Václav Havel
kittieb u politiku Ċek / From Wikipedia, the free encyclopedia
Václav Havel (pronunzjat bil-lingwa Ċeka: [ˈvaːtslav ˈɦavɛl]; 5 ta’ Ottubru 1936 - 18 ta’ Diċembru 2011) kien statista, awtur, poeta, drammaturgu u dissident. [1] [2] Havel serva bħala l-aħħar president Ċekoslovakk mill-1989 sal-1992. Mill-1993 sal-2003 sar l-ewwel president Ċek li ġie elett demokratikament wara l-waqgħa tal-komuniżmu. Bħala kittieb, huwa magħruf għad-drammi, għall-esejs u għall-memoirs tiegħu biċ-Ċek.
Václav Havel | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
![]() | |||||||
2 Frar 1993 - 2 Frar 2003 ← no value - Václav Klaus (en) ![]()
29 Diċembru 1989 - 20 Lulju 1992 ← Gustáv Husák (en) ![]()
| |||||||
Ħajja | |||||||
Twelid | Praga, 5 Ottubru 1936 | ||||||
Nazzjonalità |
Ċekoslovakkja Repubblika Ċeka | ||||||
Residenza |
U dejvického rybníčku (en) ![]() Rašínovo nábřeží 78 (en) ![]() Rašínovo nábřeží 78 (en) ![]() | ||||||
L-ewwel lingwa | Ċek | ||||||
Mewt |
Hrádeček (en) ![]() | ||||||
Post tad-dfin |
Vinohrady Cemetery (en) ![]() | ||||||
Kawża tal-mewt |
kawżi naturali (respiratory failure (en) ![]() | ||||||
Familja | |||||||
Missier | Václav Maria Havel | ||||||
Omm | Božena Vavrečková | ||||||
Konjuga/i |
Olga Havlová (en) ![]() Dagmar Havlová (en) ![]() | ||||||
Aħwa | |||||||
Familja |
uri
| ||||||
Edukazzjoni | |||||||
Alma mater |
Akademické gymnázium Štěpánská (en) ![]() Faculty of Theatre, Academy of Performing Arts in Prague (en) ![]() Czech Technical University in Prague (en) ![]() (1955 - 1957) | ||||||
Lingwi | Ċek | ||||||
Okkupazzjoni | |||||||
Okkupazzjoni |
kittieb drammaturgu politiku reġista poeta direttur tal-films attivist għad-drittijet umani dissident saġġist filosofu pubbliċista | ||||||
Impjegaturi |
Divadlo V + W (en) ![]() Divadlo U Nováků (en) ![]() Divadlo ABC (en) ![]() Divadlo satiry (en) ![]() Divadlo státního filmu (en) ![]() Osvobozené divadlo (en) ![]() Brewery Krakonoš (en) ![]() City Theatres of Prague (en) ![]() University of Chemistry and Technology (en) ![]() Divadlo Na zábradlí (en) ![]() | ||||||
Xogħlijiet importanti |
Antikódy (en) ![]() The Garden Party (en) ![]() Leaving (en) ![]() The Power of the Powerless (en) ![]() The Memorandum (en) ![]() Audience (en) ![]() Temptation (en) ![]() Largo desolato (en) ![]() | ||||||
Premjijiet |
List
| ||||||
Nominat għal |
uri
| ||||||
Sħubija |
Civic Forum (en) ![]() Czech Helsinki Comitee (en) ![]() Committee for the Defense of the Unjustly Prosecuted (en) ![]() German Academy for Language and Literature (en) ![]() Soċjetà Rjali tal-Letteratura Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi Akkademja Bavarjana tal-Belle Arti Club of Rome (en) ![]() Junák (en) ![]() Charter 77 (en) ![]() |
L-ewwel suċċessi letterarji tiegħu kienu bħala drammaturgu. F’xogħlijiet bħal The Garden Party u The Memorandum, Havel uża stil assurd sabiex jikkritika s-sistema komunista. Hu beda jkun aktar involut fil-politika u għen biex jitwaqqfu inizjattivi għad-dissendenti, bħaċ-‘Charter 77’ u l-Kumitat għad-Difiża għal min jiġi kkundanat inġustament, wara li kien ipprotesta fir-Rebbiegħa ta' Praga u tniżżel fil-lista s-sewda wara l-Patt ta’ Varsavja għall-invażjoni taċ-Ċekoslovakkja. L-attivitajiet politiċi tiegħu wasslu għas-sorveljanza mill-Pulizija Sigrieta, l-StB, u qatta’ ħafna żmien il-ħabs bħala priġunier politiku.[3] L-itwal perjodu li qatta’ l-ħabs kien ta’ kważi erba’ snin, bejn l-1979 u l-1983.
Il-partit ta’ Havel, ‘Forum Ċiviku’, kellu sehem kruċjali fir-Rivoluzzjoni tal-Bellus, li fl-1989 waqqgħet is-sistema Komunista taċ-Ċekoslovakkja. Ftit wara, laħaq president, u s-sena ta’ wara reġa’ ġie elett b’maġġoranza kbira u l-istess fl-1993 wara l-indipendenza tal-Islovakkja. Havel kien strumentali għat-tneħħija tal-Patt ta’ Varsavja u biex jiżdiedu l-pajjiżi tal-Lvant fin-NATO. Ħafna mill-pożizzjonijiet u l-politiki tiegħu kienu kontroversjali, pereżempju l-oppożizzjoni tiegħu għall-indipendenza tal-Islovakkja, il-kundanna għat-trattament tal-Ġermaniżi li kienu joqogħdu fit-territorju Ċek u t-tkeċċija tagħhom miċ-Ċekoslovakkja wara t-Tieni Gwerra Dinjija, u anke l-għoti ta’ amnestija ġenerali għal dawk li ntbagħtu l-ħabs fl-era Komunista. Fl-aħħar tal-presidenza tiegħu, kien iżjed popolari barra milli f’pajjiżu. Wara li ma baqax President, Havel kompla jimpenja ruħu politikament, u waqqaf ħafna inizjattivi, inkluż id-‘Dikjarazzjoni ta’ Praga dwar il-Kuxjenza u l-Komuniżmu Ewropew’',[4] [5] il-Fondazzjoni VIZE 97, u l-konferenza annwali Forum 2000.
Il-filosofija politika ta’ Havel kienet antikonsumerista, umanista u ambjentalista u favur l-attiviżmu politiku u d-demokrazija diretta.[2] Mill-2004 sa mewtu, hu appoġġja l-Partit tal-Ħodor Ċek. Matul ħajtu rċieva għadd ta’ rikonoxximenti, bħall-Medalja Presidenzjali għal-Libertà, il-Premju Gandhi għall-Paċi, il-Medalja ta’ Philadelphia għall-Libertà, l-Ordni ta’ Kanada, il-Premju tal-Erba’ Libertajiet, il-Premju tal-Ambaxxatur għall-Kuxjenza, u l-Premju Ċittadinanza Hanno R. Ellenbogen. Is-sena akkademika 2012-2013 fil-Kulleġġ tal-Ewropa ssemmiet għalih bħala omaġġ.[6] Uħud jikkunsidrawh bħala wieħed mill-aktar intellettwali importanti tas-seklu 20. Fl-2012, l-ajruport internazzjonali ta’ Praga ssemma għalih.