l-figura ċentrali tal-Kristjaneżmu From Wikipedia, the free encyclopedia
Ġesù, jew Ġesù ta' Nazaret, magħruf ukoll bħala Ġesù Kristu, huwa l-figura ċentrali tal-Kristjaneżmu, kemm bħala l-Messija kif ukoll l-inkarnazzjoni ta' Alla.
Ġesù | |||
---|---|---|---|
| |||
Ħajja | |||
Twelid | Betlem, Nazaretu unknown value, 7 BC, 2 BC, c. 5 BC, Unknown | ||
Nazzjonalità | Renju ta' Ġudea | ||
Residenza |
Nazaret Kafarnaum Galilija | ||
Grupp etniku | il-Lhud | ||
L-ewwel lingwa |
djalett tal-Galilea Ebrajk Bibbliku Aramajk | ||
Mewt | Kalvarju, 7 April 30 | ||
Post tad-dfin |
unknown value Knisja tas-Sepulkru Mqaddes Qabar ta' Talpjot Qabar tal-Ġnien qabar vojt Ġerusalemm | ||
Kawża tal-mewt | piena kapitali (kruċifissjoni) | ||
Familja | |||
Missier | San Ġużepp, Alla l-Missier, no value | ||
Omm | Santa Marija | ||
Konjuga/i | unknown value | ||
Koppja/i |
unknown value no value | ||
Ulied |
uri
| ||
Aħwa | |||
Familja | |||
Tribù |
Familja Mqaddsa Davidic line (en) | ||
Edukazzjoni | |||
Alma mater |
unknown value no value | ||
Lingwi |
djalett tal-Galilea Ebrajk Bibbliku Grieg Koine Aramajk | ||
Studenti |
uri
| ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni |
predikatur profeta mastrudaxxa rabbi tawmaturgu mexxej reliġjuż fejjieq Messija predikatur għalliem fundatur ta' reliġjon tektōn pastor (en) | ||
Parteċipant
| |||
Post tax-xogħol |
Galilija Ġerusalemm | ||
Impjegaturi | unknown value | ||
Xogħlijiet importanti |
mirakli ta' Ġesù talb ta' Ġesù parabboli ta' Ġesù | ||
Influwenzat minn | San Ġwann Battista | ||
Sħubija | It-Trinità Mqaddsa | ||
Moviment | apokalittiċiżmu | ||
Moviment artistiku | parabbola | ||
Festa | |||
Milied, Għidu Festi ta' Ġesù Kristu |
L-isem "Ġesù" hu bbażat fuq il-Latin Iesus, traslitterazzjoni tal-Grieg Ἰησοῦς (Iēsoûs), li hi Ellenizzazzjoni tal-Aramajk/Lhudi ישוע (Jexuwagħ), li hi modifika ta' wara l-eżilju tal-Lhudi יְהוֹשֻׁעַ (Jeħoxuwaɡħ, Ġożwè) taħt l-influwenza tal-Aramajk.[1][2]
Kristu hi traduzzjoni bil-Grieg tal-kelma Lhudija "Messija", kelma li tfisser "midluk". Il-kelma saret l-isem proprju ta' Ġesù għax għal dawk li emmnu fih, Kristu temm it-tama messjanika ta' Iżrael bil-missjoni tiegħu ta' qassis, profeta u sultan.
Ġesù kien predikatur Lhudi, attiv fl-aħħar tliet snin ta' ħajtu fil-provinċja Rumana tal-Lhudija.
Il-fonti testwali relattivi għal Ġesù jistgħu jinġabru f'erba' tipologiji:
Għal dak li jikkonċerna r-riċerka storika ta' ħajtu, is-sorsi ewlenin jinsabu fit-Testment il-Ġdid, partikolarment fl-ittri ta' San Pawl u fl-Evanġeli sinottiċi. Il-Vanġelu ta' San Ġwann huwa ta' għajnuna żgħira, bħalma huma wkoll id-diversi Evanġeli apokrifi. Is-sorsi mhux Insara - l-istoriku Lhudi, Ġużeppi, it-Talmud tal-Babilonja, l-istoriċi Rumani Taċitu u Svetonju, u oħrajn - jikkonfermaw l-eżistenza u t-tislib ta' Ġesù taħt il-ħaqq ta' Ponzju Pilatu.
L-Evanġeli jirrakkontaw it-twelid ta' Ġesù minn Marija Verġni, il-prietka li tisħaq fuq l-aħbar tas-Saltna tas-smewwiet u dwar l-imħabba tal-proxxmu, u li titwettaq minn diskorsi u parabboli msieħba ma' mirakli; fl-aħħar tal-Evanġeli nsibu mbagħad il-ġrajja tal-passjoni, il-Kruċifissjoni, il-qawmien mill-imwiet u t-tlugħ fis-sema.
L-Evanġeli u kitbiet oħrajn tat-Testment il-Ġdid jidentifikaw lil Ġesù bħala il-Messija u bin Alla. L-ittri Pawlini jeżaltaw il-valur tal-ħelsien ta' mewtu u l-qawmien tiegħu mill-mewt. It-tradizzjoni Nisranija ta' wara ddikjaratu t-tieni persuna tat-Trinità Mqaddsa, flimkien mal-Missier u ma' Ruħ il-Qodos, u tassew Alla u tassew bniedem.
