Lingwa Taljana
lingwa Rumanza / From Wikipedia, the free encyclopedia
It-Taljan ( italiano (għajnuna·info), jew lingua italiana) hi lingwa Rumanza mitkellma minn madwar 60 miljun ruħ fl-Italja, u minn total ta' 120 miljun madwar id-dinja. Fl-Iżvizzera, it-Taljan huwa wieħed mill-erba' lingwi uffiċjali tal-pajjiż. Huwa hu wkoll il-lingwa uffiċjali ta' San Marino, kif ukoll il-lingwa primarja tal-Belt tal-Vatikan. Sal-1934 kien ukoll il-lingwa uffiċjali ta' Malta. It-Taljan standard, adottat mill-istat wara l-unifikazzjoni tal-Taljan, huwa bbażat fuq it-Toskan (partikularment fuq id-djaletti tal-belt ta' Firenze) u hu intermedjarju bejn il-lingwi Italo-Oċċidentali tan-Nofsinhar u l-lingwi Gallo-Romanzi tat-Tramuntana tal-Italja. L-iżvilupp tiegħu kien ukoll influwenzat minn djaletti oħra Taljani u mil-lingwa Ġermaniża tal-invażuri post-Rumani.
Lingwa Taljana (lingua italiana) | |||
---|---|---|---|
Mitkellma: | Italja, Żvizzera, San Marino, Belt tal-Vatikan | ||
Reġjuni: | Ewropa | ||
Kelliema: | 64 miljun | ||
Familja: | Lingwi Rumanzi | ||
Uffiċjali | |||
Lingwa uffiċjali ta': | Italja, Żvizzera, San Marino, Belt tal-Vatikan | ||
Regolati: | |||
Kodiċijiet | |||
ISO 639-1: | it | ||
ISO 639-2: | it | ||
ISO 639-3: | |||
Ara ukoll: Lingwa |
Fuq sfond dijakroniku, it-Taljan ġej mil-Latin u hu l-eqreb lingwa għal-Latin. B'differenza minn lingwi Rumanzi oħra, it-Taljan żamm il-kuntrast bejn il-konsonanti żgħar u twal li kienu jeżistu fil-Latin. Bħal lingwi Rumanzi oħra, l-aċċent fuq il-kliem huwa distintiv. Partikularment, fost il-lingwi Rumanzi, it-Taljan huwa meqjus bħala l-eqreb lejn il-Latin f'termini ta' lessiku. Is-similarità fil-vokabularju hi ta' 89% mal-Franċiż, 87% mal-Katalan, 85% mas-Sard, 78% mar-Reto-Rumanz u 77% mar-Rumen.[1]