From Wikipedia, the free encyclopedia
Id-dugongu (Dugong dugon) huwa mammiferu plaċentat erbivoru tal-baħar u huwa l-iżgħar speċi fost il-baqar tal-baħar fl-ordni Sirenia (li jinkludi fih il-lamantini u l-baqra tal-baħar ta' Steller). L-adulti ġeneralment ma jikbrux aktar min 3 metri. L-isem "dugongu" ġej mil-malajan eżattament mil-kelma "duyung" li tfisser mara tal-baħar jew sirena.
Dugongu | |
---|---|
Dugongu Dugong dugon | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Ordni: | Sirenia |
Familja: | Dugongidae Gray, 1821 |
Sottofamilja: | Dugonginae |
Ġeneru: | Dugong Lacépède, 1799 |
Speċi: | D. dugon |
Isem binominali | |
Dugong dugon Müller, 1776 |
Id-dugongu huwa wieħed mill-ftit mammiferi tal-baħar li huma erbivori u d-dieta tikkonsisti kompletament minn veġetazzjoni u ħaxix tal-baħar.
Għalkemm darba d-dugongu kien mifrux mal-Paċifiku tropikali ta' Nofs in-nhar u ma' l-oċean Indjan kollu, l-popolazzjonijiet naqsu ħafna fin-numru. Gruppi kbar ta' 10,000 għadhom jinstabu biss madwar il-Great Barrier Reef u Shark bay fl-Awstralja u fl-istrett ta' Torres fin-Nofs in-nhar ta' New Guinea. Qabel l-1970, huwa maħsub li gruppi ta' dan id-daqs kienu jeżistu wkoll fil-Mozambik u mal-kosta tal-Kenja, fejn issa n-numru naqas drastikament u f'Palaw baqa' popolazzjoni żgħira oħra wkoll.
Numru żgħir ta' dugongi jistabu fl-istretti ta' Ġoħor li jifirdu lill-Ġoħor fil-Malasja minn Singapor u fil-Filippini fil-provinċi ta' Palaw, Romblon, Gujmaras, u Davaw Orjentali u fil-Baħar l-Aħmar viċin l-Eġittu.
Il-bajja ta' Moreton, hija bajja kbira fil-kosta tal-Lvant ta' l-Awstralja. Din il-bajja hija waħda mill-ħafna postijiet li jservu ta' protezzjoni għad-dugongu minn klieb il-baħar kbar fejn l-ilma mhux fond, nadif ħafna u b'veġetazzjoni addattata w abbondanti. Din l-arja ta' 'l fuq minn 200km hija mportanti ħafna għall-futur ta' dan il-mammiferu, minn hawn din l-ispeċi tista' tiġi studjata faċilment u b'hekk tkun tista' tingħatha protezzjoni aħjar.
Id-dugongi li hemm fil-Golf Persiku ġew irrapurtati li kienu f'periklu akbar minħabba l-konflitti li kien hemm bejn l-Istati Uniti u l-Iraq, fejn matul il-gwerrer kwantita kbira ta' żejt infirxet mal-golf. L-istat attwali tal-popolazzjoni tad-dugongi fil-Golf Persiku mhux magħruf.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.