kittieba Ġermaniża From Wikipedia, the free encyclopedia
Anna Seghers ([ˈana ˈzeːɡɛʁs]; imwielda Anna Reiling, twieldet fid-19 ta' Novembru 1900 – mietet fl-1 ta' Ġunju 1983), huwa l-psewdonimu ta' kittieba Ġermaniża magħrufa għall-esplorazzjoni u għar-rakkonti tal-esperjenza morali tat-Tieni Gwerra Dinjija. Anna Seghers twieldet f'familja Lhudija u żżewġet lil Komunista Ungeriż, u ħarbet mit-territorju kkontrollat min-Nażisti fi Franza fi żmien il-gwerra. Hija ngħatat viża u kisbet il-permess li tirkeb fuq vapur sal-Messiku, fejn għexet fil-Belt tal-Messiku mill-1941 sal-1947.
Anna Seghers | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Netty Reiling |
Twelid | Mainz, 19 Novembru 1900 |
Nazzjonalità |
Ġermanja Ġermanja tal-Lvant Ungerija |
Residenza |
Berlin Pariġi Messiku |
L-ewwel lingwa | Ġermaniż |
Mewt | East Berlin (en) u Berlin, 1 Ġunju 1983 |
Post tad-dfin | Dorotheenstadt cemetery (en) |
Familja | |
Konjuga/i | Johann Lorenz Schmidt (1925 - |
Ulied | |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Università ta' Heidelberg 1922) University of Cologne (en) 1920s) |
Lingwi | Ġermaniż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
rumanzier ġellied tar-reżistenza |
Xogħlijiet importanti | The Seventh Cross (en) |
Premjijiet |
List
|
Nominat għal |
uri
|
Sħubija | Academy of Arts of the GDR (en) |
Psewdonomu | Anna Seghers |
Moviment artistiku |
rumanz science fiction (en) |
Seghers reġgħet lura fl-Ewropa wara l-gwerra, u għexet fil-Punent ta' Berlin mill-1947 sal-1950, li dak iż-żmien kienet okkupat mill-Forzi Alleati. Eventwalment baqgħet tgħix fir-Repubblika Demokratika Ġermaniża, fejn ħadmet fl-oqsma kulturali u tal-paċi. Hija rċeviet bosta premjijiet u fl-1967 ġiet innominata għall-Premju Nobel mir-Repubblika Demokratika Ġermaniża. Hija mietet u ndifnet fl-1983 f'Berlin.
Jingħad li bbażat il-psewdonimu tagħha, Anna Seghers, fuq il-kunjom tal-pittur u l-litografu Olandiż Hercules Pieterszoon Seghers jew Segers (1589–1638).
Seghers ġiet imwielda bħala Anna Reiling f'Mainz fl-1900 f'familja Lhudija. Hija kienet tissejjaħ "Netty". Missierha, Isidor Reiling, kien negozjant tal-antikitajiet u tal-artefatti kulturali. F'Köln u f'Heidelberg studjat l-istorja, l-istorja tal-arti, u ċ-Ċiniż.[1]
Fl-1925 iżżewġet lil László Radványi, magħruf ukoll bħala Johann Lorenz Schmidt, Komunista Ungeriż, u b'hekk kisbet iċ-ċittadinanza Ungeriża.
Hija ssieħbet fil-Partit Komunista tal-Ġermanja fl-1928, fi żmien meta r-Repubblika ta' Weimar kienet waslet fl-aħħar u kienet waslet biex tiġi ssostitwita. Ir-rumanz tagħha tal-1932, Die Gefährten, kien twissija profetika tal-perikli tan-Nażiżmu, u minħabba fih ġiet arrestata mill-Gestapo. Fl-1932, hija telqet formalment mill-komunità Lhudija.[1] Sal-1934 kienet emigrat, minn Zurich, sa Pariġi. Wara li t-truppi Ġermaniżi invadew it-Tielet Repubblika Franċiża fl-1940, ħarbet lejn Marsilja, biex tipprova taħrab mill-Ewropa.
Sena wara, hija ngħatat viża biex tidħol fil-Messiku bil-baħar. Hija marret tgħix fil-Belt tal-Messiku, u stabbiliet il-Klabb ta' Heinrich Heine li kien kontra l-Faxxiżmu, u li ssemma għall-poeta Lhudi Ġermaniż Heinrich Heine. Hija waqqfet ukoll il-Freies Deutschland (Ġermanja Ħielsa), li kien ġurnal akkademiku.
