From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-kittieb huwa persuna li tuża l-kelma miktuba fi stili u tekniki varji sabiex tikkomunika l-ideat. Il-kittieba jipproduċu diversi forom ta' arti letterarja u ta' kitba kreattiva, bħalma huma r-rumanzi, in-novelli, il-poeżija, il-kitba għall-palk jew għall-iskrijn, kif ukoll saġġi. Jipproduċu wkoll forom iktar utilitarji ta' kitba, bħalma huma rapporti u artikli tal-aħbarijiet. Testi li jipproduċu l-kittieba jiġu ppublikati fuq firxa wiesgħa ta' medja. Kittieba mħarrġa tajjeb u li jafu jħaddmu l-lingwa biex jesprimu ideat ċari ħafna drabi jikkontribwixxu b'mod sinifikattiv u sustanzjali lejn il-kontenut kulturali ta' soċjeta'. Dil-kelma tintuża jew hija implikata f'oqsma oħra tal-arti - bħal f'kantawtur - imma bħala kelma li toqgħod weħedha, "kittieb" normalment tirreferi għall-ħolqien ta' lingwa miktuba. Xi kittieba jibbażaw il-ħidma tagħhom fuq tradizzjoni orali.
Dan l-artiklu dwar il-kultura huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.