Koran
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Koran jew l-Quran, (bl-Għarbi القرآن, al-Qur'ān) huwa l-ktieb l-imqaddes tal-Iżlam. Il-Misilmin iqisu l-Koran bħala "Il-Kelma t'Alla". Dan il-ktieb huwa differenti minn testi reliġjużi oħra fis-sens li l-Misilmin jaħsbu li hu miktub direttament minn Alla, permezz tal-profeta Muħammed. It-tieni sors għall-Misilmin wara l-Koran huwa l-Ħadit, ir-rapporti ddokumentati ta’ kliem mill-Profeta Muħammed. It-tnejn li huma jintużaw bħal sors fil-liġijiet Islamiċi, ix-Xarija.
Inkiteb bl-Għarbi u ilu jinqara b'dan l-isien biss għal aktar minn 1,400 sena. Iżda, minħabba li ħafna Misilmin madwar id-dinja ma jifhmux l-Għarbi, il-Koran hu mfisser ukoll f'ilsna oħra, sabiex il-qarrejja jkunu jistgħu jifhmu aħjar xi jfissru l-kliem bl-Għarbi fil-Koran. Dawn il-kotba huma bħal dizzjunarji tal-Koran - ma jinqrawx bħala parti mill-reliġjon tal-Iżlam, minflok il-Koran Għarbi. Il-Misilmin jemmnu li dawn it-traduzzjonijiet mhumiex il-veru Koran; il-verżjoni Għarbija hi l-veru Koran.[1]