From Wikipedia, the free encyclopedia
Phascomurexia huwa ġeneru ta' mammiferi, l-marsupjali karnivori, eżattament id-Dasjur ta' mnieħru twil (għalkemm jissejjaħ ukoll bl-isem ta' Ġurdien marsupjal ta' mnieħru twil u kien jissejjaħ ukoll "Anteċinu ta' mnieħru twil" biss ma għadux jintuża minn meta ma baqax jagħmel parti mill-ġeneru Antechinus), tal-kontinent ta' l-Awstralja.
Phascomurexia[1] | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Ordni: | Dasyuromorphia |
Familja: | Dasyuridae |
Ġeneru: | Phascomurexia Van Dyck, 2002 |
Speċi: | P. naso |
Isem binominali | |
Phascomurexia naso (Jentink, 1911) | |
Firxa tal-Phascomurexia |
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Phascogalini ma' 6 ġeneri oħra, li huma Antechinus, Micromurexia, Murexechinus, Murexia, Paramurexia u Phascogale.
Il-ġeneru Phascomurexia huwa wieħed monotipiku u b' hekk jiġbor fiħ speċi waħda biss (l-ispeċi ta' dan il-ġeneru għal żmien twil kienet ikklassifikata fil-ġeneru Antechinus ma' bosta speċi oħrajn, dan sakemm testijiet morfoloġiċi u ġenetiċi urew li hija distinta jew differenti biżejjed biex tkun separata u ri-ikklassifikata f' ġeneru għalija weħidha).
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Phascogalini, Dasyurinae, Dasyuridae jew Dasyuromorphia)
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.