![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/7/78/Stjacquescompostelle1.png/640px-Stjacquescompostelle1.png&w=640&q=50)
Pellegrinaġġ ta' San Ġakbu
pellegrinaġġ Ewropew lejn Santiago de Compostela, Spanja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Pellegrinaġġ ta' San Ġakbu jew Camino de Santiago (bil-Latin: Peregrinatio Compostellana) huwa network ta' rotot u mogħdijiet tal-pellegrini jew pellegrinaġġi li kollha jwasslul għas-santwarju tal-appostlu San Ġakbu l-Kbir fil-katidral ta' Santiago de Compostela, fir-reġjun ta' Galizja fil-Majjistral ta' Spanja, fejn jingħad li l-appostlu jinsab midfun. Ħafna nies isegwu xi waħda minn dawn ir-rotot bħala forma ta' eżerċizzju spiritwali jew irtir għat-tkabbir spiritwali tagħhom. Ir-rotot huma popolari wkoll ma' dawk li jħobbu jimxu fin-natura jew inkella jmorru fil-kampanja bir-rota jew biż-żiemel waħedhom jew ma' gruppi turistiċi.
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/7/78/Stjacquescompostelle1.png/640px-Stjacquescompostelle1.png)
Il-Camino Francés jew ir-Rotta minn Franza ilu Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fi Spanja mill-1993 u fl-2015 ġie estiż bir-Rotot tat-Tramuntana ta' Spanja wkoll.[1][2]