem ġdid u ssemmiet bħala l-UEFA Europa League.[1]
Format ġdid għall-UEFA Europa League se jiġi introdott għal ċiklu ta' tliet snin, li jibda mill-istaġun 2009–2010. L-ikbar bidla se tkun fażi tal-gruppi bi tnax-il grupp ta' erba' timijiet, minflok tmien gruppi ta' ħamsa.
Anke l-kwalifikazzjoni se titbiddel b'mod sinjifikanti. L-assoċjazzjonijiet ikklassifikati bejn is-7 u d-9 post fil-koeffiċjenti tal-UEFA jibgħatu r-rebbieħa tat-tazza nazzjonali u tliet timijiet oħra għall-kwalifika tal-UEFA Europa League, waqt li l-pajjiżi l-oħra jibgħatu r-rebbieħ tat-tazza nazzjonali u żewġ timijiet oħra, minbarra l-Liechtenstein, l-Andorra u San Marino li minflok se jibgħatu biss r-rebbieħ tat-tazza nazzjonali. Ħafna drabi, it-timijiet l-oħra jkunu l-aqwa timijiet f'kull kampjonat domestiku wara dawk li jkunu kkwalifikaw għall-UEFA Champions League; madanakollu, Franza u l-Ingilterra jidhru li se jkomplu jużaw post minnhom għar-rebbieħ tal-League Cup. Aktar minn hekk, tliet postijiet fl-ewwel mill-erba' rawnds ta' kwalifikazzjoni huma xorta riservati għar-rebbieħa tal-Fair Play. Għall-istaġun inwagurali 2009–2010 dawn il-postijiet se jmorru għal Rosenborg tan-Norveġja, Randers tad-Danimarka u Motherwell tal-Iskozja.
Ġeneralment, aktar mal-assoċjazzjoni tkun għolja fil-koeffiċjenti tal-UEFA, il-klabbs mill-istess assoċjazzjoni jidħlu f'fażi aktar tardiva tal-fażi ta' kwalifika, madanakollu kull tim minbarra ċ-ċampjin kurrenti jrid jilgħab mill-inqas f'rawnd wieħed ta' kwalifika. Barra mit-timijiet imsemmija, 15-il tim ieħor tellief fit-tieni rawnd ta' kwalifika għall-UEFA Champions League jidħlu fir-raba' u l-aħħar stadju ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League, preċedentament magħrfuha bħala l-ewwel rawnd, u l-10 telliefa tat-tielet rawnd ta' kwalifika taċ-Champions League jidħlu direttament fil-fażi tal-gruppi tal-Europa League. It-12-il rebbieħ u 12-il tim klassifikat fit-tieni post jipproċedi għar-rawnd eliminatorju, flimkien ma' tmien timijiet oħra li temmew l-impenji tagħhom fil-fażi tal-gruppi taċ-Champions League fit-tielet post. Il-finalista tellief tat-tazza domestika huwa xorta intitolat li jidħol għall-UEFA Europa League jekk ir-rebbieħ tal-istess tazza jkun ikkwalifika għall-UEFA Champions League.[4]
† | Ir-rebbieħ rebaħ wara l-ħin supplementari |
* | Ir-rebbieħ rebaħ wara l-għoti tal-penalties |
# | Ir-rebbieħ rebaħ wara l-gowl tad-deheb |
Tipa ħoxna | Tindika r-rebbieħ f'finali abbażi ta' żewġ legs |
Għall-ewwel 25 sena tal-kompetizzjoni, il-finali kienet kontestata fuq żewġ partiti, li jintlagħbu fil-grawnds rispettivi tat-timijiet. Fl-1998, it-tim Taljan ta' Internazionale għeleb lil Lazio fl-ewwel finali li saret fuq bażi ta' konfront wieħed fuq grawnd newtrali, fil-Parc des Princes ta' Pariġi.[5] Tottenham Hotspur rebħu l-finali inawgurali tal-kompetizzjoni fl-1972 meta rebħu lil Wolverhampton Wanderers bi skor aggregat ta' 3–2.[6]
Staġun | Tim ġewwa daru | Riżultat | Tim barra minn daru | Stadju | Lokalità | |
---|---|---|---|---|---|---|
