![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/b/b0/Gutenberg_Bible.jpg/640px-Gutenberg_Bible.jpg&w=640&q=50)
Bibbja
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Bibbja (mill-Grieg βιβλία, jew biblìa, li tfisser kotba) hu l-ktieb mqaddes tar-reliġjon Lhudija u tar-reliġjon Nisranija.
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/b/b0/Gutenberg_Bible.jpg/640px-Gutenberg_Bible.jpg)
Dawk li jemmnu li nkitbet taħt ispirazzjoni divina jsejħulha wkoll il-Kitba Mqaddsa jew l-iSkrittura Sagra.
Hi magħmula minn kotba differenti fl-oriġni, forma u kompożizzjoni, miktubin fuq firxa twila ta’ żmien, preċeduti minn tradiżżjoni orali ftit jew wisq twila. Jekk ngħoddu wkoll il-proċess ta’ kodifikazzjoni tal-kanoni bibliku, it-testi bibliċi ħadu iżjed minn elf sena biex jinkitbu.
Mal-Bibbja Lhudija l-Kristjaneżmu żied bosta kotba, tant li l-Bibbja kellha tinqasam fit-Testment il-Qadim (jew Rabta l-Qadima), li t-testi tiegħu inkitbu qabel il-ministeru ta’ Ġesú Kristu, u t-Testment il-Ġdid (jew Rabta l-Ġdida), li jiddeskrivi "l-aħbar tajba" tal-miġja tal-Messija.