Canaletto
pittur Taljan tal-pajsaġġi (1697-1768) / From Wikipedia, the free encyclopedia
Giovanni Antonio Canal (twieled fit-18 ta' Ottubru 1697 – miet fid-19 ta' April 1768)[1], magħruf l-iktar bħala Canaletto ([kanaˈletto])[2], kien pittur Taljan mir-Repubblika ta' Venezja, u huwa meqjus bħala membru importanti tal-iskola Venezjana tas-seklu 18.
Canaletto | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Giovanni Antonio Canal |
Twelid | Venezja, 7 Ottubru 1697, 17 Ottubru 1697, 18 Ottubru 1697, 1697 |
Nazzjonalità | Repubblika ta' Venezja |
Mewt | Venezja, 19 April 1758 |
Familja | |
Missier | Bernardo Canal |
Familja |
uri
|
Edukazzjoni | |
Lingwi | Taljan |
Għalliema | Bernardo Canal (en) |
Studenti | |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
pittur inċiżur artist grafiku disinjatur tal-bini |
Post tax-xogħol |
Venezja Ruma Venezja Gran Brittanja Venezja Londra |
Xogħlijiet importanti | View of the Grand Canal (en) |
Influwenzat minn | Giovanni Paolo Panini (en) |
Moviment | Rococò |
Moviment artistiku |
veduti arti pajsaġġistika |
Huwa kien pittur tal-veduti fil-bliet, fosthom Venezja, Ruma u Londra, u kien ipitter ukoll veduti immaġinarji (imsejħa kapriċċi), għalkemm id-demarkazzjoni fix-xogħlijiet tiegħu bejn ir-realtà u l-immaġinarju qatt mhu ċar għalkollox. Huwa kien ukoll litografu importanti u kien juża t-teknika tal-inċiżjoni. Mill-1746 sal-1756 huwa ħadem fl-Ingilterra fejn pitter bosta veduti ta' Londra u ta' siti oħra inkluż il-Kastell ta' Warwick u l-Kastell ta' Alnwick. Huwa kellu suċċess kbir fl-Ingilterra, bis-saħħa tal-merkant u l-midħla tal-qasam Brittaniku Joseph Smith "il-Konslu", li kellu kollezzjoni kbira ta' xogħlijiet ta' Canaletto li nbigħu lir-Re Ġorġ III fl-1762.[3]