1971–72 | Wolverhampton Wanderers | 1–2 | Tottenham Hotspur | Molineux | Wolverhampton, Ingilterra | |
Tottenham Hotspur | 1–1 | Wolverhampton Wanderers | White Hart Lane | Londra, Ingilterra | ||
Tottenham Hotspur rebħu bi skor aggregat ta' 3–2 | ||||||
1972–73 | Liverpool | 3–0 | Borussia Mönchengladbach | Anfield | Liverpool, Ingilterra | |
Borussia Mönchengladbach | 2–0 | Liverpool | Bökelbergstadion | Mönchengladbach, Ġermanja tal-Punent | ||
Liverpool rebħu bi skor aggregat ta' 3–2 | ||||||
1973–74 | Tottenham Hotspur | 2–2 | Feyenoord Rotterdam | White Hart Lane | Londra, Ingilterra | |
Feyenoord | 2–0 | Tottenham Hotspur | De Kuip | Rotterdam, Olanda | ||
Feyenoord rebħu bi skor aggregat ta' 4–2 | ||||||
1974–75 | Borussia Mönchengladbach | 0–0 | Twente | Rheinstadion | Düsseldorf, Ġermanja tal-Punent | |
Twente | 1–5 | Borussia Mönchengladbach | Diekman Stadion | Enschede, Olanda | ||
Borussia Mönchengladbach rebħu bi skor aggregat ta' 5–1 | ||||||
1975–76 | Liverpool | 3–2 | Club Brugge | Anfield | Liverpool, Ingilterra | |
Club Brugge | 1–1 | Liverpool | Olympiastadion | Bruges, Belġju | ||
Liverpool rebħu bi skor aggregat ta' 4–3 | ||||||
1976–77 | Juventus | 1–0 | Athletic Bilbao | Stadio Comunale | Turin, Italja | |
Athletic Bilbao | 2–1 | Juventus | San Mamés | Bilbao, Spanja | ||
Skor aggregat ta' 2–2, Juventus rebħu bir-regola tal-gowls barra minn darhom | ||||||
1977–78 | Bastia | 0–0 | PSV | Stade Armand Cesari | Bastia, Franza | |
PSV | 3–0 | Bastia | Philips Stadion | Eindhoven, Olanda | ||
PSV rebħu bi skor aggregat ta' 3–0 | ||||||
1978–79 | Red Star Belgrad | 1–1 | Borussia Mönchengladbach | Stadion Crvena Zvezda | Belgrad, Jugożlavja | |
Borussia Mönchengladbach | 1–0 | Red Star Belgrad | Rheinstadion | Düsseldorf, Ġermanja tal-Punent | ||
Borussia Mönchengladbach rebħu bi skor aggregat ta' 2–1 | ||||||
1979–80 | Borussia Mönchengladbach | 3–2 | Eintracht Frankfurt | Bökelbergstadion | Mönchengladbach, Ġermanja tal-Punent | |
Eintracht Frankfurt | 1–0 | Borussia Mönchengladbach | Waldstadion | Frankfurt, Ġermanja tal-Punent | ||
Skor aggregat ta' 3–3, Eintracht Frankfurt rebħu bir-regola tal-gowls barra minn darhom | ||||||
1980–81 | Ipswich Town | 3–0 | AZ | Portman Road | Ipswich, Ingilterra | |
AZ | 4–2 | Ipswich Town | Olympisch Stadion | Amsterdam, Olanda | ||
Ipswich Town rebħu bi skor aggregat ta' 5–4 | ||||||
1981–82 | IFK Göteborg | 1–0 | Hamburg | Nya Ullevi | Gothenburg, Żvezja | |
Hamburg | 0–3 | IFK Göteborg | Volksparkstadion | Hamburg, Ġermanja tal-Punent | ||
IFK Göteborg rebħu bi skor aggregat ta' 4–0 | ||||||
1982–83 | Anderlecht | 1–0 | Benfica | Heysel Stadium | Brussell, Belġju | |
Benfica | 1–1 | Anderlecht | Estádio da Luz | Liżbona, Portugall | ||
Anderlecht rebħu bi skor aggregat ta' 2–1 | ||||||
1983–84 | Anderlecht | 1–1 | Tottenham Hotspur | Constant Vanden Stock | Brussell, Belġju | |
Tottenham Hotspur | 1–1 | Anderlecht | White Hart Lane | Londra, Ingilterra | ||
