From Wikipedia, the free encyclopedia
It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1950 kienet ir-raba' edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li saret il-Brażil bejn l-24 ta' Ġunju u s-16 ta' Lulju 1950. Din kienet l-ewwel Tazza tad-Dinja mill-1938, bl-edizzjonijiet tal-1942 u l-1946 jiġu mħassra minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija. Ir-rebbieħa kienu l-Urugwaj, li kienu rebħu wkoll l-edizzjoni inawgurali fl-1930. Huma rebħu lill-pajjiż ospitanti tal-Brażil fl-aħħar logħba deċiżiva. Din hija l-unika edizzjoni fejn ir-rebbieħ ma ġiex deċiż b'finali, kif ukoll fejn it-trofew ġie msemmi bħala t-Tazza Jules Rimet, ad unur il-25 anniversarju mill-presidenza tal-FIFA ta' Jules Rimet.
IV Campeonato Mundial de Futebol | |
---|---|
Bolla kommemorattiva Brażiljana tat-turnew tal-1950 | |
Dettalji tal-kompetizzjoni | |
Pajjiż ospitanti | Brażil |
Dati | 24 ta' Ġunju – 16 ta' Lulju |
Parteċipanti | 13 (minn 3 konfederazzjonijiet) |
Grawnds | 6 (f'6 ibliet ospitanti) |
Pożizzjonijiet finali | |
Rebbieħ | Urugwaj |
It-Tieni post | Brażil |
It-Tielet post | Żvezja |
Ir-Raba' post | Spanja |
Statistika tal-kompetizzjoni | |
Partiti | 22 |
Gowls skorjati | 88 (4 kull logħba) |
Attendenza | 1,045,246 (47,511 kull logħba) |
L-aqwa skorer(s) | Ademir (8 gowls) |
← 1938 1954 → |
Wara l-gwerra, il-FIFA kienet imħeġġa biex terġa' tqajjem il-kompetizzjoni mill-iktar fis. Ir-riżultat tal-gwerra ħalla lill-Ewropa f'rovina, u riżultat t'hekk il-FIFA sabitha diffiċli ssib pajjiż interessata li tospita dan l-avveniment. Dan minħabba li ħafna mill-gvernijiet iddeċidew li jiddedikaw ir-riżorsi skarsi tagħhom għal ħtiġijiet aktar essenzjali minn dik ta' ċelebrazzjoni sportiva. Bit-Tazza tad-Dinja tkun f'risku li ma ssirx minħabba n-nuqqas ta' interess mill-komunità internazzjonali, il-Brażil ippreżenta l-kandidatura tiegħu matul il-Kungress tal-FIFA tal-1946 u offra li jorganizza t-turnew bil-patt u l-kundizzjoni li dan isir fl-1950 (il-pjan oriġinali kien li jsir fl-1949).[1] Il-Brażil u l-Ġermanja kienu minn ta' quddiem fil-kandidatura tagħhom għat-Tazza tad-Dinja tal-1942. Minħabba li l-edizzjonijiet tal-1934 u l-1938 saru fl-Ewropa, storiċi tal-futbol ġeneralment jaqblu li l-avveniment tal-1942 kellu jingħata lil pajjiż Sud-Amerikan.
Wara li assiguraw l-organizzatur, il-FIFA kellha xorta waħda sabitha diffiċli biex tikkonvinċi lil timijiet nazzjonali biex jikkompetu. L-Italja kienet fuq quddiem tal-lista bħala rebbieħ tal-aħħar żewġ edizzjonijiet. Madanakollu, it-tim nazzjonali Taljan kien iddgħajjef wara t-traġeda tal-ajru ta' Superga li temmet il-ħajja tal-biċċa l-kbira tal-ewwel tim sena qabel il-bidu tat-turnew. Eventwalment, it-Taljani ġew persważi, imma għamlu l-vjaġġ bil-vapur minflok bl-ajruplan.[2]
Il-Brażil bħala l-pajjiż organizzatur u l-Italja bħala ċ-ċampjin attwali ngħataw post awtomatiku. Dan ħalla erbatax-il post li ġew maqsuma f'sebgħa lill-Ewropa, sitta lill-Amerika u wieħed lill-Asja.
Kemm il-Ġermanja u l-Ġappun ma tħallewx jipparteċipaw fil-kwalifikazzjoni. Min-naħa l-oħra, l-Italja, l-Awstrija u diversi pajjiżi oħra li kienu involuti fit-Tieni Gwerra Dinjija bħala alleati tal-Ġermanja u l-Ġappun ma kienux suġġetti għal sanzjonijiet internazzjonali. Il-Finlandja tħalliet tikkwalifika minkejja li kienet parti mill-forzi tal-Assi bejn l-1941 u l-1944; huma rtiraw qabel il-kwalifikazzjoni tlesta u l-FIFA ddikjarat il-logħbiet tagħhom bħala logħbiet ta' ħbiberija.[3]
Il-pajjiżi Brittaniċi ġew mistiedna li jieħdu sehem, wara li ssieħbu mill-ġdid mal-FIFA erba' snin qabel wara eżilju ta' sbatax-il sena. Bħala grupp ta' kwalifikazzjoni ntgħażel li jintuża l-British Home Championship li ntlagħab fl-1949–50, bl-aqwa żewġ timijiet jikkwalifikaw. L-Ingilterra spiċċat l-ewwel u l-Iskozja fit-tieni.
