From Wikipedia, the free encyclopedia
Fudbalski Klub Sarajevo huwa klabb tal-futbol professjonali bbażat f'Sarajevo, il-belt kapitali tal-Bożnija u huwa wieħed mill-aktar klabbs popolari fil-pajjiż. Stabillit fl-24 ta' Ottubru 1946, il-klabb kien l-aktar klabb suċċessiv mir-RS tal-Bożnija fl-eks Jugożlavja, billi rebħu żewġ titli tal-Ewwel Kampjonat u spiċċaw il-ħames ta' kull żmien fil-kompetizzjoni. Illum, FK Sarajevo huwa wieħed mill-aktar membri prominenti tal-Premijer Liga, fejn s'issa rebħu żewġ titli tal-kampjonat nazzjonali u erba' titli tat-tazza nazzjonali.
Isem sħiħ | Fudbalski klub Sarajevo | ||
---|---|---|---|
Ismijiet oħra | Bordo-bijeli (Maruni-Bojod) | ||
Fundazzjoni | 24 ta' Ottubru 1946 | ||
Grawnd | Stadion Asim Ferhatović Hase | ||
Proprjetarju | Vincent Tan (en) | ||
President | Ismir Mirvić | ||
Kowċ | Simon Rožman | ||
Kampjonat | Premijer Liga | ||
| |||
Sit uffiċjali |
FK Sarajevo kienu stabbiliti fl-24 ta' Ottubru 1946 bħala riżultat ta 'għaqda bejn żewġ timijiet tal-futbol Udarnik u Sloboda (Libertà). Il-klabb deher l-ewwel darba fil-futbol Jugożlav fl-1946 taħt l-isem SD Torpedo. Huma lagħbu l-ewwel logħba tagħhom fit-3 ta' Novembru 1946. Fl-1947, l-isem ġie mibdul għal SDM Sarajevo, qabel ma nbidel għall-isem attwali 1949.
It-tim daħal għall-ewwel darba fl-Ewwel Kampjonat Jugożlav wara li elimina lil klabb ta' Belgrad Sloga. L-ewwel logħba ntemmet fid-dro ta' 3:3 f'Novi Sad, iżda mbagħad rebħu bl-iskor ta' 5:1 ġewwa Sarajevo. It-tim kien relegat wara l-ewwel staġun tiegħu fl-Ewwel Kampjonat, iżda kien promoss lura immedjatament fl-1950. Minn dakinhar, FK Sarajevo lagħbu f'kull staġun tal-Ewwel Kampjonat apparti mill-istaġun 1957-58.
Il-plejer ewlieni ta' Sarajevo fis-snin bikrija kien l-attakkant Asim Ferhatović, imlaqqam Hase, li lagħab mal-klabb mill-1952 sal-1967. Fl-istaġun 1963-64, it-total ta' 19-il gowls tiegħu għamlithu l-aqwa skorer tal-Ewwel Kampjonat,[1] filwaqt li l-klabb spiċċa r-raba post, u fl-istaġun ta' wara spiċċa t-tieni post (taħt Partizan Belgrade)[2] għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu.
Sarajevo rebħu l-ewwel titlu tal-Ewwel Kampjonat Jugożlav fl-istaġun 1966-67, b'hekk saru l-ewwel ċampjins mill-Bożnija.[2] Fl-24. ta' Mejju ta' dak l-istaġun, il-klabb ġie miċħud darbtejn hekk kif tilef mal-klabb Kroat Hajduk Split fil-finali tat-Tazza Jugożlava.[3] It-trijonf tal-kampjonat kwalifika lil Sarajevo għat-Tazza taċ-Ċampjins 1967-68, fejn huma lagħbu maċ-Ċiprijoti Olympiakos Nicosia, u rebħu 5:3 bl-aggregat.[4] Fit-tieni rawnd, Sarajevo ġew eliminati 2:1 bl-aggregat miċ-ċampjins eventwali Manchester United tal-Ingilterra, minkejja d-dro ta' mingħajr gowls ġewwa Sarajevo.[5] Il-plejers ta' Sarajevo matul din l-era jinvolvu lil Boško Antić, Mirsad Fazlagić, Vahidin Musemić u Boško Prodanović.
