tabib u kittieb Malti From Wikipedia, the free encyclopedia
Ġużè Galea (twieled fis-17 ta' Lulju 1901 – miet fis-26 ta' Marzu 1978) kien tabib u kittieb Malti.
Ġużè Galea | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Ħal Qormi, 17 Lulju 1901 |
Nazzjonalità |
Kolonja ta' Malta Stat ta' Malta Malta |
Mewt | 26 Marzu 1978 |
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Malti |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kittieb tabib |
Studja fis-Seminarju tal-Arċisqof (1914-17) u wara fil-Kulleġġ ta' San Alwiġi (1918-20). Mill-Università ta' Malta ħa l-lawrja ta' spiżjar (Ph.C.) fl-1925 u ta' tabib (M.D.) fl-1928. Mar jistudja Londra fejn speċjalizza fis-Saħħa Pubblika u ħa id-Diploma fis-Saħħa Pubblika (D.P.H.) mir-R.C.P.S. fl-1932 u wara sar Fellow of the Royal Society of Health.
Għamel karriera fis-servizz tas-saħħa tal-gvern Malti. Kien uffiċjal mediku reżidenti mill-1928 sal-1930, uffiċjal mediku għall-kwarantina mill-1932 sal-1937, uffiċjal mediku għas-saħħa pubblika mill-1937 sal-1947, uffiċjal għoli tas-saħħa mill-1949 sal-1951, uffiċjal mediku prinċipali tal-gvern u suprintendent tas-saħħa pubblika mill-1951 sal-1961.
Fl-Università ta' Malta kien lecturer fil-Mediċina Forensika mill-1949 sal-1955 u professur tal-Mediċina Forensika mill-1955 sal-1961.
Ippubblika bosta artikli fuq il-mediċina f'rivisti Maltin u internazzjonali u kien imdaħħal f'bosta kumitati li kellhom x'jaqsmu ma' xogħol soċjali u filantropiku.
Ġużè Galea kien jinteressa ruħu ħafna f'raħal twelidu u fl-1925 meta kien għadu student tal-mediċina ppubblika Il-Knisja ta' Ħal Qormi u sitt snin wara Storja Qasira ta' l-Ordni Kostantinjan ta' San Ġorġ.
Kellu interess kbir fl-istorja u kiteb bosta rumanzi storiċi. Kiteb ukoll xi bijografiji storiċi qosra interessani u artikli f' Melita Historica. Il-folklor kien qasam ieħor li studja u kiteb xi riċerki f'dan il-qasam. Kien President tal-Akkademja tal-Malti mill-1942 sal-1973 u President tal-The Malta Society of Arts, Manufactures and Commerce mill-1960 sal-1966.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.