Real Madrid CF
klabb tal-futbol Spanjol / From Wikipedia, the free encyclopedia
Real Madrid Club de Fútbol (magħruf sempliċement bħala Real Madrid) hu klabb tal-futbol professjonali bbażat f'Madrid, fi Spanja. Fil-futbol Spanjol hu l-iktar tim b'suċċessi u ġie vvutat mill-FIFA bħala l-aqwa klabb tas-seklu 20, wara li rebaħ rekord ta' wieħed u tletin titlu tal-La Liga, sbatax-il Tazza Spanjola, disa' Tazez taċ-Ċampjins u żewġ Tazez UEFA. Real kienu fost il-membri fundatarji tal-grupp G-14, għaqda li kienet tgħaqqad l-aqwa klabbs Ewropej li ġiet sostitwita mill-European Club Association.
Ismijiet oħra | Los Blancos | |||
---|---|---|---|---|
Fundazzjoni | 31UTCt | |||
Grawnd | Santiago Bernabéu Stadium (en) | |||
President | Florentino Pérez | |||
Kowċ | Carlo Ancelotti (en) | |||
Kampjonat | LaLiga | |||
| ||||
Sit uffiċjali |
Fundat fl-1902, Real Madrid qatt l-istorja kollha tiegħu fl-ogħla livell tal-futbol Spanjol. Fis-snin ħamsin, il-klabb stabilixxa lilu nnifsu bħala forza kbira kemm fil-kamp Spanjol u anki f'dak Ewropew. Fis-snin tmenin, il-klabb kellu wieħed mill-aqwa timijiet fi Spanja u l-Ewropa (magħruf bħala La Quinta del Buitre), fejn rebaħ żewġ Tazez UEFA, ħames kampjonati Spanjoli konsekuttivi u tliet Supertazez Spanjoli.
Il-kulur tradizzjonali tal-klabb għal logħob ġewwa darhom huwa kollox abjad. L-emblema ġie mibdula diversi drabi matul is-snin fi sforz biex jimmodernizzawha; l-emblema kurrenti hi verżjoni modifikata tal-ewwel waħda adottata fl-1920. Huma jilgħabu fis-Santiago Bernabéu, li jospita 80,354 ruħ, fejn ilu jilgħab fih mill-1947. B'differenza minn ħafna klabbs tal-futbol Ewropej, il-membri ta' Real Madrid (socios) kienu proprjetarji u operaw lill-klabb mill-fundazzjoni tiegħu. Real hu l-iktar klabb tal-futbol sinjur fid-dinja (€366m) skont l-introjtu li jagħmel.