![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/0/00/Flag_of_Palestine.svg/langmt-640px-Flag_of_Palestine.svg.png&w=640&q=50)
Palestina
stat sovran de jure fil-Lvant Nofsani / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Palestina (bl-Għarbi: فلسطين, b’ittri Rumani: Filasṭīn), uffiċjalment rikonoxxuta bħala l-Istat tal-Palestina (bl-Għarbi: دولة فلسطين, b’ittri Rumani: Dawlat Filasṭīn) min-Nazzjonijiet Uniti (NU) u minn entitajiet oħra, hija stat sovran de jure[1][2] fil-Punent tal-Asja mmexxi uffiċjalment mill-Organizzazzjoni tal-Liberazzjoni tal-Palestina (OLP) u jisħqu s-sjieda tagħhom fix-Xatt tal-Punent u fl-Istrixxa ta' Gaża[3], b’Ġerusalemm bħala l-belt kapitali ddeżinjata[4][5]; fil-prattika, madankollu, kontroll amministrattiv parzjali biss huwa miżmum fuq il-167 "gżira" fix-Xatt tal-Punent, u Gaża hija mmexxija minn gvern rivali (Ħamas). It-territorju kollu li jisħqu s-sjieda tiegħu fl-Istat tal-Palestina ilu okkupat mill-1948, l-ewwel mill-Eġittu (l-Istrixxa ta’ Gaża) u l-Ġordan (ix-Xatt tal-Punent) u mbagħad minn Iżrael wara l-Gwerra tas-Sitt Ijiem fl-1967.[6] Il-Palestina għandha popolazzjoni ta' 5,159,076 ruħ[7] (Diċembru 2020), u hija kklassifikata fil-121 post bħala kobor tal-popolazzjoni.[8][9]
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/d/de/Zones_A_and_B_in_the_occupied_palestinian_territories.svg/320px-Zones_A_and_B_in_the_occupied_palestinian_territories.svg.png)
Istat tal-Palestina دولة فلسطين |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
|
||||||
Innu nazzjonali: Fida'i Gwerriera fedayeen |
||||||
![]() |
||||||
Ċentru amministrattiv | Ġerusalemm (rikonoxximent limitat) Ramallah | |||||
[[{{{ħolqa_demografija}}}|L-ikbar belt]] | Gaża | |||||
Lingwi uffiċjali | Għarbi | |||||
Gvern | Repubblika Unitarja semi-presidenzjali | |||||
- | President | Mahmoud Abbas | ||||
- | Prim Ministru | Mohammad Mustafa | ||||
Leġislatura | Kunsill Nazzjonali | |||||
Formazzjoni | ||||||
- | Dikjarazzjoni ta' Indipendenza | 15 ta’ Novembru 1988 | ||||
- | Riżoluzzjoni tal-istat tal-osservatur tal-UNGA | 29 ta’ Novembru 2012 | ||||
- | Sovereignty dispute with Israel | Għaddejja | ||||
Erja | ||||||
- | Total | 6,020 km2 6,020 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 3.5 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | ċensiment tal-2023 | 5 483 450 | ||||
- | Densità | 731/km2 1,893.3/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2023 | |||||
- | Total | $ 36.391 biljun (138) | ||||
- | Per capita | $ 6,642 (140) | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2021 | |||||
- | Total | $ 18.109 biljun (121) | ||||
- | Per capita | $ 3,464 (131) | ||||
Gini (2016) | 33.7 | |||||
IŻU (2021) | ▲ 0.715 (għoli) (106) | |||||
Valuta | Lira Eġizzjana (EGP) (EGP ) |
|||||
Żona tal-ħin | Palestine Standard Time (UTC+2) | |||||
Kodiċi telefoniku | +970 | |||||
TLD tal-internet | .ps |
Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, fl-1947, in-Nazzjonijiet Uniti adottaw Pjan ta’ Diviżjoni għal Palestina Mandatorja li rrakkomanda l-ħolqien ta’ stat Għarbi u stat Lhudi indipendenti u Ġerusalemm internazzjonalizzata.[10] Dan il-pjan tad-diviżjoni ġie aċċettat mil-Lhud iżda ġie rrifjutat mill-Għarab. L-għada tal-istabbiliment ta’ stat Lhudi f’Eretz Iżrael, li mbagħad sar magħruf bħala l-Istat ta’ Iżrael fl-14 ta’ Mejju 1948[11][12][13], armati Għarab ġirien invadew it-territorju li qabel kien immexxi mill-Brittaniċi u ġġieldu kontra l-forzi ta’ Iżrael.[14][15] Iktar ’il quddiem, il-Gvern tal-Palestina kolluġie stabbilit mil-Lega Għarbija fit-22 ta’ Settembru 1948 sabiex imexxi l-enklav ikkontrollat mill-Eġizzjani f’Gaża. F’qasir żmien ġie rrikonoxxut mill-membri kollha tal-Lega Għarbija għajr it-Transġordan. Minkejja li l-ġurisdizzjoni tal-Gvern ġiet iddikjarata li tkopri t-territorju kollu tal-eks Palestina Mandatorja, il-ġurisdizzjoni effettiva kienet limitata għall-Istrixxa ta' Gaża.[16] Iktar ’il quddiem, Iżrael ħataf l-Istrixxa ta’ Gaża u l-Peniżola tas-Sinaj mill-Eġittu, ix-Xatt tal-Punent (inkluż il-Lvant ta’ Ġerusalemm) mill-Ġordan, u l-Għoljiet ta' Golan mis-Sirja f’Ġunju 1967 matul il-Gwerra tas-Sitt Ijiem.
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/8/89/Al-Khader.jpg/320px-Al-Khader.jpg)
Fil-15 ta’ Novembru 1988 f’Alġier, l-Alġerija, Yasser Arafat, il-President tal-OLP, ipproklama l-istabbiliment tal-Istat tal-Palestina. Sena wara l-iffirmar tal-Ftehimiet ta' Oslo fl-1993, l-Awtorità Nazzjonali Palestinjanaġiet iffurmata biex tmexxi ż-żoni A u B fix-Xatt tal-Punent, inkluż 165 "gżira", u l-Istrixxa ta’ Gaża. Wara li Ħamas sar il-partit ewlieni fil-Parlament tal-Awtorità Nazzjonali Palestinjana fl-elezzjonijiet tal-2006, faqqa' kunflitt bejnu u l-partit ta' Fataħ, li wassal biex Gaża tittieħed minn Ħamas fl-2007 (sentejn wara li Iżrael reħa l-kontroll hemmhekk).
L-Istat tal-Palestina ġie rrikonoxxut minn 138 membru tan-NU minn 193 membru u mill-2012 kellu status ta’ stat osservatur mhux membru fin-Nazzjonijiet Uniti.[17][18][19] Il-Palestina hija membru tal-Lega Għarbija, tal-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika, tal-G77, tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, u ta’ korpi internazzjonali oħra.