Astronomija
From Wikipedia, the free encyclopedia
Astronomija (Grieg: αστρονομία = άστρον + νόμος, astronomia = astron + nomos, letteralment, ("liġi tal-istilel") hija x-xjenza ta' l-osservazzjoni u l-ispjegazzjoni ta' x'jiġri lil hinn mill-Art (Dinja) u barra l-atmosfera. Din ix-xjenza tistudja l-oriġini, l-evoluzzjoni, fiżika u kimika ta' l-oġġetti li jistgħu jiġu osservati fis-sema (u li huma barra mill-atmosfera). Fi ftit kliem, l-Astronomija hija l-investigazzjoni ta' dak kollu li jiġri 'l barra mid-Dinja. Hija waħda mill-eqdem xjenzi għax nibtet malli n-nies bdew jiktbu dwar dak li jaraw fis-sema u wkoll hija waħda mill-ftit xjenzi fejn id-dilettanti għadhom jistgħu jieħdu sehem, speċjalment fl-iskoperti u l-monitoraġġ ta’ fenomeni transitorji. L-Astronomija m’għandhiex tiġi mħallta ma' l-Astroloġija, li tassumi li d-destin tal-bnedmin huwa marbut mal-pożizzjoni apparenti ta' l-oġġetti fis-sema. Għalkemm iż-żewġ oqsma jgawdu oriġini komuni, huma totalment differenti għax waqt li f'l-astronomija jintuża metodi xjentifiċi, l-astroloġija m'għandhiex bażi xjentifika.