Sarajevo kellhom it-tieni perjodu ta' suċċess fis-1970ijiet u t-1980ijiet, immexxija mill-midfilder offensiv Safet Sušić li lagħab mill-1973 sal-1982. Fl-istaġun 1978-79, Susic skorja 15-il gowl u kien imsemmi l-Plejer tal-Istaġun ta' Sarajevo fejn spiċċaw ir-raba' post. Fis-sena ta' wara, is-17-il gowl ta' Susic għenuh jikseb lura t-titlu tal-Plejer tas-Sena, iżda kien ukoll l-aqwa skorer konġunt fil-kampjonat.[1] Il-klabb spiċċa t-tieni post f'dak l-istaġun, seba' punti taħt Red Star Belgrade,[6] madankollu huma kwalifikaw għat-Tazza UEFA 1980-81. Sarajevo kienu eliminati fl-ewwel rawnd mill-klabb Ġermaniż Hamburger SV, fejnu tilfu 7:5 bl-aggregat.[7]
Sarajevo rritornaw fit-Tazza UEFA fl-istaġun 1982-83, huma għelbu lil Bulgari Slavia Sofia 6:4 fl-ewwel rawnd [8] u lil klabb Rumen FC Corvinul Hunedoara 8:4 fit-tieni rawnd, grazzi tar-rebħa ta' 4:0 fit-tieni leg.[9] Fit-tielet rawnd (l-aħħar 16), Sarajevo tilfu l-ewwel leg 6:1 mal-klabb Belġjan RSC Anderlecht, minkejja li rebħu 1-0 fit-tieni leg, huma ġew eliminati miċ-ċampjins eventwali.[10] Sarajevo laħqu l-finali tat-Tazza Jugożlava f'dak l-istaġun, iżda tilfu 3:2 kontra Dinamo Zagreb f'Belgrad.[11]
Sarajevo rebħu it-tieni titlu tal-kampjonat tagħhom fl-istaġun 1984-85, fejn spiċċaw erba' punti fuq il-Kroati Hajduk Split.[12] It-trijonf kwalifika lil klabb għall-ewwel rawnd tat-Tazza taċ-Ċampjins 1985-86, huma tilfu ż-żewġ legs kontra l-klabb Finlandiż FC Lahti.[13]
Il-Gwerra Bożnijaka kmieni fid-1990ijiet waqfet il-futbol kompetittiv fit-territorju, u bħala riżultat FK Sarajevo sar klabb turistiku fl-1993, bi plejers bħal Fuad Muzurović, fost l-oħrajn ma Elvir Baljić, Almir Turković u Mirza Varešanović. Ħafna mill-partitarji tal-klabb, inklużi l-infami Horde Zla ssieħbu fl-armata Bożnijaka u ġġieldu fil-gwerra. FK Sarajevo lagħbu logħba ta' ħbiberija kontra ż-żamma tal-paċi lokali fl-1994, u rebħu 4:1.
Fl-istaġun 1994-95, beda l-ewwel kampjonat Bożnijak. Sarajevo ġew l-ewwel fil-kampjonat minn sitt timijiet f'Jablanica, u ġew it-tieni fil-finali tal-kampjonat f'Zenica, wara l-klabb lokali NK Čelik.[14] Għal darb'oħra Sarajevo spiċċaw it-tieni post wara Celik fl-istaġun 1996-97 (b'żewġ punti vantaġġ),[15] iżda għelbu lill-istess klabb fil-finali tat-tazza nazzjonali u tas-Super Cup.[15] It-tazza nżammet is-sena ta' wara, u minkejja li spiċċaw it-tielet fil-kampjonat, Sarajevo kienu runner-up minħabba l-play-offs. Fl-istaġun 1998-99, Sarajevo daħlu l-ewwel fil-kampjonat qabel ma' rebħu l-finali tal-play-off kontra NK Bosna, iżda tilfu 1:0 mal-istess klabb fil-finali tat-Tazza.[16]
Sarajevo spiċċaw it-tieni post fil-Premier League 2006-07, iżda rebħu t-tieni titlu tagħhom fl-istaġun ta' wara, billi għelbu lil Zrinjski Mostar b'vantaġġ ta' tlett punti.[17]
Sarajevo kienu regolari fil-kwalifikazzjoni tal-Europa League fis-seklu 21, iżda għadhom ma waslux għall-fażi tal-gruppi. Barra li rebħu t-titlu fl-istaġun 2006-07, Sarajevo lagħbu fil-UEFA Champions League għall-ewwel darba fil-format attwali tagħha. Huma rebħu liċ-ċampjins Maltin Marsaxlokk 6:0 fl-ewwel leg, eventwalment rebħu 9:1 bl-aggregat.[18] It-tieni rawnd ra lil Sarajevo jegħleb lil Belġjani KRC Genk bil-gowls barra mid-dar, minħabba rebħa ta' 2:1 fl-ewwel leg,[19] għalkemm il-klabb kien eliminat mill-play-off mit-tim Ukrain Dynamo Kiev li magħhom tilfu 4:0 bl-aggregat.[20]
Fl-2004, Safet Sušić, li lagħab għal FK Sarajevo mill-1973 sal-1982, kien ivvutat l-aqwa plejer tal-Bożnija f'dawn l-aħħar ħamsin sena mill-Premji Jubilee tal-UEFA.[21]
FK Sarajevo għandhom rivalità ma klabb mill-istess belt FK Željezničar, għalkemm ir-residenti tas-snin reċenti tal-klassijiet kollha appoġġjaw iż-żewġ timijiet. Wara l-konflitti, FK Sarajevo kellhom rabtiet mill-qrib mal-politika elitista attwali tal-Bożnija u Ħerżegovina kif għamlet mal-mexxejja muniċipali lokali qabel il-gwerra u FK Željezničar kienu meqjusa mal-klassi tal-ħaddiema, dan id-derby inħoloq biex jirrappreżenta l-"forzi ċentripetali konservattivi".