Skor aggregat ta' 2–2, Tottenham Hotspur rebħu 4–3 wara l-għoti tal-penalties * | ||||||
1984–85 | Videoton | 0–3 | Real Madrid | Stadion Sóstói | Székesfehérvár, Ungerija | |
Real Madrid | 0–1 | Videoton | Santiago Bernabéu | Madrid, Spanja | ||
Real Madrid rebħu bi skor aggregat ta' 3–1 | ||||||
1985–86 | Real Madrid | 5–1 | Köln | Santiago Bernabéu | Madrid, Spanja | |
Köln | 2–0 | Real Madrid | Olympiastadion | Berlin tal-Lvant, Ġermanja tal-Punent | ||
Real Madrid rebħu bi skor aggregat ta' 5–3 | ||||||
1986–87 | IFK Göteborg | 1–0 | Dundee United | Nya Ullevi | Gothenburg, Żvezja | |
Dundee United | 1–1 | IFK Göteborg | Tannadice Park | Dundee, Skozja | ||
IFK Göteborg rebħu bi skor aggregat ta' 2–1 | ||||||
1987–88 | Espanyol | 3–0 | Bayer Leverkusen | Estadi de Sarrià | Barċellona, Spanja | |
Bayer Leverkusen | 3–0 | Espanyol | Ulrich Haberland Stadion | Leverkusen, Ġermanja tal-Punent | ||
Skor aggregat ta' 3–3, Bayer Leverkusen rebħu 3–2 wara l-għoti tal-penalties * | ||||||
1988–89 | Napoli | 2–1 | VfB Stuttgart | Stadio San Paolo | Napli, Italja | |
VfB Stuttgart | 3–3 | Napoli | Neckarstadion | Stuttgart, Ġermanja tal-Punent | ||
Napoli rebħu bi skor aggregat ta' 5–4 | ||||||
1989–90 | Juventus | 3–1 | Fiorentina | Stadio Comunale | Turin, Italja | |
Fiorentina | 0–0 | Juventus | Stadio Partenio | Avellino, Italja | ||
Juventus rebħu bi skor aggregat ta' 3–1 | ||||||
1990–91 | Internazionale | 2–0 | Roma | San Siro | Milan, Italja | |
Roma | 1–0 | Internazionale | Stadio Olimpico | Ruma, Italja | ||
Internazionale rebħu bi skor aggregat ta' 2–1 | ||||||
1991–92 | Torino | 2–2 | Ajax | Stadio delle Alpi | Turin, Italja | |
Ajax | 0–0 | Torino | Olympisch Stadion | Amsterdam, Olanda | ||
Skor aggregat ta' 2–2, Ajax rebħu bir-regola tal-gowls barra minn darhom | ||||||
1992–93 | Borussia Dortmund | 1–3 | Juventus | Westfalenstadion | Dortmund, Ġermanja | |
Juventus | 3–0 | Borussia Dortmund | Stadio delle Alpi | Turin, Italja | ||
Juventus rebħu bi skor aggregat ta' 6–1 | ||||||
1993–94 | Casino Salzburg | 0–1 | Internazionale | Ernst-Happel-Stadion | Vjenna, Austria | |
Internazionale | 1–0 | Casino Salzburg | San Siro | Milan, Italja | ||
Internazionale rebħu bi skor aggregat ta' 2–0 | ||||||
1994–95 | Parma | 1–0 | Juventus | Stadio Ennio Tardini | Parma, Italja | |
Juventus | 1–1 | Parma | San Siro | Milan, Italja | ||
Parma rebħu bi skor aggregat ta' 2–1 | ||||||
1995–96 | Bayern Munich | 2–0 | Bordeaux | Olympiastadion | Munich, Ġermanja | |
Bordeaux | 1–3 | Bayern Munich | Parc Lescure | Bordeaux, Franza | ||
Bayern Munich rebħu bi skor aggregat ta' 5–1 | ||||||
1996–97 | Schalke 04 | 1–0 | Internazionale | Parkstadion | Gelsenkirchen, Ġermanja | |
Internazionale | 1–0 | Schalke 04 | San Siro | Milan, Italja | ||
Skor aggregat ta' 1–1, Schalke 04 rebħu 4–1 wara l-għoti tal-penalties * |
Staġun | Tim ġewwa daru | Riżultat | Tim barra minn daru | Stadju | Lokalità |
---|---|---|---|---|---|
1997–98 | Internazionale | 3–0 | Lazio | Parc des Princes | Pariġi, Franza |
