Ramadan
Id-disa’ xahar tal-kalendarju Iżlamiku, ix-xahar ta’ sawm fl-Iżlam / From Wikipedia, the free encyclopedia
Ramadan (bl-Għarbi: رَمَضَان, b'ittri Latini: Ramaḍān [ra.ma'dˤaːn];[lower-alpha 1] spellut ukoll Ramdan, Ramazan, Ramzan, Ramadhan, jew Ramathan) huwa d-disa' xahar tal-kalendarju Iżlamiku, osservat mill-Misilmin madwar id-dinja bħala xahar ta' sawm, qima (sala), riflessjoni, u komunità.[5] Tifkira tal-ewwel rivelazzjoni ta' Muħammed,[6] l-osservanza annwali tar-Ramadan hija meqjusa waħda mill-Ħames Pilastri tal-Islam[7] u ddum minn disgħa u għoxrin sa tletin jum, minn dehra tan-nofs qamar lid-dehra li tmiss.[8][9]
Is-sawm mis-sebħ sa nżul ix-xemx huwa obbligatorju (fard) għall-Misilmin adulti kollha li m'humiex morda b'mod akut jew kroniku, li jivvjaġġaw, anzjani, qed ireddgħu, dijabetiċi, tqal, jew mestrwanti. L-ikla ta' qabel il-bidu tissejjaħ suħur, u l-festa filgħaxija li toftor is-sawm tissejjaħ iftar.[10][11] Għalkemm inħarġu deċiżjonijiet (sg. fatwa, pl. ftiewa) li jiddikjaraw li l-Misilmin li jgħixu f'reġjuni b'xemx ta' nofs il-lejl jew bil-lejl polari għandhom isegwu l-iskeda ta' Mekka,[12] hija prattika komuni li tiġi segwita l-iskeda tal-pajjiż eqreb li fih il-lejl jista' jiġi distint minn in-nhar.[13][14]
Il-premjijiet spiritwali (tawāb) tas-sawm huma maħsuba li jiġu mmultiplikati matul ir-Ramadan.[15] Għaldaqstant, matul is-sigħat tas-sawm, il-Misilmin joqogħdu lura m'hux biss mill-ikel u x-xorb, iżda wkoll mill-prodotti tat-tabakk, ir-relazzjonijiet sesswali, u l-imġieba midinba,[16] [17] jiddedikaw infushom minflok għal-qima u l-istudju tal-Quran.[18][19]