Mikelanġlu
From Wikipedia, the free encyclopedia
Michelangelo di Lodovico Buonarroti Simoni[1] (Caprese, 6 ta' Marzu 1475 – Ruma, 18 ta' Frar 1564), magħruf bil-Malti bħala Mikelanġlu, kien skultur, arkitett u pittur Taljan tar-Rinaxximent, meqjus bħala wieħed mill-aqwa artisti fl-istorja kemm fl-iskultura u l-pittura kif ukoll fl-arkitettura. Il-versatilità li wera f'dawn id-dixxiplini tant kienet ta' livell għoli li ħafna nies iqisuh bħala l-bniedem arketipiku Rinaxximentali, flimkien mal-kompatrijott tiegħu Leonardo da Vinci.
Mikelanġlu | |
---|---|
Pittura ta' Daniele da Volterra (detall) | |
Ħajja | |
Isem propju | Michelangelo di Lodovico Buonarroti Simoni |
Twelid | Caprese Michelangelo, 6 Marzu 1475 |
Nazzjonalità | Repubblika ta' Firenze |
Grupp etniku | Taljani |
Mewt | Ruma, 18 Frar 1564 |
Post tad-dfin | bażilika ta' Santa Croce |
Familja | |
Missier | Lodovico di Leonardo Buonarroti Simoni |
Omm | Francesca di Neri del Miniato Siena |
Konjuga/i | Not married |
Koppja/i | Tommaso dei Cavalieri (en) |
Familja |
uri
|
Tribù | Familja Buonaaroti |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Università ta' Firenze |
Lingwi | Taljan |
Għalliema |
Domenico Ghirlandaio Bertoldo di Giovanni Poliziano (en) |
Studenti | |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
skultur disinjatur tal-bini pittur arkitett poeta inġinier kuntrattur kittieb artist viżiv |
Post tax-xogħol |
Firenze Bolonja Ruma Firenze Ruma Firenze Ruma Firenze Venezja Firenze Ruma Firenze Ruma Firenze Ruma |
Xogħlijiet importanti |
David Pietà Ilsier qiegħed imut Il-Ġudizzju Universali It-Tondo ta' Doni Madonna tat-Taraġ Il-Battalja taċ-Ċentawri Il-Ġenju tar-Rebħa Il-Pietà ta' Bandini Rondanini Pietà (en) saqaf tal-Kappella Sistina Ilsier ribell San Mattew kappelli tal-familja Medici Bakku Brutu Bażilka ta' San Pietru Ilsiera Biblioteca Medicea Laurenziana (en) |
Moviment |
Rinaxximent Għoli pittura Rinaxximentali |
Moviment artistiku |
arti Kristjana omoerotiċiżmu |
Xi wħud mix-xogħlijiet tiegħu fil-pittura, l-iskultura u l-arkitettura huma fost l-aktar famużi fid-dinja. Il-kontribut tiegħu f'kull qasam li ħadem fih matul ħajtu kien tassew tal-għaġeb waqt li l-ammont kbir ta' korrispondenza, abbozzi u memorji li baqgħu jeżistu, jagħmluh l-artista l-aktar dokumentat tas-seklu 16.
Tnejn mill-aktar xogħlijiet magħrufa tiegħu, il-Pietà u David, skolpihom qabel għalaq it-tletin sena. Minkejja li kien iqis il-pittura inferjuri għall-iskultura, Mikelanġlu ħoloq tnejn mix-xogħlijiet fl-affresk l-iżjed influwenti fl-istorja tal-arti tal-Punent: ix-xeni mill-Ġenesi fis-saqaf u L-Aħħar Ġudizzju fuq il-ħajt tal-altar tal-Kappella Sistina f'Ruma. Bħala arkitett, Mikelanġlu kien pijunier fl-istil Manjerista bid-disinn li fassal għall-Bibljoteka Lawrenzjana. Fl-età 72 sena ħa post Antonio da Sangallo ż-Żgħir bħala l-arkitett tal-Bażilika ta' San Pietru. Mikelanġlu ttrasforma l-pjan u n-naħa tal-Punent tlestiet skont id-disinji tiegħu waqt li l-koppla tkompliet wara mewtu bi ftit modifiki.
Kemm kienet kbira tal-pożizzjoni ta' Mikelanġlu narawh mill-fatt li kien l-ewwel artista tal-Punent li l-bijografija ġiet pubblikata matul ħajtu.[2] Żewġ bijografiji ġew pubblikati matul ħajtu; f'waħda minnhom, l-awtur Giorgio Vasari, kien tal-fehma li Mikelanġlu kien il-quċċata ta' dak kollu li kien inkiseb fl-arti mill-bidu tar-Rinaxximent, opinjoni li baqgħet valida fl-istorja tal-arti għal sekli sħaħ.
Kien ammirat ħafna mill-kontemporanji tiegħu li laqqmuh id-Divin.[3] Kien perfezzjonista mill-ikbar u ttrijonfa fl-arti kollha li ħadem fihom; jekk kien isib l-inqas difett f'waħda mix-xogħlijiet tiegħu, kien iqisu bħala diżastru.[4]