politiku u negozjant Ukren From Wikipedia, the free encyclopedia
Vitaliy Oleksandrovich Kim (bl-Ukren: Віталій Олександрович Кім; twieled fit-13 ta' Marzu 1981) huwa negozjant u politiku Ukren ta' dixxendenza Koreana li kien ilu Gvernatur tal-Oblast ta' Mykolaiv Oblast mill-2020. Huwa wkoll wieħed mill-figuri ewlenin fl-invażjoni Russa tal-Ukrajna fl-2022.
Vitaliy Kim | |||
---|---|---|---|
20 Novembru 2020 - ← Q109337450 | |||
Ħajja | |||
Twelid | Mykolaiv, 13 Marzu 1981 (43 sena) | ||
Nazzjonalità |
Ukrajna Unjoni Sovjetika | ||
Grupp etniku | Koreans in Ukraine (en) | ||
Familja | |||
Konjuga/i | Yuliia Kim (en) | ||
Edukazzjoni | |||
Alma mater |
24 Admiralska Street, Mykolaiv (en) Università Nazzjonali tal-Ammirall Makarov tal-Bini tal-Vapuri | ||
Lingwi |
Russu Ukren Ingliż Franċiż Korean | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni |
politiku imprenditur | ||
Premjijiet |
Vitaliy Kim twieled fit-13 ta' Marzu 1981 f'Mykolaiv. Missieru, Oleksandr, huwa kowċ tal-basketball bl-unuri ta' dixxendenza Koryo-Saram u kien plejer fit-tim taż-żgħażagħ tal-Unjoni Sovjetika.[1]
Kim iggradwa mil-Liċeo Nru 2 ta' Mykolaiv u mill-Università Nazzjonali tal-Ammirall Makarov tal-Bini tal-Vapuri b'lawrja fix-xjenza ekonomika tal-impriżi.[1][2]
Fl-1998, beda jinvolvi ruħu fl-attivitajiet imprenditorjali. Huwa kien sħab fil-ġestjoni tal-kumpless tal-intratteniment ta' Ushuaja.[2]
Fl-2003, huwa ħadem għall-kumpanija Ukrpromresurs, li kienet involuta fl-awditjar tas-settur pubbliku. Mill-2005 sal-2011 huwa kellu f'idejh il-ġestjoni ta' għadd ta' impriżi f'Mykolaiv, u kien involut f'investimenti internazzjonali. Mill-2015 sal-2016, huwa kien il-kap tad-dipartiment analitiku tal-Ministeru għall-Politika Agrarja tal-Ukrajna.[2] Huwa kien ukoll il-fundatur ta' grupp ta' kumpanija tal-iżvilupp involuti fil-kostruzzjoni tal-kumplessi residenzjali "Orange", "Concert" u "Uyutny".[3]
Fl-2019, huwa kien voluntier tal-fergħa ta' Mykolaiv tal-partit Qaddej tal-Poplu fl-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari.[3] Matul l-elezzjonijiet lokali tal-2020, huwa kien kandidat għal deputat tal-kunsill lokali tal-belt ta' Mykoklaiv mill-partit Qaddej tal-Poplu taħt id-distrett nru 2, filwaqt li baqa' meqjus bħala mhux partiġjan. Kim kien ukoll il-kap tal-kwartieri ġenerali tal-elezzjoni fi ħdan il-partit u kkontesta għall-kunsill lokali tal-belt u għall-kunsill reġjonali.[1][2]
Fil-25 ta' Novembru 2020, il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky ħatar lil Kim bħala l-Gvernatur tal-Oblat ta' Mykolaiv.[4]
Huwa miżżewweġ lil Yuliya Vitalivna Kim, u flimkien qed irabbu tlett itfal.[1] Għandhom żewġt ibniet, Yevheniya u Oleksandra, u iben, Ruslan.[1]
Kim jitkellem bl-Ingliż, kif ukoll ftit bil-Franċiż u bil-Korean bis-saħħa tad-dixxendenza Koryo-Saram tiegħu.[1]
Fid-9 ta' Diċembru 2020, Kim stqarr li martu kellha l-COVID-19 u b'hekk għamlet awtoiżolament.[5]
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.