Spanja
pajjiż fl-Ewropa tal-Lbiċ / From Wikipedia, the free encyclopedia
Spanja (bl-Ispanjol: España), uffiċjalment Renju ta' Spanja (bl-Ispanjol Reino de España), hija stat demokratiku, membru tal-Unjoni Ewropea (mill-1 ta' Jannar 1986) u tan-NATO (mill-30 ta' Mejju 1982). Hi organizzata taħt forma ta' monarkija parlamentari. Qiegħda fl-Ewropa tal-Lbiċ, u flimkien mal-Portugall, ma' Andorra u mal-Ġibiltà, tifforma il-Peniżola Iberika. Fix-Xlokk għandha fruntiera ma' Franza (li hi separata minnha bil-katina tal-Pirenej) u Andorra, u fin-naħa t'isfel għandha l-Baħar Mediterran u Ġibiltà (biċċa art żgħira tar-Renju Unit). Fil-kontinent Afrikan, għandha il-bliet awtonomi Ceuta u Melilla fil-Marokk. Għandha xi nuqqas ta' qbil mal-Portugall fuq il-belt ta' Olivenza u l-Gżejjer Salvaġġi[2], li qegħdin bejn Madeira u l-Gżejjer Kanarji, mar-Renju Unit fuq Ġibiltà, u mal-Marokk fuq Ceuta u Melilla. Spanja, b'kodominju ma' Franza għandha l-belt ta' Llívia, imsejħa l-Gżira tal-Paguni fix-xmara Bidasoa.
Renju ta' Spanja Reino de España |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Mottu: "Plus Ultra" "'Il Bogħod Iżjed" |
||||||
Innu nazzjonali: Marcha Real o Granadera |
||||||
Lokazzjoni ta' Spanja (aħdar skur)
– fi ħdan l-Unjoni Ewropea (aħdar ċar) fil-kontinent Ewropew (griż skur) |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Madrid 40°26′N 3°42′W | |||||
Lingwi uffiċjali | Spanjol | |||||
Gruppi etniċi | ara Demografija | |||||
Gvern | Monarkija kostituzzjonali parlamentari unitarja (reġjonali) | |||||
- | Re | Felipe VI | ||||
- | Prim Ministru | Pedro Sánchez | ||||
Formazzjoni | ||||||
- | Demokrazija | 1978 | ||||
Sħubija fl-UE | 1 ta' Jannar 1986 | |||||
Erja | ||||||
- | Total | 505,992 km2 (52) 195,364 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 1.04 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | ċensiment tal-2016 | 46,468,102 (30) | ||||
- | Densità | 92/km2 (106) 231/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 stima | |||||
- | Total | $1.407 triljun[1] | ||||
- | Per capita | $30,412[1] | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2012 stima | |||||
- | Total | $1.340 triljun[1] | ||||
- | Per capita | $28,976[1] | ||||
Valuta | Ewro (€)1 (EUR ) |
|||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | 34 | |||||
TLD tal-internet | .es2 | |||||
1 Qabel l-1999: Peseta 2 Ukoll .eu, li hi maqsuma flimkien mal-istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea |
Spanja għandha erja ta' 504,645 km²[3], 46,468,102 abitant (informazzzjoni tal-2016) u tokkupa 'l fuq minn 85 % tat-territorju tal-Peniżola Iberika. Mill-1561, barra xi perjodu qasir bejn l-1601 u l-1606, il-belt kapitali hi Madrid, li b'iżjed minn tliet miljun abitant (madwar sitt miljuni fiż-żona metropolitana) hi wkoll il-belt bl-ikbar popolazzjoni. Il-lingwa uffiċjali tal-istat hu l-Kastiljan, is-soltu msejjaħ Spanjol. Jitkellmu wkoll bil-Katalan, bil-Galizjan u bil-Bask li jgawdu status ta' koufficjalità, garantit mill-Kostituzzjoni Spanjola, fit-territorji rispettivi fejn huma mitkellma. Fl-istess ħin il-Leoniż, l-Aragoniż u l-Araniż, djalett tal-Oċċitan f'León, f'Aragona u fil-Katalonja, igawdu kouffiċjalità mal-Kastiljan u, fil-każ tal-Araniż, anki mal-Katalan. Il-lingwi l-oħra li jitkellmu fil-pajjiż mhumiex rikonoxxuti uffiċjalment.
Spanja fruntieri totali: 1,952.7 km, pajjiżi tal-fruntiera (5): Andorra 63 km; Franza 646 km; Ġibiltà 1.2 km; Portugall 1,224 km; Il-Marokk (Ceuta) 8 km u l-Marokk (Melilla) 10.5 km, nota: teżisti segment tal-fruntiera addizzjonali ta' 75 metru bejn il-Marokk u l-exclave Spanjola ta' Penon de Velez de la Gomera.