stat sovran fl-Ewropa tax-Xlokk u fl-Asja tal-Punent From Wikipedia, the free encyclopedia
It-Turkija (Tork: Türkiye), uffiċjalment ir-Repubblika tat-Turkija ( Türkiye Cumhuriyeti (għajnuna·info)), hi pajjiż transkontinentali li l-parti l-kbira tiegħu tinsab fl-Anatolja fil-Punent tal-Asja u fil-Lvant ta' Traċja fil-Lbiċ tal-Ewropa. It-Turkija hija mdawra minn tmien pajjiżi: il-Bulgarija lejn il-Majjistral; il-Greċja lejn il-Punent; il-Ġeorġja lejn il-Grigal; l-Armenja, l-Iran u l-Ażerbajġan lejn il-Lvant; u l-Iraq u s-Sirja lejn il-Lbiċ. Il-Baħar Mediterran jinsab fin-Nofsinhar; il-Baħar Eġew lejn il-Punent; u l-Baħar l-Iswed lejn it-Tramuntana. Il-Baħar ta' Marmara, il-Bosforu u d-Dardanelli (li flimkien jiffurmaw l-Istretti Torok) jiddemarkaw il-konfini bejn it-Traċja u l-Anatolja; huma wkoll jisseparaw l-Ewropa u l-Asja.[7] Il-pożizzjoni ġeografika tat-Turkija f'salib it-toroq tal-Ewropa u l-Asja tagħmilha pajjiż ta' importanza ġeostrateġika sinifikanti.[8][9][10]
Repubblika tat-Turkija Türkiye Cumhuriyeti |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Mottu: "Egemenlik, kayıtsız şartsız Milletindir" (Tork)[1] Sovranità mingħajr kondizzjonijiet tappartjeni għan-Nazzjon |
||||||
Innu nazzjonali: "İstiklal Marşı" "Indipendenza ta' Marzu" |
||||||
Belt kapitali | Ankara 39°55′N 32°50′E | |||||
L-ikbar belt | Istanbul | |||||
Lingwi uffiċjali | Tork | |||||
Gvern | Repubblika parlamentari unitarja | |||||
- | President | Abdullah Gül | ||||
- | Prim Ministru | Recep Tayyip Erdoğan | ||||
- | Kelliem tal-Parlament | Cemil Çiçek | ||||
- | President tal-Qorti Kostituzzjonali | Haşim Kılıç | ||||
Suċċessjoni mill-Imperu Ottoman | ||||||
- | Trattat ta' Lausanne | 24 ta' Lulju 1923 | ||||
- | Dikjarazzjoni tar-Repubblika | 29 ta' Ottubru 1923 | ||||
Erja | ||||||
- | Total | 783,562 km2 (37) 302,535 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 1.3 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | ċensiment tal-2017 | 79,814,871 | ||||
- | Densità | 102/km2 (107) 264.2/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2015 | |||||
- | Total | $1.569 triljun[2][3] (17) | ||||
- | Per capita | $20,188[4] (56) | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2015 | |||||
- | Total | $752.510 biljun[5] (18) | ||||
- | Per capita | $9,680 (62) | ||||
IŻU (2013) | 0.806[6] (għolja) (90) | |||||
Valuta | lira Torka ₺ (TRY ) |
|||||
Żona tal-ħin | EET (UTC+2) | |||||
Kodiċi telefoniku | 90 | |||||
TLD tal-internet | .tr |
Total tal-fruntieri tat-Turkija: 2,816 km, pajjiżi tal-fruntiera (8): Armenja 311 km; Ażerbajġan 17 km; Bulgarija 223 km; Ġeorġja 273 km; Greċja 192 km; Iran 534 km; Iraq 367 km; Sirja 899 km.
It-Turkija kisbet l-istatus ta' kandidat tal-Unjoni Ewropea wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li saret f'Ħelsinki f'Diċembru 1999.
Fil-laqgħa tiegħu fis-16 u s-17 ta' Diċembru 2004, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li t-Turkija tissodisfa b'mod suffiċjenti l-kriterji biex jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni.
In-negozjati tal-adeżjoni tnedew f'Konferenza Intergovernattiva (KIG) fit-3 ta' Ottubru 2005. Dakinhar ukoll il-Kunsill qabel dwar qafas għan-negozjati mat-Turkija.
