AC Milan
From Wikipedia, the free encyclopedia
Associazione Calcio Milan, komunement imsejħa AC Milan jew Milan, huwa klabb professjonist Taljan ibbażat f'Milan, il-Lombardija, li jilgħab fis-Serie A. Il-klabb twaqqaf fis-sena 1899 minn wieħed Inġliz li kien jaħdem il-bizilla;Herbert Kilpin u n-negozjant Alfred Edwards fost l-oħrajn.[1][2] Il-klabb għamel l-istorja kollha tiegħu, bl-eċċezzjoni fl-istaġuni 1980-81 u 1982-83, fil-quċċata tal-Futbol Taljan, magħruf bħala s-Serie A li bdiet fl-istaġun 1929-30.
Isem sħiħ | Associazione Calcio Milan | ||
---|---|---|---|
Ismijiet oħra |
I Rossoneri Il Diavolo The Devil The Red and Blacks | ||
Fundazzjoni | 31UTCt | ||
Grawnd | San Siro | ||
Proprjetarju | Elliott Management Corporation (en) | ||
President |
Paolo Scaroni (en) Silvio Berlusconi Li Yonghong (en) | ||
Kowċ | Paulo Fonseca (en) | ||
Kampjonat | Serie A | ||
| |||
Sit uffiċjali |
Dan il-klabb huwa t-tielet l-aktar wieħed ta’ suċċess fil-futbol dinji f'termini ta' trofej internazzjonali wara Real Madrid u Al Ahly, flimkien ma' Boca Juniors, bi 18-il titlu uffiċjalment rikonoxxuti mill-UEFA u l-FIFA.[3] Milan rebħu 4 titli dinjija, aktar minn kull klabb ieħor fid-dinja, wara li rebħu t-Tazza Interkontinentali tlett darbiet u l-FIFA Club World Cup għal darba. Il-Milan rebħu wkoll it-Tazza taċ-Ċampjins/Champions League f'seba' okkażjonijiet, wara Real Madrid.[4] Huma wkoll rebħu l-UEFA Super Cup b'rekord ta' ħames darbiet u t-Tazza tat-Tazez Ewropej darbtejn. Milan rebħu kull kompetizzjoni ewlenija li fiha kienu kkompetew, bl-eċċezzjoni tal-Europa League (f'din il-kompetizzjoni huma kienu tilfu żewġ semi-finali fl-1972 u fl-2002). Domestikament, bi 18-il titlu tal-kampjonat il-Milan huwa t-tieni l-aktar l-klabb ta’ suċċess fis-Serie A wara Juventus (36 titlu), flimkien mar-rivali lokali Inter.[5] Huma wkoll rebħu l-Coppa Italia 5 darbiet, kif ukoll rekord ta' 6 titli fis-Supercoppa Italiana.
Milan jilabgħbu l-logħob f'darhom ġewwa San Siro, magħruf ukoll bħala Stadio Giuseppe Meazza. Il-grawnd, li huwa maqsum ma' Inter, huwa l-akbar grawnd tal-futbol fl-Italja, b'kapaċità totali ta' 80,018 spettatur.[6]L-Inter huma kkunsidrati l-akbar rivali tagħhom, u l-logħbiet bejn iż-żewġ timijiet huma msejħa Derby della Madonnina, li hija waħda mill-aktar derbies segwiti fil-futbol.[7] Mill-2010, il-Milan huwa t-tielet l-aktar tim li għandu sapport fl-Italja,[8] u s-seba' l-aktar tim li għandu sapport fl-Ewropa, quddiem kull tim Taljan ieħor. Klassifika tal-partitarji tat-timijiet Ewropej: Barcelona l-ewwel bi 57.8 miljun, segwiti minn Real Madrid (31.3 miljun), Manchester United (30.6 miljun), Chelsea (21.4 miljun), Bayern Munich (20.7 miljun) u Milan (18.4 miljun). [9][10]
Is-sid tal-klabb huwa l-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi, u l-Viċi President Onorarju huwa Franco Baresi. Il-klabb huwa wieħed mill-għonja u l-aktar siewja fil-futbol Taljan u fid-dinja.[11]Huma kienu membri fundaturi tal-grupp G-14, li huwa grupp tal-klabbs tal-futbol tal-Ewropa ewlenin, il-European Club Association.[12]