Parmigianino
pittur u litografu Manjerist Taljan (1503-1540) / From Wikipedia, the free encyclopedia
Girolamo Francesco Maria Mazzola (twieled fil-11 ta' Jannar 1503 – miet fl-24 ta' Awwissu 1540), magħruf ukoll bħala Francesco Mazzola jew iktar komunement bħala Parmigianino ([parmidʒaˈniːno]; jiġifieri litteralment "iż-żgħir minn Parma"), kien pittur u litografu Manjerist Taljan li ħadem f'Firenze, f'Ruma, f'Bologna u fil-belt nattiva tiegħu ta' Parma. Ix-xogħol tiegħu huwa kkaratterizzat minn "senswalità raffinata" u spiss mill-elongazzjoni tal-forom, u jinkludi l-Viżjoni ta' San Ġlormu (1527) u l-Madonna b'Għonqha Twil (1534) li hija ikonika u kemxejn anomala. Huwa baqa' l-iżjed artist magħruf tal-ewwel ġenerazzjoni li l-karriera kollha tiegħu inzertat fil-perjodu tal-Manjeriżmu.[1]
Parmigianino | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Parma, 11 Jannar 1503 |
Nazzjonalità | Italja |
Grupp etniku | Taljani |
Mewt | Casalmaggiore, 24 Awwissu 1540 |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Taljan |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
pittur artist grafiku inċiżur disinjatur tipografu disinjatur tal-bini artist viżiv |
Post tax-xogħol |
Bolonja Mantova Parma Ruma |
Xogħlijiet importanti |
Iċ-Ċirkonċiżjoni ta' Ġesù Awtoritratt f'Mera Konvessa Portrait of a Man in a Red Beret (en) Madonna b'Għonqha Twil |
Moviment |
Rinaxximent Għoli Manjeriżmu |
Moviment artistiku |
pittura storika ritratt |
It-talent prodiġjuż u individwali tiegħu dejjem ġie rikonoxxut, iżda l-karriera tiegħu ġiet imfixkla mill-gwerra, speċjalment is-Serqa ta' Ruma fl-1527, tliet snin wara li mar jgħix u jaħdem hemmhekk, u mbagħad intemmet b'mewtu meta kellu 37 sena biss. Huwa pproduċa tpinġijiet straordinarji, u kien wieħed mill-ewwel pitturi Taljani li sperimenta bil-litografija. Filwaqt li x-xogħlijiet portabbli tiegħu dejjem ġew kollezzjonati u issa jinsabu fil-mużewijiet ewlenin fl-Italja u madwar id-dinja, iż-żewġ proġetti kbar tiegħu ta' affreski jinsabu fi knisja f'Parma u f'palazz f'raħal żgħir fil-qrib. Dan flimkien man-nuqqas ta' soġġetti ewlenin kbar wasslu biex ikunu inqas magħrufa minn xogħlijiet oħra minn artisti simili. Huwa pitter għadd ta' ritratti importanti, u witta t-triq fl-Italja għar-ritratti ta' tliet kwarti tas-soġġett jew tat-tul kollu tiegħu, li preċedentement kienu rriżervati l-iktar għan-nies irjali.