![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/6/65/20180610_FIFA_Friendly_Match_Austria_vs._Brazil_Neymar_850_1705.jpg/640px-20180610_FIFA_Friendly_Match_Austria_vs._Brazil_Neymar_850_1705.jpg&w=640&q=50)
Neymar
From Wikipedia, the free encyclopedia
Neymar da Silva Santos Júnior (twieled fil-5 ta' Frar 1992), komunement magħruf bħala Neymar, huwa plejer tal-futbol li jilgħab ma' Paris Saint-Germain mat-tim nazzjonali Brażiljan, prinċiparjament bħala attakkant. F'Mejju 2013, hu laħaq ftehim biex jissieħeb ma' FC Barcelona fuq kuntratt ta' ħames snin.[2]
![]() Neymar fl-2018 | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Neymar da Silva Santos Júnior[1] | ||
Twelid | 5 ta' Frar 1992 (1992-02-05) (32 sena)[1] Mogi das Cruzes, São Paulo[1], Brażil | ||
Tul | 1.75 m[1] | ||
Rwol | Attakkant | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Paris Saint-Germain | ||
Numru | 10 | ||
Mixtliet | |||
1999–2003 | Portuguesa Santista | ||
2003–2009 | Santos | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2009–2013 | Santos | ||
2013–2017 | Barcelona | ||
2017– | Paris Saint-Germain | ||
Tim nazzjonali | |||
2009 | Brażil U17 | ||
2011 | Brażil U20 | ||
2012 | Brażil U23 | ||
2010– | Brażil |
Fl-età ta' 19, Neymar rebaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-Amerika t'Isfel fl-2011, wara li ġie t-tielet fl-2010.[3] Huwa segwa dan billi rebaħ l-istess unur mill-ġdid fl-2012. Fl-2011 Neymar irċieva nominazzjonijiet għall-FIFA Ballon d'Or, fejn hu kien ġie l-għaxar post, u l-FIFA Puskás Award, li rebaħ.[4] Huwa magħruf għall-aċċelerazzjoni tiegħu, veloċità, ħiliet u rfinar. Bl-istil ta' logħob tiegħu kiseb lilu nnifsu akklamazzjoni kritika, bil-partitarji, midja u eks plejers iqabbluh mal-attakkant Arġentin Lionel Messi u l-eks plejer Brażiljan Pelé, li sejjaħ lin-Neymar "plejer eċċellenti".[5]
Neymar issieħeb ma Santos fl-2003 u wara li żdied permezz tal-gradi, ġie promoss għall-ewwel skwadra tat-tim. Huwa għamel id-debutt tiegħu għal Santos fl-2009, u kien ivvotat l-aqwa l-iżgħar plejer tal-Campeonato Paulista 2009. B'aktar unuri segwiti, Neymar kien ivvotat l-aħjar plejer tal-Campeonato Paulista 2010, u kien ukoll l-aqwa skorer fil-Copa do Brasil 2010 bi 11-il gowl. Huwa spiċċa l-istaġun 2010 bi 42 gowls f'60 logħba kif ukoll il-klabb tiegħu kiseb id-Doppjetta. Neymar reġa' kien ivvotat l-aħjar plejer tas-sena 2011 kif it-tim tiegħu żam it-titolu tal-istat u Santos ukoll rebħu il-Copa Libertadores 2011 fejn Neymar skorja 6 gowls fi 13-il apparenza. Hu wkoll kellhu rwol ewlieni fl-iżgurar tad-Doppjetta Kontinentali għat-tim tiegħu.Huwa rċieva l-Ballun tal-Bronż fit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2011, fejn Santos għamluha għall-finali u kienu megħluba minn Barcelona, 4–0.[6][7]
Neymar huwa Brażiljan internazzjonali, huwa lagħab f'erba' timijiet differenti tal-Brażil, U17, U20, U23 u mat-tim tal-kbar. Fl-10 ta' Awwissu 2010, fl-età ta' 18, huwa għamel id-debutt tiegħu għas-Seleção f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Istati Uniti; huwa skorja b'daqqa ta' ras fit-28 minuta, li kkontribwixxa għar-rebħa ta' 2–0 għall-Brażil. Hu kien l-aqwa skorer tal-Kampjonat Sud Amerikan taż-żagħżagħ 2011 b'disa gowls, inklużi tnejn fil-finali, f'rebħa ta' 6–0 kontra l-Urugwaj, hu għen lil Brażil biex jirbħu l-11-il titolu tagħhom f'din il-kompetizzjoni.