Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Istati Għarab
lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Istati Għarab / From Wikipedia, the free encyclopedia
Din hija Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Istati Għarab,[1] fil-Punent tal-Asja u fit-Tramuntana tal-Afrika, li jokkupaw medda estiża mill-Oċean Atlantiku fil-Punent sal-Baħar tal-Arabja fil-Lvant, u mill-Baħar tal-Mediterran. Fost l-Istati Għarab insibu l-Alġerija, il-Bahrain, l-Eġittu, l-Iraq, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Mauritania, il-Marokk, l-Oman, il-Palestina, Ġerusalemm (il-Palestina/Iżrael), il-Qatar, l-Arabja Sawdija, is-Sudan, is-Sirja, it-Tuneżija, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Jemen.
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[2] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[3]