Numru ta' timijiet irrifjutaw li jipparteċipaw fit-turnew ta' kwalifikazzjoni, fosthom ħafna pajjiżi wara l-Purtiera tal-Ħadid, fosthom l-Unjoni Sovjetika, iċ-Ċekoslovakkja (finalisti tal-1934) u l-Ungerija (finalisti tal-1938).[2] Fl-Amerika t'Isfel, l-Arġentina, l-Ekwador u l-Perù rtiraw mill-fażi ta' kwalifikazzjoni, li fisser li ċ-Ċili, il-Bolivja, il-Paragwaj u l-Urugwaj ikkwalifikaw awtomatikament.
Tim | L |
R |
D |
T |
GF |
GK |
DG |
Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Brażil | 3 | 2 | 1 | 0 | 8 | 2 | +6 | 5 |
Jugożlavja | 3 | 2 | 0 | 1 | 7 | 3 | +4 | 4 |
Żvizzera | 3 | 1 | 1 | 1 | 4 | 6 | −2 | 3 |
Messiku | 3 | 0 | 0 | 3 | 2 | 10 | −8 | 0 |
24 ta' Ġunju 1950 15:00 (UTC−03) |
Brażil | 4–0 | Messiku | Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro Attendenza: 81,649 Referi: George Reader |
---|---|---|---|---|
Ademir 30', 79' Jair 65' Baltazar 71' |
Rapport |
25 ta' Ġunju 1950 18:00 (UTC−03) |
Jugożlavja | 3–0 | Żvizzera | Estádio Independência, Belo Horizonte Attendenza: 7,336 Referi: Giovanni Galeati |
---|---|---|---|---|
Mitić 59' Tomašević 70' Ognjanov 75' |
Rapport |
28 ta' Ġunju 1950 18:15 (UTC−03) |
Jugożlavja | 4–1 | Messiku | Estádio dos Eucaliptos, Porto Alegre Attendenza: 11,078 Referi: Reginald Leafe |
---|---|---|---|---|
Bobek 19' Ž. Čajkovski 22', 62' Tomašević 81' |
Rapport | Ortiz 89' (pen.) |
1 ta' Lulju 1950 15:00 (UTC−03) |
Brażil | 2–0 | Jugożlavja | Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro Attendenza: 142,429 Referi: Benjamin Griffiths |
---|---|---|---|---|
Ademir 4' Zizinho 69' |
Rapport |
2 ta' Lulju 1950 15:40 (UTC−03) |
Żvizzera | 2–1 | Messiku | Estádio dos Eucaliptos, Porto Alegre Attendenza: 3,580 Referi: Ivan Eklind |
---|---|---|---|---|
Bader 10' Antenen 44' |
Rapport | Casarín 89' |
Tim | L |
R |
D |
T |
GF |
GK |
DG |
Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Spanja | 3 | 3 | 0 | 0 | 6 | 1 | +5 | 6 |
Ingilterra | 3 | 1 | 0 | 2 | 2 | 2 | 0 | 2 |
Ċili | 3 | 1 | 0 | 2 | 5 | 6 | −1 | 2 |
Stati Uniti | 3 | 1 | 0 | 2 | 4 | 8 | −4 | 2 |
25 ta' Ġunju 1950 15:00 (UTC−03) |
Ingilterra | 2–0 | Ċili | Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro Attendenza: 29,703 Referi: Karel van der Meer |
---|---|---|---|---|
Mortensen 39' Mannion 51' |
Rapport |
25 ta' Ġunju 1950 15:00 (UTC−03) |
Spanja | 3–1 | Stati Uniti | Estádio Durival de Britto, Curitiba Attendenza: 9,511 Referi: Mário Vianna |
---|---|---|---|---|
Igoa 81' Basora 83' Zarra 89' |
Rapport | Pariani 17' |
29 ta' Ġunju 1950 15:00 (UTC−03) |
Spanja | 2–0 | Ċili | Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro Attendenza: 19,790 Referi: Alberto Malcher |
---|---|---|---|---|
Basora 17' Zarra 30' |
Rapport |
29 ta' Ġunju 1950 15:00 (UTC−03) |
Stati Uniti | 1–0 | Ingilterra | Estádio Independência, Belo Horizonte Attendenza: 10,151 Referi: Generoso Dattilo |
---|---|---|---|---|
Gaetjens 38' | Rapport |
2 ta' Lulju 1950 15:00 (UTC−03) |
Spanja | 1–0 | Ingilterra | Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro Attendenza: 74,462 Referi: Giovanni Galeati |
---|---|---|---|---|
Zarra 48' | Rapport |
2 ta' Lulju 1950 15:00 (UTC−03) |
Ċili | 5–2 | Stati Uniti | Estádio Ilha do Retiro, Recife Attendenza: 8,501 Referi: Mário Gardelli |
---|---|---|---|---|
Robledo 16' Cremaschi 32', 60' Prieto 54' Riera 82' |
Rapport | Wallace 47' Maca 48' (pen.) |
9 ta' Lulju 1950 15:00 (UTC−03) |
Brażil | 7–1 | Żvezja | Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro Attendenza: 138,886 Referi: Arthur Ellis |
---|---|---|---|---|
Ademir 17', 36', 52', 58' Chico 39', 88' Maneca 85' |
Rapport | Andersson 67' (pen.) |
13 ta' Lulju 1950 15:00 (UTC−03) |
Brażil | 6–1 | Spanja | Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro Attendenza: 152,772 Referi: Reginald Leafe |
---|---|---|---|---|
Parra 15' (awt.) Jair 21' Chico 31', 55' Ademir 57' Zizinho 67' |
Rapport | Igoa 71' |
16 ta' Lulju 1950 15:00 (UTC−03) |
Urugwaj | 2–1 | Brażil | Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro Attendenza: 199,854 Referi: George Reader |
---|---|---|---|---|
Schiaffino 66' Ghiggia 79' |
Rapport | Friaça 47' |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.