Firenze
il-belt kapitali tar-reġjun tat-Toskana, fl-Italja ċentrali / From Wikipedia, the free encyclopedia
Firenze ([fiˈrɛntse][1]) hija belt fl-Italja Ċentrali u l-belt kapitali tar-reġjun ta' Toskana. Firenze għandha l-ikbar popolazzjoni fit-Toskana, bi 360,930 abitant, u b'iktar minn 1,520,000 abitant fiż-żona metropolitana kollha.[2]
Firenze | |||
---|---|---|---|
Italja | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Italja | ||
Region of Italy | Toskana | ||
Metropolitan city of Italy | Belt Metropolitana ta' Firenze | ||
Kap tal-Gvern | Dario Nardella (en) | ||
Isem uffiċjali | Firenze | ||
Ismijiet oriġinali | Firenze | ||
Kodiċi postali |
50100u 50121–50145 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 43.7714°N 11.2542°E / 43.7714; 11.2542 | ||
Superfiċjenti | 102.32 kilometru kwadru | ||
Għoli | 50 m | ||
Fruntieri ma' | Bagno a Ripoli (en) , Campi Bisenzio (en) , Fiesole (en) , Impruneta (en) , Scandicci (en) u Sesto Fiorentino (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 360,930 abitanti (1 Jannar 2023) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Kodiċi tat-telefon |
055 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1, Ħin tal-Ewropa Ċentraliu UTC+2 | ||
bliet ġemellati | Edinburgu, Kiev, Fes, Reims, Kassel, Dresden, Turku, Riga, Tirana, Ateni, Valladolid, Budapest, Krakovja, Kjoto, Philadelphia, Isfahan, Belt tal-Kuwajt, Nanjing, Salvador da Bahia, Sydney, Asmara, Puebla, Betlem, Gemlik (en) , Samarkanda, Istanbul, Yerevan, Damasku, Pekanbaru (en) , Providence, Cali, Olomouc, Gaziantep, Mostar (en) , Arequipa, Tlemcen, Nablus, Nazaret, Malmö Municipality (en) , New Orleans (en) u Gifu (en) | ||
comune.fi.it, comune.firenze.it, comune.fi.itu en.comune.fi.it |
Firenze kienet ċentru kummerċjali u finanzjarju Medjevali Ewropew u kienet waħda mill-iktar bliet għonja ta' dak iż-żmien.[3] Ħafna akkademiċi jqisuha bħala n-nieqa tar-Rinaxximent, u ġiet imsejħa wkoll "l-Ateni tal-Medjuevu".[4] Matul l-istorja politika turbolenti tagħha, b'diversi rivoluzzjonijiet reliġjużi u repubblikani, tiddomina l-governanza tal-familja potenti Medici.[5] Mill-1865 sal-1871 Firenze kienet il-belt kapitali tar-Renju tal-Italja (stabbilit fl-1861). Id-djalett ta' Firenze pprovda s-sisien tat-Taljan standard u sar il-lingwa tal-kultura fl-Italja kollha minħabba l-kapulavuri prestiġjużi ta' Dante Alighieri, Petrarka, Giovanni Boccaccio, Niccolò Machiavelli u Leonardo da Vinci.[6]
Il-belt tattira miljuni ta' turisti kull sena, u l-UNESCO ddikjarat iċ-Ċentru Storiku ta' Firenze bħala Sit ta' Wirt Dinji fl-1982 għar-rikkezza kulturali u Rinaxximentali tal-arkitettura u tal-monumenti tagħha.[7] Firenze fiha wkoll għadd ta' mużewijiet u galleriji tal-arti, bħall-Uffizi u Palazzo Pitti, u għadha influwenti ħafna fil-oqsma tal-arti, il-kultura u l-politika. Fid-dawl tal-wirt artistiku u arkitettoniku tal-belt, Forbes ikklassifikat lil Firenze bħala waħda mill-isbaħ bliet fid-dinja.[8]
Firenze taqdi rwol importanti fil-moda Taljana u hija kklassifikata bħala waħda mill-iktar 15-il belt tal-moda ewlenin fid-dinja mill-Global Language Monitor.[9][10] Barra minn hekk, il-belt hija ċentru ekonomiku nazzjonali ewlieni, kif ukoll ċentru turistiku u industrijali. Fl-2008, il-belt kellha s-17-il ogħla introjti medji fl-Italja.[11]