Mill-15 ta' Mejju 2009, 95 Derbies ta' Sarajevo ntlagħbu fil-kompetizzjoni tal-kampjonat, b'29 rebħa minn kwalunkwe klabb u 37 dros. 32 logħbiet intlagħbu fil-Premijer Liga. FK Sarajevo rebħu 10 darbiet, u Željezničar rebħu 8 darbiet.
Isem | Rwol |
---|---|
Kowċ | Aleksandar Vasoski |
Kowċ assistent | Radenko Bojović, Abdulah Oruč |
Kowċ tal-gowlers | Adi Adilović |
Sors: Sit uffiċjali ta' FK Sarajevo
Aġġornata fil-5 ta' Frar 2022.
Kompetizzjoni | L | R | D | T | GF | GK | L-aħħar parteċipazzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|---|
Tazza taċ-Ċampjins / UEFA Champions League | 12 | 4 | 2 | 6 | 19 | 16 | 2007-08 |
Tazza UEFA / UEFA Europa League | 44 | 15 | 11 | 18 | 73 | 86 | 2013-14 |
Total | 56 | 19 | 13 | 24 | 92 | 102 |
Kompetizzjonijiet xolti huma ndikati bil-korsiv.
Staġun | Kompetizzjoni | Rawnd | Pajjiż | Klabb | Skor | |
---|---|---|---|---|---|---|
1967-68 | Tazza taċ-Ċampjins | L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni | Olympiakos Nicosia | 2:2 3:1 | ||
It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni | Manchester United FC | 0:0 1:2 | ||||
1985-86 | Tazza taċ-Ċampjins | L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni | FC Kuusysi | 1:2 1:2 | ||
2007-08 | UEFA Champions League | L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni | Marsaxlokk FC | 3:1 6:0 | ||
It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni | KRC Genk | 0:1 2:1 | ||||
It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni | FC Dynamo Kyiv | 0:1 0:3 | ||||
Staġun | Kompetizzjoni | Rawnd | Pajjiż | Klabb | Skor | |
---|---|---|---|---|---|---|
1980-81 | Tazza UEFA | L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni | Hamburger SV | 2:4 3:3 | ||
1982-83 | Tazza UEFA | L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni | PFC Slavia Sofia | 2:2 4:2 | ||
It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni | FC Corvinul Hunedoara | 4:4 4:0 | ||||
It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni | RSC Anderlecht | 1:6 1:0 | ||||
1998-99 | Tazza UEFA | Rawnd ta' kwalifikazzjoni | KFC Germinal Ekeren | 0:0 1:4 | ||
2001-02 | Tazza UEFA | Rawnd ta' kwalifikazzjoni | CS Marítimo | 0:1 0:1 | ||
2002-03 | Tazza UEFA | Rawnd ta' kwalifikazzjoni | SK Sigma Olomouc | 2:1 (p 5:3), 1:2 | ||
L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni | Beşiktaş JK | 0:5 2:2 | ||||
2003-04 | Tazza UEFA | Rawnd ta' kwalifikazzjoni | FK Sartid | 1:1 0:3 | ||
2006-07 | Tazza UEFA | L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni | FC Rànger's | 3:0 2:0 | ||
It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni | FC Rapid Bucureşti | 1:0 0:2 | ||||
2007-08 | Tazza UEFA | L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni | FC Basel | 1:2 0:6 | ||
Staġun | Kompetizzjoni | Rawnd | Pajjiż | Klabb | Skor | |
---|---|---|---|---|---|---|
2009-10 | UEFA Europa League | It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni | FC Spartak Trnava | 1:0 1:1 | ||
It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni | Helsingborgs IF | 2:1 (p 5:4), 1:2 | ||||
Play-off | CFR Cluj | 1:1 1:2 | ||||
2011-12 | UEFA Europa League | It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni | Örebro SK | 2:0 0:0 | ||
It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni | AC Sparta Prague | 0:5 0:2 | ||||
2012-13 | UEFA Europa League | L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni | Hibernians FC | 5:2 4:4 | ||
It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni | PFC Levski Sofia | 0:1 3:1 | ||||
It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni | FK Zeta | 2:1 0:1 | ||||
2013-14 | UEFA Europa League | L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni | AC Libertas | 1:0 2:1 | ||
It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni | FK Kukësi | 2:3 0:0 | ||||
Aġġornata fil-5 ta' Frar 2022. Sors
L-aktar apparenzi mill-istaġun
|
L-aqwa skorers mill-istaġun |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.