is-sitt President tal-Ukrajna From Wikipedia, the free encyclopedia
Volodymyr Oleksandrovych Zelenskyy[1][2] (bl-Ukren: Володимир Олександрович Зеленський, pronunzjat: [woloˈdɪmɪr olekˈsɑndrowɪdʒ zeˈlɛnʲsʲkɪj]; twieled fil-25 ta' Jannar 1978) huwa politiku, eks attur u komiku Ukren li ilu jservi ta' President tal-Ukrajna mill-2019.
Volodymyr Zelenskyy | |||||
---|---|---|---|---|---|
Vuċi | |||||
20 Mejju 2019 - ← Petro Poroshenko
20 Mejju 2019 - | |||||
Ħajja | |||||
Twelid | Kryvyi Rih (en) , 25 Jannar 1978 (46 sena) | ||||
Nazzjonalità |
Ukrajna Unjoni Sovjetika | ||||
Residenza |
Palazz Mariinskyi Erdenet (en) Kryvyi Rih (en) | ||||
Grupp etniku | Lhud Ukreni | ||||
L-ewwel lingwa | Russu | ||||
Familja | |||||
Missier | Oleksandr Zelenskyj | ||||
Omm | Rimma Zelenska | ||||
Konjuga/i | Olena Zelenska (en) (2003 - | ||||
Ulied | |||||
Edukazzjoni | |||||
Alma mater |
Kyiv National Economic University named after Vadym Hetman (en) Kryvyi Rih Institute of Economics (en) (1995 - 2000) : liġi | ||||
Lingwi |
Russu Ukren Ebrajk Ingliż Ġappuniż Spanjol Franċiż | ||||
Okkupazzjoni | |||||
Okkupazzjoni |
politiku komiku preżentatur producer ċinematografiku xeneġġatur attur produttur tat-televiżjoni preżentatur televiżiv intrattenitur kantant umorist produttur tal-films showman attur tal-KVN imitatur | ||||
Tul | 167 cm | ||||
Post tax-xogħol |
Kryvyi Rih (en) Kiev | ||||
Impjegaturi |
Kvartal 95 (en) 1+1 (en) Inter (en) Office of the President of Ukraine (en) | ||||
Xogħlijiet importanti | Servant of the People (en) | ||||
Premjijiet |
List
| ||||
Influwenzat minn | Alexander Maslyakov (en) | ||||
Psewdonomu | Зелёный | ||||
Moviment artistiku |
political satire (en) parodija kummiedja umoriżmu | ||||
Strument/i tal-mużika | vuċi | ||||
Servizz militari | |||||
Iġġieldu |
invażjoni Russa tal-Ukrajna tal-2022 gwerra f'Donbas |
Zelenskyy trabba f'Kryvyi Rih, reġjun li fejn jitkellmu l-iktar ir-Russu fix-Xlokk tal-Ukrajna.[3] Qabel il-karriera tiegħu bħala attur, Zelenskyy kiseb Lawrja fil-Liġi mill-Università Ekonomika Nazzjonali ta' Kiev. Imbagħad kompla bħala komiku u ħoloq kumpanija tal-produzzjonijiet komiċi msejħa Kvartal 95, li tipproduċi films, cartoons, u shows tat-televiżjoni, inkluż Servant of the People, fejn Zelenskyy ħadimha tal-President tal-Ukrajna. Is-sensiela xxandret mill-2015 sal-2019 u kienet tassew popolari. F'Marzu 2018 ġie stabbilit partit politiku bl-istess isem tas-show televiżiv b'impjegati ta' Kvartal 95.
Zelenskyy ħabbar il-kandidatura tiegħu għall-elezzjonijiet presidenzjali Ukreni tal-2019 lejlet il-31 ta' Diċembru 2018, fl-istess ħin tad-diskors ta' Lejliet l-Ewwel tas-Sena tal-President Petro Poroshenko fuq il-kanal televiżiv 1+1. Mhuwiex persuna li għamel karriera politika, iżda diġà kien minn ta' quddiem fl-ewwel stħarriġiet li bdew isiru għall-elezzjoni. Huwa rebaħ l-elezzjoni bi 73.2 % tal-vot fit-tieni rawnd, kontra Poroshenko. Huwa jiġi identifikat bħala populista, u hu stess ippożizzjona lilu nnifsu bħala figura kontra l-korruzzjoni u kontra l-establishment.