Meta kienet għadha f'Pariġi, fl-1939, hija kienet kitbet The Seventh Cross. Ir-rumanz huwa stabbilit fl-1936 u jiddeskrievi l-ħarba ta' seba' priġunieri minn kamp ta' konċentrament. Ġie ppubblikat bl-Ingliż fl-Istati Uniti fl-1942 u malajr ġie adattat għal film Amerikan bl-istess isem. Dan ġie maħruġ fl-1944 minn MGM u fih ħadem Spencer Tracy. The Seventh Cross kien wieħed mill-ftit rumanzi dwar kampijiet ta' konċentrament Nażisti, kemm fil-letteratura kif ukoll fiċ-ċinema, matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Fl-1947 Seghers ingħatat il-Premju Georg Büchner għal dan ir-rumanz.
L-iktar novella magħrufa ta' Seghers, The Outing of the Dead Girls (1946), inkitbet fil-Messiku. Kienet parzjalment awtobijografika, u ġiet imsawra mill-esperjenza u mill-immaġinazzjoni tagħha ta' ġita tal-klassi fuq ix-xmara Renu qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija. Fiha tesplora l-azzjonijiet tal-membri tal-klassi tal-protagonista fid-dawl tad-deċiżjonijiet tagħhom u d-destin aħħari tagħhom matul iż-żewġ gwerer dinjin. Fid-deskrizzjoni tal-kampanja Ġermaniża u ta' raħal twelida Mainz, li ħesrem ġew meqruda fit-Tieni Gwerra Dinjija, Seghers tesprimi l-innoċenza mitlufa u tixtarr kemm huma bla sens l-inġustizzji tal-gwerra. Hija turi li ma hemmx mod kif wieħed jaħrab minn tali telf, kemm jekk ikun issimpatizza mal-NSDAP u kif ukoll jekk le. Rumanzi notevoli oħra ta' Seghers jinkludu Sagen von Artemis (1938) u The Ship of the Argonauts (1953), it-tnejn li huma bbażati fuq ħrejjef.
Fl-1947, Seghers reġgħet lura l-Ġermanja, u marret tgħix fil-Punent ta' Berlin, ġo insedjament interkjuż fi ħdan il-Lvant tal-Ġermanja kkontrollat mis-Sovjetiċi (ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża). Hija ssieħbet mal-Partit tal-Unità Soċjalista tal-Ġermanja (SED) fiż-żona okkupata mis-Sovjetiċi. Dik is-sena ngħatat ukoll il-Premju Georg Büchner għar-rumanz tagħha Transit, miktub bil-Ġermaniż, u li ġie ppubblikat bl-Ingliż fl-1944.
Fl-1950, Seghers marret tgħix fil-Lvant ta' Berlin, fejn waqqfet b'mod konġunt l-Akkademja tal-Arti tar-Repubblika Demokratika Ġermaniża, u saret membru tal-Kunsill Dinji għall-Paċi.
Fl-1951, Seghers irċeviet l-ewwel Nationalpreis der DDR u l-Premju Stalin għall-Paċi. Hija ngħatat dottorat onorarju mill-Università ta' Jena fl-1959. Seghers ġiet innominata għall-Premju Nobel għal-Letteratura tal-1967 mill-Akkademja Ġermaniża tal-Arti.[2] Fl-1981, saret ċittadina onorarja ta' raħal twelida Mainz. Hija mietet u ndifnet f'Berlin fl-1 ta' Ġunju 1983.[3][4]
Ix-xogħlijiet bikrin ta' Anna Seghers tipikament jiġu attribwiti lill-moviment tal-Oġġettività l-Ġdida. Hija għamlet ukoll għadd ta' kontributi importanti għall-Exilliteratur, inkluż ir-rumanzi tagħha Transit u The Seventh Cross. Ir-rumanzi tagħha li kitbet iktar 'il quddiem, li ġew ippubblikati fir-Repubblika Demokratika Ġermaniża, spiss jiġu assoċjati mar-Realiżmu Soċjali. Għadd ta' rumanzi tagħha ġew adattati f'films fil-Ġermanja.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.