![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/4/42/Football_in_Bloomington%252C_Indiana%252C_1995.jpg/640px-Football_in_Bloomington%252C_Indiana%252C_1995.jpg&w=640&q=50)
Attakkant
From Wikipedia, the free encyclopedia
Attakkant huwa plejer f'tim tal-futbol li jilgħab l-aktar qrib tal-lasta avversarja, u huwa l-persuna responsabbli li jiġu skurjati l-gowls. Din il-pożizzjoni avvanzata flimkien mar-responsabbilitajiet limitati f'dak li għandu x'jaqsam mad-difiża jfisser li normalment l-attakkanti jiskorjaw aktar gowls mill-plejers l-oħra; ħafna drabi huma jkunu fost l-iktar magħrufa u l-aktar li jiswew fl-iskwadra.
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/4/42/Football_in_Bloomington%2C_Indiana%2C_1995.jpg/640px-Football_in_Bloomington%2C_Indiana%2C_1995.jpg)
Formazzjonijiet moderni, ħafna drabi jinkludu minn attakkant wieħed sa tlieta; tnejn hu l-aktar numru komuni. Il-kowċis tipikament jiskjeraw attakkant wieħed li jilgħab f'pożizzjoni avvanzata, u attakkant ieħor li jilgħab warajh u jassisti fil-ħolqien tal-gowls kif ukoll biex jiskorja.