Mill-Vanġeli jidher li l-ipprietkar u l-ħidma ta' Ġesù għamlu suċċess minimu fis-soċjeta Lhudija ta' dak iż-żmien, u l-aktar li kien mismugħ kien min-nies ta' status baxx. Il-perjodu qasir tal-ipprietkar intemm bil-mewt fuq is-salib, mitluba, skont l-Evanġeli, mill-awtoritajiet Lhud tas-Sinedriju iżda mogħtija mill-awtorità ta' Ruma (li kienet iżżomm għall-ilsiera tali xorti), fuq deċiżjoni aħħarija tal-prefett Ruman Ponzju Pilatu. Wara mewtu, id-dixxipli tiegħu sostnew li Ġesù rxoxta mill-imwiet u xerrdu l-messaġġ tat-tagħlim tiegħu; b'hekk il-figura ta' Kristu sabet influwenza maġġuri fil-kultura tal-Punent.
Skont ir-rakkont tal-Vanġelu skont San Luqa, verġni jisimha Marija, mgħarrsa ma' Ġużeppi, mir-razza tar-re David, irċeviet f'Nazaret tal-Galilija "fi żmien ir-re Erodi" viżta tal-Arkanġlu Gabrijel, li ħabbrilha l-konċepiment ta' Ġesù (Lq 1, 26-38).
Fil-Vanġelu skont San Mattew, il-konċepiment verġni ta' Marija msemmi biss mill-bogħod, waqt li l-protagonista huwa Ġużeppi, li jirċievi minn anġlu r-rivelazjoni tal-konċepiment sovranaturali ta' Marija (Mt 1, 18-25).
L-Insara jemmnu li Ġesù Kristu huwa l-"Iben waħdieni ta' Alla, imnissel mill-Missier qabel kull żmien. Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel, mhux magħmul, natura waħda mal-Missier: u bih sar kollox. Niżel mis-smewwiet għalina l-bnedmin u għall-fidwa tagħna. U ħa l-ġisem bis-setgħa tal-Ispirtu s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont il-Kotba Mqaddsa, u tela' s-sema, u qiegħed fuq il-lemin tal-Missier. U għandu jerga' jiġi bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem." (Kredu ta' Niċea-Kostantinopli, 325 W.K.)
L-Insara jemmnu, fi kliem San Pawl, li "Meta waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni ta' wlied" (Galatin 4, 4-5). Din hi "l-Bxara t-tajba ta' Ġesù Kristu, l-Iben ta' Alla." (Mark 1, 1): Alla żar lill-poplu tiegħu, wettaq il-wegħdiet li kien għamel lil Abram u lil nislu (ara Luqa 1, 68) u temm il-wegħdiet magħmulin lil Abram u lil nislu (ara Luqa 1, 55) u Alla għamel dan b'mod li ħadd ma kien jistenna: bagħat 'l "Ibnu l-għażiż" (Mark 1, 11).
L-Insara jemmnu u jistqarru li Ġesù ta' Nazaret, imwieled Lhudi minn xebba ta' Iżrael, f'Betlehem, fi żmien is-sultan Erodi l-Kbir u l-imperatur Ċesri Awgustu; kellu s-sengħa ta' mastrudaxxa, miet imsallab f'Ġerusalemm, taħt il-prokuratur Ponzju Pilatu, fi żmien is-saltna tal-imperatur Tiberju – hu l-Iben etern ta' Alla magħmul bniedem li "ġie minn għand Alla" (Ġw 13, 3), "niżel mis-sema" (Ġw 3, 13; 6, 33), "sar bniedem" (1 Ġw 4, 2), għax "il-Verb sar bniedem u għammar fostna, u aħna rajna l-glorja tiegħu, il-glorja li għandu mill-Missier bħala Ibnu l-waħdieni mimli bil-grazzja u l-verità......u mill-milja tiegħu aħna lkoll ħadna, grazzja fuq grazzja" (Ġw 1, 14.16).
Skont il-ħsieb Lhudi, Ġesù kien predikatur, iżda mhux il-Midluk t'Alla; ma kienx Iben Alla, ma għamilx mirakli, wara l-kruċifissjoni, la qam mill-imwiet u lanqas tela' s-sema.
Skont il-Musulmani, Ġesù kien profeta maġġuri li ġie qabel Mawmettu; twieled verġinament minn Marija, wettaq ħafna mirakli (għax Alla hekk ried), ma mietx iżda tela' s-Sema (ma mietx fuq salib għalkemm hekk deher quddiem min kien preżenti. Xi ħadd ieħor miet floku u Alla ħa miegħu lil Ġesu lejn is-sema), imma mhux meqjus bħala Alla li, skont is-Sura CXII, "la qatt nissel u qatt ma ġie mnissel". Fl-Iżlam, Ġesù jissejjaħ "Għisa". Huwa msejjaħ ukoll "Mesiħ" (il-Messija) fil-Koran u l-"Kelma ta' Alla".
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.