Ronaldo
From Wikipedia, the free encyclopedia
Ronaldo Luis Nazário de Lima, magħruf aktar bħala Ronaldo[lower-alpha 1] (twieled fit-22 ta' Settembru 1976) huwa eks-plejer tal-futbol Brażiljan li kien jilgħab fl-irwol ta' attakkant.
- Għal nies oħra bl-isem ta' Ronaldo, ara Ronaldo (diżambigwazzjoni).
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Ronaldo Luís Nazário de Lima | ||
Twelid | 22 ta' Settembru 1976 (1976-09-22) (47 sena) Rio de Janeiro, Brażil | ||
Tul | 1.83 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Mixtliet | |||
1986–1989 | Tennis Club Valqueire | ||
1990–1991 | Social Ramos Clube | ||
1991–1993 | São Cristóvão | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1993 | Cruzeiro | ||
1994–1996 | PSV Eindhoven | ||
1996–1997 | Barcelona | ||
1997–2002 | Internazionale | ||
2002–2007 | Real Madrid | ||
2007–2008 | Milan | ||
2009–2011 | Corinthians | ||
Tim nazzjonali | |||
1994–2011 | Brażil |
Wara li beda l-karriera professjonali mat-tim Brażiljan ta' Cruzeiro, Ronaldo intefa jitqahhab fl-Ewropa meta ingħaqad mat-tim ta' PSV Eindhoven fl-1994, u wara sentejn fl-Olanda wera l-potenzjal tiegħu meta ingħaqad ma' klabbs ta' kalibru bħal Barcelona, Inter, u Real Madrid qabel ma ngħaqad ma' Milan.
Ronaldo irnexxielu jagħmel suċċess ukoll fuq livell internazzjonali mat-tim nazzjonali Brażiljan, fejn ħa sehem f'97 partita internazzjonali u kien parti mit-tim Sud-Amerikan rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 1994 u tal-2002. Fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja hu hu l-aqwa skorer bi ħmistax-il gowl fejn fl-edizzjoni tal-2006 irnexxielu jaqbeż ir-rekord preċedenti ta' erbatax-il gowl miżmum minn Gerd Müller.
Ronaldo rebaħ għal tliet darbiet l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-FIFA fl-1996, fl-1997 u fl-2002, u hu biss wieħed minn fost tnejn li rebħu dan l-unur għat-tliet darbiet, bil-plejer l-ieħor ikun il-Franċiż Zinedine Zidane. Hu rebaħ ukoll żewġ unuri tal-Ballun tad-Deheb fl-1997 u fl-2002. Imlaqqam bħala "Il-Fenomenu" (bil-Portugiż: O Fenômeno), il-plejer leġġendarju Pelé semmieh fil-lista tal-aqwa 125 futboler ħaj f'Marzu tal-2004, waqt li r-rivista Franċiża France Football fl-2007 semmietu fl-aqwa formazzjoni (l-aqwa ħdax) ta' kull żmien.