1998–99 | Parma | 3–0 | Marseille | Stadju Luzhniki | Moska, Russja |
1999–2000 | Galatasaray İstanbul | 0–0 * | Arsenal | Parken Stadium | Kopenħagen, Danimarka |
2000–01 | Liverpool | 5–4 # | Alavés | Westfalenstadion | Dortmund, Ġermanja |
2001–02 | Feyenoord | 3–2 | Borussia Dortmund | De Kuip | Rotterdam, Olanda |
2002–03 | Porto | 3–2 † | Celtic | Estadio Olímpico de Sevilla | Sevilla, Spanja |
2003–04 | Valencia | 2–0 | Marseille | Nya Ullevi | Gothenburg, Żvezja |
2004–05 | CSKA Moscow | 3–1 | Sporting CP | Estádio José Alvalade | Liżbona, Portugall |
2005–06 | Sevilla | 4–0 | Middlesbrough | Philips Stadion | Eindhoven, Olanda |
2006–07 | Sevilla | 2–2 * | Espanyol | Hampden Park | Glasgow, Skozja |
2007–08 | Zenit Saint Petersburg | 2–0 | Rangers | City of Manchester Stadium | Manchester, Ingilterra |
2008–09 | Shakhtar Donetsk | 2–1 † | Werder Bremen | Stadju Şükrü Saracoğlu | Istanbul, Turkija |
Tim | Rebħiet | Finali mitlufa | Snin tar-rebħiet | Snin tat-telfiet |
---|---|---|---|---|
Juventus | 3 | 1 | 1977, 1990, 1993 | 1995 |
Internazionale | 3 | 1 | 1991, 1994, 1998 | 1997 |
Liverpool | 3 | 0 | 1973, 1976, 2001 | - |
Borussia Mönchengladbach | 2 | 2 | 1975, 1979 | 1973, 1980 |
Tottenham Hotspur | 2 | 1 | 1972, 1984 | 1974 |
Real Madrid | 2 | 0 | 1985, 1986 | - |
IFK Göteborg | 2 | 0 | 1982, 1987 | - |
Parma | 2 | 0 | 1995, 1999 | - |
Porto | 1 | 0 | 2003, 2011 | - |
Feyenoord | 2 | 0 | 1974, 2002 | - |
Sevilla | 2 | 0 | 2006, 2007 | - |
Atlético Madrid | 2 | 0 | 2010, 2012 | - |
Anderlecht | 1 | 1 | 1983 | 1984 |
PSV | 1 | 0 | 1978 | - |
Eintracht Frankfurt | 1 | 0 | 1980 | - |
Ipswich Town | 1 | 0 | 1981 | - |
Bayer Leverkusen | 1 | 0 | 1988 | - |
Napoli | 1 | 0 | 1989 | - |
Ajax | 1 | 0 | 1992 | - |
Bayern Munich | 1 | 0 | 1996 | - |
Schalke 04 | 1 | 0 | 1997 | - |
Galatasaray | 1 | 0 | 2000 | - |
Valencia | 1 | 0 | 2004 | - |
CSKA Moscow | 1 | 0 | 2005 | - |
Zenit St. Petersburg | 1 | 0 | 2008 | - |
Shakhtar Donetsk | 1 | 0 | 2009 | - |
Athletic Bilbao | 0 | 2 | - | 1977, 2012 |
Espanyol | 0 | 2 | - | 1988, 2007 |
Borussia Dortmund | 0 | 2 | - | 1993, 2002 |
Marseille | 0 | 2 | - | 1999, 2004 |
Wolverhampton Wanderers | 0 | 1 | - | 1972 |
Twente | 0 | 1 | - | 1975 |
Club Brugge | 0 | 1 | - | 1976 |
Bastia | 0 | 1 | - | 1978 |
Red Star Belgrade | 0 | 1 | - | 1979 |
AZ | 0 | 1 | - | 1981 |
Hamburg | 0 | 1 | - | 1982 |
Benfica | 0 | 1 | - | 1983 |
Videoton | 0 | 1 | - | 1985 |
Köln | 0 | 1 | - | 1986 |
Dundee United | 0 | 1 | - | 1987 |
VfB Stuttgart | 0 | 1 | - | 1989 |
Fiorentina | 0 | 1 | - | 1990 |
Roma | 0 | 1 | - | 1991 |
Torino | 0 | 1 | - | 1992 |
Austria Salzburg | 0 | 1 | - | 1994 |
Bordeaux | 0 | 1 | - | 1996 |
Lazio | 0 | 1 | - | 1998 |
Arsenal | 0 | 1 | - | 2000 |
Alavés | 0 | 1 | - | 2001 |
Celtic | 0 | 1 | - | 2003 |
Sporting CP | 0 | 1 | - | 2005 |
Middlesbrough | 0 | 1 | - | 2006 |
Rangers | 0 | 1 | - | 2008 |
Werder Bremen | 0 | 1 | - | 2009 |
Fulham | 0 | 1 | - | 2010 |
Braga | 0 | 1 | - | 2011 |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.