Qatar
stat sovran fl-Asja tal-Punent / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Qatar (bl-Għarbi: قطر, b'ittri Rumani: Qaṭar; IPA: [ˈqɑtˁɑr]; bl-Għarbi tal-Golf: [ɡɪtˤɑr]), li l-isem uffiċjali tiegħu huwa l-Istat tal-Qatar (bl-Għarbi: دولة قطر, b'ittri Rumani: Stat Sovran ta' Dawar) hu nazzjon fl-Asja. Dan il-pajjiz jinsab fil-Lvant Nofsani u l-belt kapitali hi Doha. Jinsab fil-Punent tal-Asja u jokkupa l-peniżola żgħira tal-istess isem fil-Peniżola Għarbija tal-Lvant. Għandu fruntiera waħda fuq l-art, fin-Nofsinhar mal-Arabja Sawdija, filwaqt li l-kumplament tat-territorju huwa magħmul mill-ilmijiet tal-Golf Persjan. Strett tal-ilma jifred din il-peniżola mill-istat gżira tal-Bahrain.
Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-Qatar huwa monarkija assoluta li ilha mmexxija mill-familja Al Thani minn nofs is-seklu 19. Qabel is-sejba taż-żejt fit-territorju tiegħu, kien famuż għall-ħsad tal-perli u għall-kummerċ marittimu tiegħu. Kien protettorat Brittaniku sakemm kiseb l-indipendenza fl-1971. Fl-1995 ix-Xejikk Hamad al Thani sar emir wara li ħa post missieru, Khalifa bin Hamad al Thani, f'kolp ta' stat paċifiku. Mill-2013, l-emir tal-Qatar huwa ibnu Tamim bin Hamad Al Thani, li ħa l-kariga wara l-abdikazzjoni ta' missieru.
Il-Qatar jaqsam 87 km ta' fruntiera mal-Arabja Sawdija.