kittieb Franċiż From Wikipedia, the free encyclopedia
François Élie Jules Lemaître (27 ta' April 1853 – 4 ta' Awwissu 1914) kien kritiku letterarju u drammaturgu Franċiż.
Jules Lemaître | |||||
---|---|---|---|---|---|
1899 - 1904
20 Ġunju 1895 - 5 Awwissu 1914 ← Victor Duruy (en) - Henry Bordeaux (en) → | |||||
Ħajja | |||||
Isem propju | François Élie Jules Lemaître | ||||
Twelid | Vennecy (en) , 27 April 1853 | ||||
Nazzjonalità | Franza | ||||
L-ewwel lingwa | Franċiż | ||||
Mewt | Tavers (en) , 4 Awwissu 1914 | ||||
Familja | |||||
Koppja/i | Marie-Anne Detourbay (en) | ||||
Edukazzjoni | |||||
Alma mater | École Normale Supérieure (en) | ||||
Lingwi | Franċiż | ||||
Okkupazzjoni | |||||
Okkupazzjoni |
kittieb kritiku letterarju poeta | ||||
Premjijiet | |||||
Sħubija |
Ligue de la Patrie Française (en) Académie Française (en) | ||||
Moviment artistiku |
esej poeżija teatru |
Lemaître twieled fi Vennecy, Loiret. Laħaq professur fl-Università ta’ Grenoble fl-1883, meta kien diġà magħruf sew għall- kritika letterarja tiegħu. Sena wara, fl-1884 irriżenja mill-università biex jiddedika ħinu għal-letteratura. Lemaître ħa post Jean-Jacques Weiss bħala kritiku tad-drama tal-Journal des Débats, u sussegwentement ħadem l-istess rwol fuq ir-Revue des Deux Mondes. L-istudji letterarji tiegħu nġabru taħt it-titlu ta' Les Contemporains (7 serje, 1886–99), u l-feuilletons drammatiċi tiegħu bħala Impressions de Théàtre (10 serje, 1888–98).[1]
L-iskizzi ta’ Lemaître dwar awturi moderni jagħtu għarfien kbir u ġudizzju mhux mistenni, b'oriġinalità tal-espressjoni tal-kelma. Huwa ġie ammess fl-Akkademja Franċiża fis-16 ta’ Jannar 1896. Il-fehmiet politiċi ta' Lemaître kien ddikjarati f'La Campagne Nationaliste (1902), lekċers mogħtija fil-provinċji minnu u minn Godefroy Cavaignac.[1]
Lemaître mexxa kampanja nazzjonalista fl-Écho de Paris, u għal xi żmien kien president tal-Ligue de la Patrie Française.[1] Il-Ligue oriġinat fl-1898 bi tliet akkademiċi żgħażagħ, Louis Dausset, Gabriel Syveton u Henri Vaugeois, li riedu juru li d-Dreyfusism ma kienx aċċettat minn kulħadd fl-Università. [2] Nedew petizzjoni li attakkat lil Émile Zola u dak li ħafna raw bħala konfoffa xellugija internazzjonalista u paċifista. [3] Charles Maurras kiseb l-interess tal-kittieb Maurice Barrès, u l-moviment kiseb l-appoġġ ta’ tliet personalitajiet eminenti: il-ġeografiku Marcel Dubois, il-poeta François Coppée u l-kritiku u Jules Lemaître. [2]
Lemaître irriżenja mil-Ligue de la Patrie Française 1904, u ddedika l-bqija ta’ ħajtu għall-kitba.[1] Miet f'Tavers, ta’ 61 sena.
Kritika letterarja
Teatru
Poeżiji
Kitbiet oħra
Xogħolijiet tradotti għall-Ingliż
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.