Rumanija
pajjiż fl-Ewropa tax-Xlokk / From Wikipedia, the free encyclopedia
Ir-Rumanija (Rumen:România) hi pajjiż li tinsab fl-intersezzjoni tal-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tax-Xlokk, bi fruntiera mal-Baħar l-Iswed.[5] Ir-Rumanija għandha fruntiera komuni mal-Ungerija u s-Serbja fil-Punent, l-Ukrajna u l-Moldova fil-Grigal u l-Lvant, u l-Bulgarija fin-Nofsinhar. B'238,391 kilometru kwadru (92,043 mi kw), ir-Rumanija hija t-tmien l-akbar pajjiż tal-Unjoni Ewropea mill-erja, u għandha s-seba' l-akbar popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea b'20,121,641 persuna (Ottubru 2011). Il-belt kapitali u l-ikbar belt hija Bukarest, li hija s-sitt l-akbar belt fl-Ewropa.
Rumanija România |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
|
||||||
Innu nazzjonali: "Deșteaptă-te române!" Qum Minn Hemm, Rumen! |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Bukarest 44°25′N 26°06′E | |||||
Lingwi uffiċjali | Rumen[1] | |||||
Gvern | Repubblika semi-presidenzjali unitarja | |||||
- | President | Klaus Iohannis | ||||
- | Prim Ministru | Florin Cîțu | ||||
- | President tas-Senat | Anca Dragu | ||||
- | President tal-Kamra | Ludovic Orban | ||||
Formazzjoni | ||||||
- | Unjoni Żgħira | 24 ta' Jannar 1859 | ||||
- | Indipendenza mill- Imperu Ottoman |
1877 \ 1878 | ||||
- | Unjoni Kbira | 1 ta' Diċembru 1918 | ||||
- | Sbuħija fl-Unjoni Ewropea | 1 ta' Jannar 2007 | ||||
Sħubija fl-UE | 1 ta' Jannar 2007 | |||||
Erja | ||||||
- | Total | 238,391 km2 (83) 92,043 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 3 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | ċensiment tal-2011 | 20,121,641[2] | ||||
- | Densità | 84.4/km2 (118) 218.6/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $273.411 biljun[3] | ||||
- | Per capita | $12,808[3] | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $169.384 biljun[3] | ||||
- | Per capita | $7,934[3] | ||||
IŻU (2013) | 0.786[4] (għoli) (56) | |||||
Valuta | leu Rumen (RON ) |
|||||
Żona tal-ħin | EET (UTC+2) | |||||
Kodiċi telefoniku | +40 | |||||
TLD tal-internet | .ro1 | |||||
1 | Id-dominju .eu hija wkoll użata u maqsuma mal-istati membri oħrajn tal-Unjoni Ewropeja. |
Il-Prinċipalitajiet Uniti ħarġu meta t-territorji tal-Moldavja u Wallachia kienu magħquda taħt il-Prinċep Alexander Ioan Cuza fl-1859. Fl-1866, il-Prinċep Karl tal-Hohenzollern-Sigmaringen kien imsejjaħ għat-tron bħala l-prinċep renjanti tal-Prinċipat Rumen u fl-1881 kien finalment inkurunat bħala Re Carol I l-ewwel monarka tar-Renju tar-Rumanija. L-indipendenza mill-Imperu Ottoman kienet iddikjarata fid-9 ta' Mejju 1877, u kienet internazzjonalment rikonoxxuta fis-sena ta' wara. Fl-aħħar tal-Ewwel Gwerra Dinjija, it-Transilvanja, Bukovina u Bessarabja ngħaqdu mar-Renju tar-Rumanija.
Total tal-fruntieri tar-Rumanija: 2,844 km, pajjiżi tal-fruntiera (5): Bulgarija 605 km; Ungerija 424 km; Moldova 683 km; Serbja 531 km; Ukraina 601 km.