Leonardo da Vinci
From Wikipedia, the free encyclopedia
Leonardo da Vinci (Leonardo di ser Piero da Vinci), (15 ta' April, 1452, Vinci, l-Italja, – 2 ta' Mejju, 1519, Amboise, Franza)[1], kien pittur Fjorentin u bniedem ta' ġenju universali li kien fl-istess ħin, xjenzjat, inġinier, inventur, anatomista, pittur, skultur, arkitett, urbanista, botanista, mużiċista, filosfu u kittieb.
Leonardo da Vinci | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Leonardo di ser Piero da Vinci |
Twelid | Anchiano, 15 April 1452, 1452 |
Nazzjonalità | Repubblika ta' Firenze |
Residenza |
Venezja Firenze Ruma Firenze Milan |
L-ewwel lingwa | Taljan |
Mewt | Amboise, 2 Mejju 1519 |
Post tad-dfin | Château d'Amboise (en) |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (emorraġija ċerebrali) |
Familja | |
Missier | Ser Piero da Vinci |
Omm | Caterina di Meo Lippi |
Konjuga/i | Not married |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Taljan |
Għalliema |
Andrea del Verrocchio John Argyropoulos (en) Paolo dal Pozzo Toscanelli (en) |
Studenti |
uri
|
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
pittur inġinier astronomu filosofu anatomista matematiku skultur bniedem universali arkitett inġinier ċivili diplomatiku inventur kompożitur fiżiku fiżjologu botaniku kimiku żoologu karikaturist xjenzat disinjatur tal-bini disinjatur kittieb artist viżiv |
Post tax-xogħol |
Amboise Firenze Mantova Milan Ruma Venezja |
Impjegaturi |
Cesare Borgia (en) Ludovico Sforza (en) (1482 - 1500) |
Xogħlijiet importanti |
Adoration of the Magi (en) Virgin of the Rocks (en) Mona Lisa L-Aħħar Ċena Lady with an Ermine (en) Vitruvian Man (en) Annunciation (en) Saint Jerome in the Wilderness (en) The Virgin and Child with Saint Anne (en) Saint John the Baptist (en) Leonardo's aerial screw (en) Portrait of Isabella d'Este (en) Head of a Woman (en) Salvator Mundi (en) Annunciation (en) |
Moviment |
Rinaxximent Għoli Rinaxximent |
Moviment artistiku |
ritratt pittura reliġjuża arti reliġjuża |
Minn wara tfulitu Vinci, Leonardo studja mal-pittur u skultur famuż Fjorentin Andrea del Verrocchio. L-ewwel xogħlijiet importanti tiegħu saru fis-servizz tad-Duka Ludoviku Sforza, Milan. Wara mar jaħdem Ruma, Bolonja u Venezja u qatta' l-aħħar snin ta' ħajtu Franza, mistieden mir-Re Franġisku I ta' Franza.
Leonardo da Vinci sikwit jiddeskrivuh bħala l-arketip u s-simbolu tal-bniedem tar-Rinaxximent, ġenju universali, filosfu umanista, osservatur u sperimentatur, mogħni b' "don rari tal-intwizzjoni tal-ispazju" [2], li l-kurżita tiegħu kienet tikkompara magħa biss il-ħila fl-invenzjoni[3]. Ħafna awturi u storiċi iqisuh bħala wieħed mill-aqwa pitturi li qatt kien hemm u ċerti nies jikkonsidrawh bħala l-bniedem bl-aqwa talent fl-ikbar numru ta' oqsma differenti li qatt għex.[4][5].
L-ewwelnett, Leonardo da Vinci hu magħruf bħala pittor. Tnejn mill-pitturi tiegħu, La Gioconda u L-Aħħar Ċena, huma pitturi famużi immens li sikwit isiru koji u parodiji tagħhom[3], u d-disinn tiegħu ir-Raġel Vitruvjan hu wkoll użat f'għadd kbir ta' xogħlijiet derivati. Xi ħmistax il-xogħol biss għadhom jeżistu[6]; dan in-numru żgħir hu mħabba l-isperimentazzjoni konstanti u kultant diżastruża b'tekniki ġodda u l-prokrastinazzjoni kronika tiegħu[7]. Però, dawn il-ftit opri, flimkien mal-pitazzi tiegħu li fihom disinji, dijagrammi xjentifiċi u riflessjonijiet dwar in-natura tal-pittura, jifformaw wirt prezzjuż immens għall-artisti ta' warajh.
Bħala inġinier u inventur, Leonardo żviluppa ideat avvanzati ħafna għal żmienu, bħall-ajruplan, l-elikotteru, is-sottomarin u anke l-karrozza. Ftit ħafna mill-proġetti tiegħu seħħu jew setgħu iseħħu f'ħajtu[8], però xi ftit mill-invenzjonijiet żgħar tiegħu bħall-magna biex tkejjel il-limitu elastiku ta' kabil daħlet fil-proċess tal-manifattura[9]. Bħala bniedem xjentifiku, Leonard da Vinci għamel progress kbir fl-għarfien tal-oqsma tal-anatomija, tal-inġinerija ċivili, tal-ottika u tal-idrodinamika.