Alġerija
stat sovran fit-Tramuntana tal-Afrika / From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Alġerija, uffiċjalment ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija, hija pajjiż fit-Tramuntana tal-Afrika li tmiss mal-Marokk u mas-Saħara tal-Punent fil-Punent, mal-Mauritania u mal-Mali fil-Lbiċ, man-Niġer fix-Xlokk, u mal-Libja u mat-Tuneżija fil-Lvant, bil-baħar Mediterran fit-Tramuntana. L-Alġerija tagħmel parti mir-reġjun tal-Magreb. Minħabba d-deżert tas-Saħara, li jokkupa kważi l-pajjiż kollu, il-maġġoranza tal-popolazzjoni tgħix fit-Tramuntana, fejn għalkemm huwa ddominat mill-muntanji tal-Atlas, hemm art fertili kif ukoll aċċess għall-baħar. B'erja ta' 2,381,741 kilometru kwadru, l-Alġerija hija l-ikbar pajjiż fl-Afrika, u l-għaxar l-ikbar pajjiż fid-dinja.[1] Il-pajjiż għandu popolazzjoni ta' 44 miljun ruħ, li jagħmlu it-32 l-aktar pajjiż popolat fid-dinja. L-Alġier hija l-belt kapitali kif ukoll l-ikbar belt fil-pajjiż.
Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Mottu: بالشعب وللشعب "Mill-poplu, għall-poplu" |
||||||
Innu nazzjonali: Kassaman "Naħilfu" |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Alger | |||||
Lingwi uffiċjali | Għarbi, Berberu | |||||
Gruppi etniċi | 75%–85% Għarab 15%–25% Berberi | |||||
Gvern | Repubblika Unitarja Semi-presidenzjali | |||||
- | President | Abdelmadjid Tebboune | ||||
- | Prim Ministru | Aymen Benabderrahmane | ||||
Indipendenza (minn Franza) | ||||||
- | Rikonoxxuta | 3 ta' Lulju, 1962 | ||||
- | Iddikjarata | 5 ta' Lulju, 1962 | ||||
Erja | ||||||
- | Total | 2,381,741 km2 (10) 919,595 km2 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 1.1 | ||||
- | Densità | 17.7/km2 (168) 45.8/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2022 | |||||
- | Total | $708.568 biljun (43) | ||||
- | Per capita | $13,321 (111) | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2022 | |||||
- | Total | $190.155 biljun (58) | ||||
- | Per capita | $4,151 (130) | ||||
Gini (2011) | 27.6 (baxx) | |||||
IŻU (2021) | ▲ 0.745 (għoli) (91) | |||||
Valuta | Dinar (DZD ) |
|||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | 213 | |||||
TLD tal-internet | .dz, الجزائر. |
Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Inizjalment, fl-Alġerija kien hemm ir-renjijiet tan-Numidjani u l-Mauretani, qabel ma saret kolonizzazzjoni mill-Feniċi u mill-Kartaġiniżi, li wara ġew maħkuma mir-Rumani. Wara li waqgħet Ruma ġie mwaqqaf ir-renju tal-Vandali, u iktar tard, wara perjodu qasir taħt il-Biżantini, l-Alġerija rat diversi renji u dinastiji Għarab. Fl-1516 l-Alġerija ġiet taħt l-Ottomani, fejn waqt dan il-perjodu il-belt tal-Alġier saret waħda mill-ikbar u l-iktar bliet sinjuri fid-dinja, sakemm fl-1830 invadiet Franza. Taħt il-Franċiżi, l-Alġerija rat seklu diffiċli, tant illi wara massakri f' Sétif u Guelma fl-1945, faqqgħet il-Gwerra Alġerina fl-1954, li spiċċat fil-5 ta Lulju 1962 bl-Alġerija ħielsa bħala pajjiż independenti.
Il-lingwi uffiċjali tal-Alġerija huma l-Għarbi u l-Berberu, iżda il-lingwa primarja li tintuża hija l-Għarbi Alġerin. Il-Franċiz jintuża wkoll f'ċerti kuntesti governattivi u edukattivi, imma l-lingwa m'għandha l-ebda status uffiċjali. Il-maġġoranza tal-popolazzjoni hija Għarbija u l-ikbar reliġjon huwa l-Iżlam.[2]
L-Alġier (bl-Għarbi: الجزائر, romanizzat: al-Jazāʾir; bil-Franċiż: Alġer) huwa l-kapitali u l-akbar belt tal-Alġerija. Il-popolazzjoni tal-belt fiċ-ċensiment tal-2008 kienet 2,988,145 ruħ u fl-2020 kienet stmata li kienet madwar 4,500,000 ruħ. L-Alġier jinsab fil-parti taċ-ċentru tat-Tramuntana tal-Alġerija.
L-Alġier jinsab fuq in-naħa tal-Punent tal-Bajja ta' Alġier, fil-Baħar Mediterran. Il-parti moderna tal-belt hija mibnija fuq l-art invelli ma' xatt il-baħar; il-parti l-qadima, il-belt antika tad-deys, titla' l-għoljiet wieqfa wara l-belt moderna u fil-quċċata hemm il-kasbah jew iċ-ċittadella (Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO), 122 metru (400 pied) 'il fuq mill-baħar. Il-kasbah u ż-żewġ mollijiet jiffurmaw triangolu (laqmijiet: l-Alġier l-Abjad; l-Alġier li Jsaħħrek).