Riga
belt kapitali tal-Latvja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Riga (/ˈriːɡə/; bil-Latvjan: Rīga [ˈriːɡa], bil-Livonjan: Rīgõ;) hija l-belt kapitali tal-Latvja u għandha popolazzjoni ta' 614,618 abitant (fl-2021)[1], jiġifieri terz tal-popolazzjoni tal-Latvja. Peress li hija ferm ikbar minn bliet oħra tal-Latvja, Riga hija l-belt ewlenija tal-pajjiż kif ukoll l-ikbar belt fit-tliet Stati Baltiċi, u tilqa' fi ħdanha għaxra fil-mija tal-popolazzjoni kkombinata tat-tliet Stati Baltiċi f'daqqa.[2] Il-belt tinsab mal-Golf ta' Riga fil-bokka tax-xmara Daugava fejn tiltaqa' mal-Baħar Baltiku. It-territorju ta' Riga jkopri erja ta' 307.17 km2 u jinsab bejn metru u għaxar metri 'l fuq mil-livell tal-baħar, fuq pjanura ċatta u ramlija.[3]
Riga | |||
---|---|---|---|
Latvja | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Latvja | ||
Kap tal-Gvern | Vilnis Ķirsis (en) | ||
Isem uffiċjali | Rīga | ||
Ismijiet oriġinali | Rīga | ||
Kodiċi postali |
LV-1000 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 56.9475°N 24.1069°E / 56.9475; 24.1069 | ||
Superfiċjenti | 304 kilometru kwadru, 253.05 kilometru kwadru | ||
Għoli | 6 m | ||
Fruntieri ma' | Jūrmala, Mārupe Municipality (en) , Olaine Municipality (en) , Ķekava Municipality (en) , Salaspils Municipality (en) , Ropaži Municipality (en) , Ādaži Municipality (en) , Garkalne Municipality (en) , Carnikava Municipality (en) , Babīte Municipality (en) , Mārupe Municipality (en) , Ķekava Municipality (en) u Stopiņi Municipality (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 660,187 abitanti (1 Jannar 2023) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Fondazzjoni | 1201 | ||
Kodiċi tat-telefon |
66-67 | ||
Żona tal-Ħin | Eastern European Summer Time (en) u Ħin tal-Lvant tal-Ewropa | ||
bliet ġemellati | Kiev, Vilnius, Taipei, Calais, Aalborg, Almaty, Astana, Bremen, Cairns, Tallinn, Tartu, Firenze, Slough, Alicante, Amsterdam, Dunkirk, Bordeaux, Kōbe, Moska, Dallas, Minsk, Beijing, Rostock, San Pietruburgu, Santiago, Muniċipalità ta' Stokkolma, Suzhou, Varsavja, Guam, Paita, Pori, Norrköping Municipality (en) , Aalborg Municipality (en) , Kaunas, Yerevan, Hagåtña (en) u Tbilisi | ||
riga.lv |
Riga ġiet stabbilita fl-1201 u hija eks membru tal-Lega Anseatika. Iċ-ċentru storiku ta' Riga huwa Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, u huwa magħruf għall-arkitettura tiegħu bi stil tal-Art Nouveau/Jugendstil u għall-arkitettura tal-injam tas-seklu 19.[4] Riga kienet Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2014, flimkien ma' Umeå fl-Iżvezja. Riga ospitat is-Summit tan-NATO fl-2006, il-Festival tal-Eurovision tal-2003, il-Kampjonat tal-Ice Hockey tal-Irġiel tal-IIHF tal-2006, il-Kampjonat Dinji tal-Curling tan-Nisa tal-2013 u l-Kampjonat Dinji tal-Ice Hockey tal-IIHF tal-2021. Tospita wkoll l-uffiċċju tal-Unjoni Ewropea għar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (BEREC). Fl-2017, ġiet imsemmija bħala r-Reġjun Ewropew tal-Gastronomija.
Fl-2016, Riga laqgħet iżjed minn 1.4 miljun viżitatur.[5] Il-belt hija moqdija mill-Ajruport Internazzjonali ta' Riga, l-ikbar ajruport fl-Istati Baltiċi u l-iktar wieħed traffikuż. Riga hija membru tal-Bliet bl-Ewro[6], tal-Unjoni tal-Bliet Baltiċi (UBC)[7] u tal-Unjoni tal-Bliet Kapitali tal-Unjoni Ewropea (UCEU).[8]