![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/b/bd/Rembrandt_van_Rijn_-_Self-Portrait_-_Google_Art_Project.jpg/640px-Rembrandt_van_Rijn_-_Self-Portrait_-_Google_Art_Project.jpg&w=640&q=50)
Rembrandt
pittur u inċiżur Olandiż (1606-1669) / From Wikipedia, the free encyclopedia
Rembrandt Harmenszoon van Rijn (/ˈrɛmbrænt, ˈrɛmbrɑːnt/[1], pronunzja bl-Olandiż: [ˈrɛmbrɑnt ˈɦɑrmə(n)ˌsoːɱ vɑn ˈrɛin]; twieled fil-15 ta' Lulju 1606[2] – miet fl-4 ta' Ottubru 1669), normalment magħruf sempliċement bħala Rembrandt, kien pittur, litografu u disinjatur Olandiż tal-Epoka tad-Deheb Olandiża. Huwa kien innovattiv u prolifiku bi tliet mezzi. Ġeneralment huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-ikbar artisti viżivi fl-istorja tal-arti u l-iżjed importanti fl-istorja tal-arti Olandiża.
Rembrandt | |
---|---|
![]() | |
Ħajja | |
Isem propju | Rembrandt Harmenszoon van Rijn |
Twelid | Leiden, 15 Lulju 1606, 1606 |
Nazzjonalità | Repubblika tal-Pajjiżi l-Baxxi |
Residenza |
Rembrandt House Museum (en) ![]() |
Grupp etniku | Olandiżi |
Mewt | Amsterdam, 4 Ottubru 1669 |
Post tad-dfin |
Westerkerk (en) ![]() |
Familja | |
Missier | Harmen Gerritszoon van Rijn |
Omm | Neeltje Willemsdr. Zuytbrouck |
Konjuga/i |
Saskia van Uylenburgh (en) ![]() |
Koppja/i |
Geertje Dircx (en) ![]() Hendrickje Stoffels (en) ![]() |
Ulied | |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Stedelijk Gymnasium Leiden (en) ![]() Università ta' Leiden (1620 - 1621) : l-arti |
Lingwi | Olandiż |
Għalliema |
Jacob van Swanenburgh (en) ![]() Pieter Lastman (en) ![]() Joris van Schooten (en) ![]() Jan Pynas (en) ![]() |
Studenti |
uri
|
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
pittur disinjatur tipografu kollezzjonista tal-arti inċiżur kollezzjonist artist viżiv |
Post tax-xogħol |
Leiden Amsterdam Leiden Amsterdam |
Xogħlijiet importanti |
The Night Watch (en) ![]() Syndics of the Drapers' Guild (en) ![]() The Jewish Bride (en) ![]() Belshazzar's Feast (en) ![]() |
Sħubija |
Amsterdam Guild of St. Luke (en) ![]() |
Moviment | Pittura tas-Seklu tad-Deheb Olandiż |
Moviment artistiku |
pittura ritratt pittura reliġjuża pittura mitoloġika pittura tal-ġeneru pittura storika awtoritratt arti pajsaġġistika ritratt tronie (en) ![]() natura mejta vanitas (en) ![]() hunting still life (en) ![]() mythological art (en) ![]() winter landscape (en) ![]() |
Għad-differenza tal-biċċa l-kbira tal-artisti importanti Olandiżi tas-seklu 17, ix-xogħlijiet ta' Rembrandt saru b'firxa wiesgħa ta' stili u ta' suġġetti, minn ritratti u awtoritratti għal pajsaġġi, xenarji b'tema, xenarji allegoriċi u storiċi, temi Bibbliċi u mitoloġiċi, u l-istudji dwar l-annimali. Il-kontributi tiegħu lill-arti waslu f'perjodu ta' ġid kbir u ta' kisbiet kulturali li l-istoriċi jsejħu l-Era tad-Deheb Olandiża, meta l-arti Olandiża (speċjalment il-pittura Olandiża), filwaqt li kienet antitetika għall-istil Barokk dominanti fl-Ewropa, kienu prolifiċi u innovattivi. Din l-era wasslet għal ġeneri ġodda importanti. Bħal bosta artisti tal-Era tad-Deheb Olandiża, fosthom Jan Vermeer, Rembrandt kien jikkollezzjona u jpartat l-arti b'mod akkanit.[3]
Rembrandt qatt ma siefer, iżda kien influwenzat b'mod konsiderevoli mix-xogħol tal-artisti Taljani u Olandiżi li studjaw fl-Italja, bħal Pieter Lastman, il-Karavaġġisti ta' Utrecht, il-Barokk Fjamming, u Peter Paul Rubens. Wara li kiseb suċċess meta kien żagħżugħ bħala pittur tar-ritratti, iktar 'il quddiem Rembrandt għadda minn traġedji personali u diffikultajiet finanzjarji. Madankollu l-inċiżjonijiet u l-pitturi tiegħu kienu popolari matul ħajtu kollha, ir-reputazzjoni tiegħu bħala artista baqgħet għolja, u għal għoxrin sena huwa għallem lil bosta pitturi Olandiżi importanti.
Ir-ritratti ta' Rembrandt tal-kontemporanji tiegħu, l-awtoritratti u l-illustrazzjonijiet ta' xeni mill-Bibbja jitqiesu bħala l-aqwa trijonfi kreattivi tiegħu. L-awtoritratti tiegħu jiffurmaw awtobijografija intima. L-ewwel kontribut ta' Rembrandt fl-istorja tal-litografija kienet it-trasformazzjoni tiegħu tal-proċess tal-inċiżjoni minn teknika riproduttiva relattivament ġdida għal forma ta' arti. Ir-reputazzjoni tiegħu bħala l-ikbar inċiżur fl-istorja ġiet stabbilita matul ħajtu. Ftit mill-pitturi tiegħu ħarġu mir-Repubblika Olandiża meta kien ħaj, iżda l-litografiji tiegħu ġew iċċirkolati fl-Ewropa kollha, u r-reputazzjoni tiegħu lil hinn min-Netherlands kienet ibbażata inizjalment fuqhom biss.
Fix-xogħlijiet tiegħu, huwa wera għarfien dwar l-ikonografija klassika. It-turija ta' xena Bibblika kienet infurmata mill-għarfien ta' Rembrandt tat-test speċifiku, mill-assimilazzjoni tiegħu tal-kompożizzjoni klassika, u l-osservazzjonijiet tiegħu tal-popolazzjoni Lhudija ta' Amsterdam. Minħabba l-empatija tiegħu għall-kundizzjoni umana, huwa ssejjaħ bħala "wieħed mill-ikbar profeti taċ-ċivilizzazzjoni". L-iskultur Franċiż Auguste Rodin qal, "Tqabbilni ma' Rembrandt! X'sakrileġġ! Ma' Rembrandt, il-monument kolossali tal-arti! Għandna nipprostraw ruħna quddiem Rembrandt u qatt ma nqabblu lil ħadd miegħu!".[4]