Bħala President, Zelenskyy huwa proponent tal-gvern elettroniku u l-għaqda bejn il-partijiet tal-pajjiż li jitkellmu bl-Ukren u dawk li jitkellmu bir-Russu.[4] L-istil ta' komunikazzjoni tiegħu juża ferm il-midja soċjali, b'mod partikolari Instagram.[5] Il-partit tiegħu rebaħ b'ħafna voti f'elezzjoni leġiżlattiva li saret malajr ftit wara l-inawgurazzjoni tiegħu bħala President. Matul l-amministrazzjoni tiegħu, Zelenskyy sostna t-tneħħija tal-immunità legali għall-membri tal-Verkhovna Rada, il-parlament tal-Ukrajna, ir-rispons tal-pajjiż għall-pandemija tal-COVID-19 u r-reċessjoni ekonomika sussegwenti, u xi progress fl-indirizzar tal-korruzzjoni.[6][7] Il-kritiċi ta' Zelenskyy isostnu li sabiex jaħtaf il-poter minn idejn l-oligarki Ukreni, huwa pprova jiċċentralizza l-awtorità u jsaħħaħ il-pożizzjoni personali tiegħu.[8]
Zelenskyy wiegħed li jtemm il-kunflitt twil tal-Ukrajna mar-Russja bħala parti mill-kampanja presidenzjali tiegħu, u pprova jidħol fi djalogu mal-President Russu Vladimir Putin.[9] L-amministrazzjoni ta' Zelenskyy iffaċċjat żieda kbira ta' tensjonijiet mar-Russja fl-2021, li laħqu l-milja tagħhom fit-tnedija ta' invażjoni Russa fuq skala sħiħa fi Frar 2022. L-istrateġija ta' Zelenskyy matul it-tisħiħ militari Russu kienet li jikkalma l-popolin tal-Ukrajna u jiżgura lill-komunità internazzjonali li l-Ukrajna ma riditx tirritalja.[10] Inizjalment żamm 'il bogħod mit-twissijiet ta' gwerra imminenti, filwaqt li appella għal garanziji ta' sigurtà u għal appoġġ militari min-NATO biex ikun jista' "jirreżisti" kontra t-theddida. Wara l-bidu tal-invażjoni, Zelenskyy iddikjara l-liġi marzjali fl-Ukrajna u mobilizzazzjoni ġenerali.
F'Settembru 2003, Zelenskyy iżżewweġ lil Olena Kiyashko, wara li kienu attendew l-iskola flimkien. L-ewwel wild tal-koppja, Oleksandra, twieldet f'Lulju 2004. Binhom, Kyrylo, twieled f'Jannar 2013. Fil-film ta' Zelenskyy tal-2014 8 New Dates, binthom ħadmitha ta' Sasha, bint il-protagonista. Fl-2016, ipparteċipat fis-show The Comedy Comet Company Comedy's Kids u rebħet 50,000 hryvnia.
L-ewwel lingwa ta' Zelenskyy hija r-Russufirst language is Russian, and he is also fluent in Ukrainian and English. His assets were worth about 37 million hryvnias (about $1.5 million USD) in 2018.
Sena | Titlu | Rwol |
---|---|---|
2009 | Love in the Big City | Igor |
2011 | Office Romance. Our Time | Anatoly Efremovich Novoseltsev |
2012 | Love in the Big City 2 | Igor |
2012 | Rzhevsky Versus Napoleon | Napuljun |
2012 | 8 First Dates | Nikita Sokolov |
2014 | Love in Vegas | Igor Zelensky |
2015 | 8 New Dates | Nikita Andreevich Sokolov |
2018 | I, You, He, She | Maksym Tkachenko |
Sena | Titlu | Rwol | Noti |
---|---|---|---|
2006 | Dancing with the Stars (Ukraine) | bħala kontestant | |
2008–2012 | Svaty | bħala produttur | |
2015–2019 | Servant of the People | Vasyl Petrovych Holoborodko |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.