Giorgio Vasari
pittur, arkitett, kittieb u storiku Taljan (1511-1574) / From Wikipedia, the free encyclopedia
Giorgio Vasari ([ˈdʒordʒo vaˈzaːri]; twieled fit-30 ta’ Lulju 1511 – miet fis-27 ta’ Ġunju 1574) kien pittur, arkitett, inġinier, kittieb u storiku Taljan magħruf l-iktar għall-kitba tiegħu Le Vite de' più eccellenti pittori, scultori, ed architettori (Il-Ħajjiet tal-Iktar Pitturi, Skulturi u Arkitetti Eċċellenti), li huwa meqjus bħala t-twaqqif ideoloġiku tal-kitbiet artistiċi storiċi, u bażi għall-bijografiji ta’ diversi artisti tar-Rinaxximent fosthom Leonardo da Vinci. Vasari ddisinja l-Qabar ta’ Mikelanġlu fil-Bażilika ta’ Santa Croce, f’Firenze, li tlesta fl-1578. Abbażi tat-test ta’ Vasari dwar il-mod ġdid kif kien ipitter Giotto, Jules Michelet issuġġerixxa għall-ewwel darba t-terminu Renaissance (Rinaxximent) fl-Histoire de France (1835) tiegħu, terminu li ġie adottat mill-istorjografija u li għadu jintuża sa llum.[1]
Giorgio Vasari | |||
---|---|---|---|
| |||
Ħajja | |||
Isem propju | Giorgio II Vasari | ||
Twelid | Arezzo, 30 Lulju 1511 | ||
Nazzjonalità |
Repubblika ta' Firenze Gran Dukat tat-Toskana | ||
Mewt | Firenze, 27 Ġunju 1574 | ||
Familja | |||
Missier | Antonio Vasari | ||
Omm | Maddalena Tacci | ||
Konjuga/i | Niccolosa Bacci (en) | ||
Familja |
uri
| ||
Edukazzjoni | |||
Lingwi | Taljan | ||
Għalliema | Guillaume de Marcillat | ||
Studenti | |||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni |
pittur arkitett storiku tal-arti kittieb bijografu teoriku tal-arti estetista disinjatur tal-bini | ||
Post tax-xogħol |
Arezzo Bolonja Firenze Napli Pisa Pistoia Rimini Ruma Venezja | ||
Xogħlijiet importanti |
Uffizi Ħajjiet tal-Iktar Pitturi, Skulturi u Arkitetti Eċċellenti | ||
Premjijiet | |||
Sħubija | Accademia delle Arti del Disegno (en) | ||
Moviment | Rinaxximent | ||
Moviment artistiku |
pittura storika pittura reliġjuża ritratt |