Ġużè Bonnici
From Wikipedia, the free encyclopedia
From Wikipedia, the free encyclopedia
Ġużè Bonnici (Valletta, 14 ta' Awwissu 1907 - il-Ħamrun 6 ta' Ottubru 1940) kien awtur, politiku, tabib u grammaturgu.
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Bin Pawlu u Ġovanna mwielda Debono, it-tnejn Għawdxin, Ġużè Bonnici kien it-tieni wild tagħhom. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Belt, is-Seminarju t'Għawdex u l-Università ta' Malta minn fejn ġab il-B.Sc. u Ph.C. fl-1927. Fl-1931 sar tabib. Inħatar Kap tad-Dipartiment fl-Isptar Ċentrali. Fl-1934 iżżewweġ lil
Evelyn Testa u kellu tliet ulied.
Ġużè Bonnici sar delegat tal-Partit Laburista fl-1926, ħames snin wara t-twaqqif tiegħu. Daħal fl-Eżekuttiv fl-1928. Fl-1931 ħareġ il-ktieb L-Istorja tal-Partit tal-Ħaddiema, fuq l-ewwel għaxar snin tal-Partit. Qatt ma kkontesta l-elezzjonijiet ġenerali, forsi għax miet ħesrem fl-età ta' 33 sena.
Ġużè Bonnici kien wieħed mill-fundaturi u l-ewwel President tax-Xirka għat-Tixrid tal-Ilsien Malti. Fl-1931 waqqaf l-Għaqda tal-Malti (Università) ma' sieħbu Rużar Briffa, it-tnejn studenti tal-Mediċina, bil-għan li l-Malti jingħata l-prestiġju li jistħoqqlu fl-Università. Bdew ukoll il-pubblikazzjoni Leħen il-Malti. Fl-1938 beda jippubblika Ġabra ta' Kitba Maltija, minn Dar tal-Pubblikazzjoni Excelsior li kien xtara minn butu fil-Belt, Triq Sant'Ursula, u f'sentejn ħareġ tnax-il ktieb, bl-għajnuna tal-Kaptan A.V.Laferla, il-Professur Saydon u Ġużè Chetcuti. F'din is-sensiela kien hemm Anġli tan-Niket ta' Ġino Muscat Azzopardi, Taħt Tliet Saltniet ta' Ġużè Aquilina, Leli ta' Ħaż-Żgħir ta' Ġużè Ellul Mercer, San Ġwann ta' Ġużè Galea, Is-Salib tal-Fidda ta' Wistin Born u r-rumanzi tiegħu stess Il-Qawwa tal-Imħabba u Ħelsien. Stampa ukoll tliet kotba bil-poeżiji ta' Dun Karm.
Kiteb ir-rumanzi:
Kiteb ukoll:
Ġuzè Bonnici : ħidmietu u kitbietu hi teżi tal-Baċellerat fl-Arti (bl-Unuri) li Nora Sammut għamlet fl-Università ta' Malta fl-1974.
Fl-1990 ġie stampat id-dramm tiegħu Imħabba aktar mill-Ħajja. Fl-2007, f'għeluq il-100 sena minn twelidu, l-Għaqda tal-Malti - Università ħarġet In-Novelli, in-novelli miġbura ta' Ġużè Bonnici.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.