Issa nfetħu 16 minn 35 kapitolu, u wieħed minnhom ingħalaq proviżorjament.
Fit-18 ta' Frar 2008, il-Kunsill adotta s-Sħubija għall-Adeżjoni riveduta mat-Turkija.
L-aħħar laqgħa tal-Konferenza mat-Turkija dwar l-Adeżjoni fil-livell ministerjali saret fit-30 ta' Ġunju 2016. Il-konferenza fetħet negozjati dwar il-Kapitolu 33, dwar dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitarji.
Waqt il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2017, il-mexxejja tal-UE kellhom dibattitu dwar ir-relazzjonijiet mat-Turkija. Waqt li tennew l-impenn sħiħ tagħhom ta' kooperazzjoni mat-Turkija dwar il-migrazzjoni, huma inkarigaw ukoll lill-Kummissjoni biex tirrifletti dwar jekk, fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-pajjiż, għandhomx jitwaqqfu u jerġgħu jiġu orjentati l-fondi ta' qabel l-adeżjoni.
L-54 Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija sar fi Brussell fil-15 ta' Marzu 2019. Huwa eżamina l-istat tar-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u t-Turkija.
Fid-29 ta' Novembru 2015, il-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-UE kellhom laqgħa mat-Turkija. Il-laqgħa kienet pass importanti fl-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija u fil-kontribut għall-ġestjoni tal-kriżi tal-migrazzjoni. L-UE u t-Turkija qablu li jerġgħu jagħtu spinta lill-proċess ta' adeżjoni tat-Turkija mal-Unjoni Ewropea. Issaħħaħ id-djalogu f'livell għoli bejn iż-żewġ partijiet permezz ta' laqgħat aktar frekwenti u aktar strutturati.
Fis-7 ta' Marzu 2016, il-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-UE kellhom laqgħa mat-Turkija biex isaħħu l-kooperazzjoni bejniethom fir-rigward tal-kriżi tal-migrazzjoni u tar-refuġjati.
Matul il-laqgħa ta' wara l-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta' Marzu 2016, il-mexxejja tal-UE u tat-Turkija qablu li jaċċelleraw it-twettiq tal-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viża, bil-ħsieb li jitneħħew ir-rekwiżiti tal-viża għaċ-ċittadini Torok sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' Ġunju 2016, jekk ikunu ġew issodisfati l-punti kollha ta' riferiment. Huma reġgħu kkonfermaw l-impenn tagħhom li jagħtu spinta ġdida lill-proċess tal-adeżjoni kif stipulat fid-dikjarazzjoni konġunta tad-29 ta' Novembru 2015. Qablu, bħala l-pass li jmiss, li jiftħu l-kapitolu 33 matul il-Presidenza Netherlandiża.
Fis-26 ta' Marzu 2018 il-mexxejja tal-UE ospitaw lill-president Tork, Recep Tayyip Erdoğan fir-residenza Evksinograd ġewwa Varna, il-Bulgarija. L-UE kienet irrappreżentata minn Donald Tusk, il-President tal-Kunsill Ewropew, Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea u Boyko Borissov, il-Prim Ministru tal-Bulgarija.
Il-mexxejja kellhom diskussjoni estensiva fuq ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija u t-triq 'il quddiem. Aktar speċifikament, huma ddiskutew:
Fid-9 ta' Marzu 2020, il-Presidenti Charles Michel u Ursula von der Leyen iltaqgħu mal-President Recep Tayyip Erdoğan fi Brussell. Il-mexxejja ddiskutew ir-relazzjonijiet bilaterali, l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni UE-Turkija dwar il-migrazzjoni, is-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjun u l-kriżi fis-Sirja.
Il-laqgħa saret wara ż-żjara tal-President Michel f'Ankara fl-4 ta' Marzu 2020.
Fit-18 ta' Ġunju 2019, il-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali adotta konklużjonijiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni, li jkopru t-Turkija. Fl-20 ta' Ġunju 2019, il-Kunsill Ewropew approva l-konklużjonijiet.
It-Turkija hija stat unitarju li huwa amministrattivament maqsum f'81 provinċja (iller, singular il), li kull waħda minnhom hija mmexxija minn gvernatur (vali) maħtur mill-gvern ċentrali.