Lingwa Maltija
lingwa semitika mitkellma f'Malta / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Malti huwa l-ilsien nazzjonali tar-Repubblika ta' Malta. Huwa l-ilsien uffiċjali flimkien mal-Ingliż; kif ukoll wieħed mill-ilsna uffiċjali u l-uniku wieħed ta' oriġini Għarbija (Semitiku) tal-Unjoni Ewropea. Dan l-ilsien għandu sisien u għerq semitiku, ta' djalett Għarbi li ġej mit-Tramuntana tal-Afrika, għalħekk qatt ma kellu rabta mill-qrib mal-Għarbi Klassiku. Iżda tul iż-żminijiet, minħabba proċess tal-Latinizzazzjoni ta' Malta, bdew deħlin bosta elementi lingwistiċi mill-Isqalli, djalett ta' art li wkoll għaddiet minn żmien ta' ħakma Għarbija. Wara l-Isqalli beda dieħel ukoll it-Taljan, fuq kollox fiż-żmien tad-daħla tal-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann sa meta l-Ingliż ħa post it-Taljan bħala l-ilsien uffiċjali fil-Kostituzzjoni Kolonjali tal-1934. Il-Malti huwa l-ilsien waħdieni ta' għajn semitika li jinkiteb b'ittri Latini. Studju tal-2016 juri li, fil-lingwaġġ bażiku ta’ kuljum, il-Maltin kapaċi jifhmu madwar terz ta’ dak li jingħad lilhom bl-Għarbi Tuneżin li huwa Għarbi tal-Maghrebi relatat mal-Għarbi Sqalli, filwaqt li dawk li jitkellmu bl-Għarbi Tuneżin (Tuneżin) huma kapaċi jifhmu madwar 40% ta’ dak li jingħad lilhom bil-Malti.[1]
Malti (Malti) | |||
---|---|---|---|
Mitkellma: | Malta | ||
Reġjuni: | Ewropa | ||
Kelliema: | 520,000 | ||
Familja: | Lingwi Semitiċi | ||
Uffiċjali | |||
Lingwa uffiċjali ta': | Malta Unjoni Ewropea | ||
Regolati: | Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti | ||
Kodiċijiet | |||
ISO 639-1: | mt | ||
ISO 639-2: | mlt | ||
ISO 639-3: | mlt | ||
Ara ukoll: Lingwa |