Praga
belt kapitali taċ-Ċekja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Praga (biċ-Ċek: Praha) hija l-belt kapitali u l-akbar belt tar-Repubblika Ċeka. Hija l-erbatax l-akbar belt fl-Unjoni Ewropea.[1] Hija wkoll il-belt kapitali storika tal-Boemja.[2] Il-belt tinsab fil-Majjistral tal-pajjiż max-xmara Vltava. Fiha jgħixu 1.3 miljun abitant, filwaqt li huwa stmat li fiż-żona urbana tagħha tgħix popolazzjoni ta' kważi żewġ miljun ruħ. Il-belt għandha klima oċeanika miti, bi sjuf sħan u bi xtiewi kesħin.
Praga | |||
---|---|---|---|
Repubblika Ċeka | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Pajjiż | Repubblika Ċeka | ||
Kap tal-Gvern | Bohuslav Svoboda (en) | ||
Isem uffiċjali |
Praha hlavní město Praha | ||
Ismijiet oriġinali | Praha | ||
Kodiċi postali |
100 00–199 00, 252 26u 252 28 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 50.0875°N 14.4214°E / 50.0875; 14.4214 | ||
Superfiċjenti | 496.21 kilometru kwadru | ||
Għoli | 235 m | ||
Fruntieri ma' | Zeleneč (en) , Zdiby (en) , Úvaly (en) , Černošice (en) , Přezletice (en) , Říčany (en) , Květnice (en) , Bořanovice (en) , Jenštejn (en) , Hovorčovice (en) , Radonice (en) , Hostivice (en) , Roztoky (en) , Jíloviště (en) , Sibřina (en) , Podolanka (en) , Jinočany (en) , Chrášťany (en) , Dobrovíz (en) , Vestec (en) , Jesenice (en) , Únětice (en) , Zbuzany (en) , Veleň (en) , Šestajovice (en) , Křenice (en) , Ořech (en) , Kněževes (en) , Průhonice (en) , Zlatníky-Hodkovice (en) , Horoměřice (en) , Kosoř (en) , Čestlice (en) , Tuchoměřice (en) , Nupaky (en) , Jirny (en) , Dolní Břežany (en) , Zvole (en) , Prague-East District (en) , Prague-West District (en) u Central Bohemian Region (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 1,357,326 abitanti (1 Jannar 2023) | ||
Unitajiet domestiċi | 579,509 | ||
Informazzjoni oħra | |||
Fondazzjoni | 8 century | ||
Kodiċi tat-telefon |
2 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | ||
bliet ġemellati | Taipei, Berlin, Copenhagen, Kontea ta' Miami-Dade, Nuremberg, Belt tal-Lussemburgu, Guangzhou, Amburgu, Ħelsinki, Nîmes, Prešov, Rosh HaAyin, Teramo, Bamberg, Brussell, Frankfurt, Ġerusalemm, Moska, San Pietruburgu, Chicago, Terni, Ferrara, Trento, Monza, Lecce, Napli, Vilnius, Istanbul, Sofija, Buenos Aires, Ateni, Bratislava, Madrid, Tuneż, Brussell, Amsterdam, Phoenix, Tirana, Kjoto, Cali, Drancy, Beijing, Shanghaiu Tbilisi | ||
praha.euu praha.eu… |
Praga hija ċentru politiku, kulturali u ekonomiku tal-Ewropa Ċentrali, bi storja rikka u b'arkitettura Rumaneska, Gotika, Rinaxximentali u Barokka. Hija kienet il-belt kapitali tar-Renju tal-Boemja u r-residenza ta' diversi Imperaturi Rumani Sagri, fosthom Karlu IV (li rrenja fl-1346-1378).[3]
Kienet belt importanti għall-monarkija Asburga u għall-Imperu Awstrijaku-Ungeriż. Il-belt qdiet rwoli importanti fir-Riformazzjonijiet tal-Boemja u Protestanti, fil-Gwerra ta' Tletin Sena u fl-istorja tas-seklu 20 bħala l-belt kapitali taċ-Ċekoslovakkja bejn il-Gwerer Dinjin u l-era Komunista ta' wara l-gwerer.[4]
Praga tospita għadd ta' attrazzjonijiet kulturali magħrufa, bosta minnhom li baqgħu jeżistu minkejja l-vjolenza u l-qerda fl-Ewropa tas-seklu 20. Fost l-attrazzjonijiet prinċipali hemm il-Kastell ta' Praga, il-Pont ta' Karlu, il-pjazza ewlenija taċ-ċentru storiku bl-arloġġ astronomiku ta' Praga, il-Kwartier Lhudi, l-għolja ta' Petřín u l-Forti ta' Vyšehrad. Iċ-ċentru storiku ta' Praga tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1992.[5]
Il-belt għandha iktar minn għaxar mużewijiet ewlenin, flimkien ma' bosta teatri, galleriji, ċinema u monumenti storiċi oħra. Il-belt hija kkollegata permezz ta' sistema moderna estensiva tat-trasport pubbliku. Tospita firxa wiesgħa ta' skejjel pubbliċi u privati, inkluż l-Università ta' Karlu fi Praga, l-eqdem università fl-Ewropa Ċentrali.[6]
Praga hija kklassifikata bħala belt globali "Alfa" skont l-istudji tal-GaWC.[7] Fl-2019, il-belt kienet ikklassifikata fid-69 post fost l-iktar bliet li wieħed jgħix tajjeb fihom f'klassifika mfassla minn Mercer.[8] Fl-istess sena, l-Indiċi ta' PICSA kklassifika l-belt fit-13-il post fost l-iktar bliet li wieħed jgħix tajjeb fihom fid-dinja.[9] L-istorja rikka tagħha tagħmilha destinazzjoni turistika popolari u skont stimi tal-2017, il-belt tilqa' iktar minn 8.5 miljun viżitaturi internazzjonali fis-sena. Fl-2017 Praga ġiet ikklassifikata fil-ħames post fost il-bliet Ewropej li jżuruhom l-iktar nies fis-sena, wara Londra, Pariġi, Ruma u Istanbul.[10]